This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0030
Case T-30/21: Action brought on 21 January 2021 — L’Oréal v EUIPO — Debonair Trading Internacional (SO COUTURE)
Kawża T-30/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2021 – L’Oréal vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO COUTURE)
Kawża T-30/21: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2021 – L’Oréal vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO COUTURE)
ĠU C 128, 12.4.2021, p. 40–41
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/40 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2021 – L’Oréal vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO COUTURE)
(Kawża T-30/21)
(2021/C 128/47)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: L’Oréal (Clichy, Franza) (rappreżentanti: M. Treis u E. Strobel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Debonair Trading Internacional Lda (Funchal, il-Portugall)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-SO COUTURE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 194 015
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 158/2016-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-kull intervenjent għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali u fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni. |