EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0055

Kawża C-55/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Direktor na Agentsia “Mitnitsi” vs “IMPERIAL TOBACCO BULGARIA” EOOD

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Direktor na Agentsia “Mitnitsi” vs “IMPERIAL TOBACCO BULGARIA” EOOD

(Kawża C-55/21)

(2021/C 128/29)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na Agentsia “Mitnitsi”

Konvenut:“IMPERIAL TOBACCO BULGARIA” EOOD

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1) u l-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jobbligaw lill-Istati Membri jadottaw qafas ġuridiku li jipprevedi r-rimbors tad-dazji tas-sisa fir-rigward tal-merkanzija, inkluż it-tabakk immanifatturat, li tkun ġiet rilaxxata għall-konsum u li tkun ġiet meqruda taħt sorveljanza doganali?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u fil-każ li l-obbligu tal-Istati Membri li jadottaw tali qafas ġuridiku ma jitwettaqx, il-persuni kkonċernati jistgħu jinvokaw l-effett dirett tad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi kif ukoll il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel żewġ domandi u fid-dawl tal-fatti stabbiliti f’din il-kawża, l-effett dirett tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jagħti dritt għar-rimbors, fuq sempliċi talba u mingħajr ebda formalità oħra, tad-dazji tas-sisa mħallsa?


(1)  ĠU 2009, L 9, p. 12.

(2)  ĠU 2011, L 176, p. 24.


Top