EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0109

Kawża T-109/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Mutondo vs Il-Kunsill

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 47–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/47


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Mutondo vs Il-Kunsill

(Kawża T-109/21)

(2021/C 128/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kalev Mutondo (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033, tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn hija żżomm l-isem tar-rikorrent fin-Numru 11 tal-Anness ta’ din id-deċiżjoni;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021, tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn iżomm l-isem tar-rikorrent fin-Numru 11 tal-Anness ta’ dan ir-regolament;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/21, Boshab vs Il-Kunsill.


Top