EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0488

Kawża T-488/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – XC vs Il-Kummissjoni (“Servizz pubbliku – Reklutaġġ – Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/338/17 – Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jitħalliex jgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażat fuq id-diżabbiltà – Aċċess għal dokumenti – Ċaħda tat-talba għal aċċess għall-mistoqsijiet magħmula matul eżami – Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/356/18 – Lista ta’ riżerva – Rikors għal annullament – Assenza ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà – Responsabbiltà”)

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 32–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – XC vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-488/18) (1)

(“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/338/17 - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jitħalliex jgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażat fuq id-diżabbiltà - Aċċess għal dokumenti - Ċaħda tat-talba għal aċċess għall-mistoqsijiet magħmula matul eżami - Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/356/18 - Lista ta’ riżerva - Rikors għal annullament - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà - Responsabbiltà”)

(2021/C 128/38)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: XC (rappreżentant: C. Bottino, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Spina u L. Vernier, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

L-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/338/17, tal-4 ta’ Diċembru 2017, li r-rikorrent ma jitħalliex jgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3969 tad-19 ta’ Ġunju 2018, dwar aċċess għad-dokumenti, it-tielet nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tal-lista ta’ riżerva tal-Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/356/18, ippubblikata fit-22 ta’ Mejju 2019, u, ir-raba’ nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-kumpens ta’ diversi danni allegatament imġarrba mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

XC huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 270, 12.8.2019.


Top