EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0103

Kawża T-103/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Boshab vs Il-Kunsill

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/44


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Boshab vs Il-Kunsill

(Kawża T-103/21)

(2021/C 128/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Évariste Boshab (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 6 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021/UE tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 6 tal-anness ta’ dan ir-regolament;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu. Ir-rikorrent jinvoka diversi lmenti fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża matul il-proċeduri li wasslu lill-Kunsill għall-adozzjoni u għat-tiġdid tal-miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu u jinvoka, b’mod partikolari, il-ksur tad-dritt tas-smigħ tiegħu f’kundizzjonijiet aċċettabbli.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kunsill ikkunsidra li r-rikorrent kien involut f’atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Ir-rikorrent jikkritika l-kuntest ta’ eżami mill-ġdid li seħħ qabel it-tiġdid tal-miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu u jikkontesta kwalunkwe involviment attwali fil-fatti li kkostitwixxew il-bażi tad-deċiżjoni ta’ inklużjoni tiegħu fil-lista ta’ persuni msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU 2010, L 336, p. 30).


Top