Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XG0323(01)

    Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/481 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/478 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem 2021/C 99/02

    ST/6944/2021/INIT

    ĠU C 99, 23.3.2021, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 99/2


    Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/481 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/478 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem

    (2021/C 99/02)

    L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/481 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (3) kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/478 (4), dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998. Ir-raġunijiet tal-indikazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2020/1998, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

    Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Ottubru 2021, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Segretarjat Ġenerali

    RELEX.1.C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu

    Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, tal-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati.


    (1)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.

    (2)  ĠU L 99 I, 22.3.2021, p. 25.

    (3)  ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.

    (4)  ĠU L 99 I, 22.3.2021, p. 1.


    Top