EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0760

Kawża C-760/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Lasithiou – il-Ġreċja) – M.V. et vs Organismos Topikis Aftodioikisis (O.T.A.) “Dimos Agiou Nikolaou” (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 1999/70/KE – Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP – Klawżola 5 – Miżuri maħsuba sabiex jipprevjenu l-abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat – Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku – Kuntratti suċċessivi jew l-ewwel kuntratt ipprorogat – Miżura legali ekwivalenti – Interdizzjoni kostituzzjonali assoluta li kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat jiġu ttrasformati f’kuntratti għal Żmien mhux determinat – Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi)

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Lasithiou – il-Ġreċja) – M.V. et vs Organismos Topikis Aftodioikisis (O.T.A.) “Dimos Agiou Nikolaou”

(Kawża C-760/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP - Klawżola 5 - Miżuri maħsuba sabiex jipprevjenu l-abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Kuntratti suċċessivi jew l-ewwel kuntratt ipprorogat - Miżura legali ekwivalenti - Interdizzjoni kostituzzjonali assoluta li kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat jiġu ttrasformati f’kuntratti għal Żmien mhux determinat - Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi)

(2021/C 128/02)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Monomeles Protodikeio Lasithiou

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M.V. et

Konvenut: Organismos Topikis Aftodioikisis (O.T.A.) “Dimos Agiou Nikolaou”

Dispożittiv

1)

Il-Klawżola 1 u l-Klawżola 5(2) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-espressjoni “kuntratti […] ta’ l-impjieg għal terminu fiss” li tinsab fiha tkopri wkoll il-proroga ipso jure tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat tal-ħaddiema tas-settur tat-tindif tal-kollettivitajiet territorjali, li seħħet skont dispożizzjonijiet nazzjonali espressi u minkejja l-fatt li l-forma bil-miktub, bħala prinċipju prevista għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol, ma ġietx osservata.

2)

Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta jkun fis-seħħ użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-obbligu, tal-qorti tar-rinviju, li twettaq, sa fejn ikun possibbli, interpretazzjoni u applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tad-dritt nazzjonali sabiex tissanzjona debitament dan l-abbuż u tħassar il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni jinkludi l-evalwazzjoni tal-punt dwar jekk id-dispożizzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali preċedenti, li tkun għadha fis-seħħ, li jippermettu l-konverżjoni ta’ suċċessjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien mhux determinat, jistgħux, fejn ikun xieraq, japplikaw għall-finijiet ta’ din l-interpretazzjoni konformi, minkejja li dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ natura kostituzzjonali jipprojbixxu b’mod assolut tali konverżjoni fis-settur pubbliku.


(1)  ĠU C 103, 18.03.2019.


Top