EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0117

Kawża T-117/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – MKR Design (PANTHÉ) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattivi PANTHÉ – Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti PANTHER u trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti P PANTHER – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti”)

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 35–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – MKR Design (PANTHÉ)

(Kawża T-117/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattivi PANTHÉ - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti PANTHER u trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti P PANTHER - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti”)

(2021/C 128/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MKR Design Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentant: G. Dragotti, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 378/2019-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés u MKR Design.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


Top