Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021XG0226(02)

    Avviż għall-attenzjoni ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja 2021/C 66/11

    ĠU C 66, 26.2.2021, p. 46–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.2.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 66/46


    Avviż għall-attenzjoni ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

    (2021/C 66/11)

    L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1)1, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/353 (2)2, u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/339 (4)4, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja.

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni u entitajiet huma mniżżla fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

    Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

    Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel it-30 ta' Novembru 2021, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

    Council of the European Union

    General Secretariat

    RELEX.1.C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

    Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK u l-Artikolu 8a(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati.


    (1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L68, 26.2.2021, p. 189

    (3)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

    (4)  ĠU L68, 26.2.2021, p. 29


    Top