EUR-Lex Adgang til EU-lovgivningen

Tilbage til forsiden

Dette dokument er et uddrag fra EUR-Lex

Dokument 62021CN0036

Kawża C-36/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Jannar 2021 – Sense Visuele Communicatie en Handel vof (li taġixxi wkoll taħt l-isem “De Scharrelderij”) vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

ĠU C 128, 12.4.2021, s. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Jannar 2021 – Sense Visuele Communicatie en Handel vof (li taġixxi wkoll taħt l-isem “De Scharrelderij”) vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

(Kawża C-36/21)

(2021/C 128/22)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Sense Visuele Communicatie en Handel vof (li taġixxi wkoll taħt l-isem “De Scharrelderij”)

Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi evalwazzjoni abbażi tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi taħt id-dritt nazzjonali jekk awtorità amministrattiva nazzjonali ħolqot aspettattivi kuntrarji għal dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni u aġixxiet, b’dan il-mod, illegalment, skont id-dritt nazzjonali, billi naqset milli tikkumpensa lill-persuna leża għad-dannu li hija sofriet minħabba f’hekk, meta l-parti leża ma tistax tinvoka b’mod effettiv il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi taħt id-dritt tal-Unjoni għaliex id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni hija ċara?


Op