EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0018

Kawża C-18/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Jannar 2021 – Uniqa Versicherungen AG vs VU

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Jannar 2021 – Uniqa Versicherungen AG vs VU

(Kawża C-18/21)

(2021/C 128/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Uniqa Versicherungen AG

Konvenut: VU

Domanda preliminari

L-Artikoli 20 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interruzzjoni tat-terminu ta’ 30 jum għall-preżentazzjoni ta’ oppożizzjoni għal talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea stabbilita fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-regolament, bħal dik prevista fl-Artikolu 1(1) tal-Bundesgesetz betreffend Begleitmaßnahmen zu COVID-19 in der Justiz (il-Liġi Federali Awstrijaka dwar Miżuri ta’ Akkumpanjament tal-COVID-19 fil-Qasam Ġudizzjarju), li jipprovdi li t-termini proċedurali kollha fi proċeduri ċivili, li jkunu ġew skattati minn avveniment li seħħ wara l-21 ta’ Marzu 2020 jew li jkunu għadhom ma skadewx f’din id-data, għandhom jiġu interrotti sat-30 ta’ April 2020 u jibdew jiddekorru mill-ġdid fl-1 ta’ Mejju 2020?


(1)  ĠU 2006, L 399, p. 1.


Top