Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10133

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10133 - Astorg/Nordic Capital/Novo/Bioclinica) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 99/11

    PUB/2021/248

    ĠU C 99, 23.3.2021, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 99/19


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10133 - Astorg/Nordic Capital/Novo/Bioclinica)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2021/C 99/11)

    1.   

    Fis-16 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Astorg Asset Management S.à r.l. (“Astorg”, il-Lussemburgu)

    Nordic Capital IX Limited (“Nordic Capital”, Jersey)

    Novo Holdings A/S (“Novo”, id-Danimarka)

    Bioclinica Holding I LP (“Bioclinica”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

    Astorg, Nordic Capital u Novo jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Bioclinica kollha kemm hi permezz ta’ eResearch Technology, Inc. (“ERT”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Astorg: ditta ta’ ekwità privata globali,

    Nordic Capital: ditta ta’ ekwità privata ffokata fuq il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija u l-pagamenti, is-servizzi finanzjarji, u s-servizzi kummerċjali u industrijali,

    Novo: kumpanija azzjonista responsabbli għall-ġestjoni tal-assi tal-Fondazzjoni Novo Nordisk permezz ta’ investimenti fix-xjenzi tal-ħajja u oqsma relatati u permezz ta’ investimenti minoritarji ta’ natura finanzjarja u ta’ kapital ta’ riskju,

    Astorg, Nordic Capital u Novo jikkontrollaw bi sħab lil ERT, li tipprovdi soluzzjonijiet ta’ riċerka klinika mħaddma bis-software,

    Bioclinica: tipprovdi soluzzjonijiet ta’ riċerka klinika permezz tas-software, inklużi servizzi ta’ teħid ta’ immaġni medika u servizzi ta’ sikurezza kardijaka, aġġudikazzjoni klinika, randomizzazzjoni u ġestjoni tal-provvista tal-provi u soluzzjonijiet ta’ ottimizzazzjoni, ġbir elettroniku u ta’ data minn sorsi, softwaer għall-ġestjoni tal-provi kliniċi, u soluzzjonijiet ta’ sikurezza tal-mediċini.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10133 - Astorg/Nordic Capital/Novo/Bioclinica

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top