EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0013

Kawża C-13/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Miercurea Ciuc (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Jannar 2021 – Pricoforest SRL vs Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier (ISCTR)

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Miercurea Ciuc (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Jannar 2021 – Pricoforest SRL vs Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier (ISCTR)

(Kawża C-13/21)

(2021/C 128/18)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Miercurea Ciuc

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Pricoforest SRL

Konvenut: Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier (ISCTR)

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ “raġġ ta’ 100 km” li jirriżulta mill-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li linja dritta mfassla fuq il-mappa bejn is-sede tal-impriża u d-destinazzjoni għandha tkun inqas minn 100 km jew fis-sens li d-distanza effettiva vvjaġġata mill-vettura għandha tkun inqas minn 100 km?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ trasport fil-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni, li wħud minnhom isiru f’raġġ ta’ 100 km mis-sede tal-impriża, filwaqt li oħrajn jaqbżu dan ir-raġġ, f’perijodu ta’ żmien ta’ xahar, fil-kuntest tal-eżenzjoni tas-sitwazzjoni prevista fl-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 mill-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament permezz ta’ dispożizzjoni nazzjonali, jimplika l-eżenzjoni tal-operazzjonijiet ta’ trasport inkwistjoni kollha mill-applikazzjoni tar-Regolament, jew biss ta’ dawk l-operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa [mingħajr ma] jaqbżu r-raġġ ta’ 100 km, jew inkella ta’ ebda waħda minn dawn l-operazzjonijiet ta’ trasport?


(1)  ĠU 2006, L 102, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83.


Top