EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0053

Kawża C-53/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Liège (il-Belġju) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Pharma Santé – Réseau Solidaris SCRL vs État belge SPF Finances

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Liège (il-Belġju) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Pharma Santé – Réseau Solidaris SCRL vs État belge SPF Finances

(Kawża C-53/21)

(2021/C 128/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pharma Santé – Réseau Solidaris SCRL

Konvenut: État belge SPF Finances

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, jew prattika nazzjonali, li abbażi tagħha l-kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru li jirrikorru għal servizzi ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor huma obbligati, sabiex jiġi evitat l-istabbiliment ta’ kontribuzzjoni għat-taxxa fuq il-kumpanniji ugwali għal 100 % jew għal 50 % tas-somom iffatturati minn dawn tal-aħħar, li jistabbilixxu u jibagħtu lill-amministrazzjoni fiskali dikjarazzjonijiet u estratti rekapitulattivi relatati ma’ dawn l-ispejjeż filwaqt li, kieku jirrikorru għas-servizzi ta’ kumpanniji residenti, huma ma jkunux vinkolati b’tali obbligu sabiex jiġi evitat l-istabbiliment tal-imsemmija kontribuzzjoni?


Top