EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0092

Kawża T-92/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2021 – Darment vs Il-Kummissjoni

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/43


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2021 – Darment vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/21)

(2021/C 128/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Darment Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: C. Ginter, lawyer)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tnaqqas il-kwoti allokati lir-rikorrenti għas-sena 2021 għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluorokarburi li r-rikorrenti ġiet informata dwarha permezz tas-sistema tal-portal F-Gas tal-konvenuta fil-15 ta’ Diċembru 2020 u permezz ta’ ittra elettronika tat-12 ta’ Jannar 2021,

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn il-konvenuta imponiet multa fuq ir-rikorrenti minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet annullat id-deċiżjoni tal-konvenuta li tikkonstata li r-rikorrenti kienet eċċediet il-kwota tagħha ta’ tqegħid fis-suq ta’ idrofluorokarburi fl-2017 u li timponi sanzjoni fuqha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 517/2014 (1) moqri flimkien mal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkwantu l-konvenuta kompliet timponi s-sanzjoni fuq ir-rikorrenti.


(1)  Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU 2014 L 150, p. 195).


Top