This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M10148
Prior notification of a concentration (Case M.10148 — FCA/EEPS/JV) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2021/C 66/15
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10148 — FCA/EEPS/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 66/15
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10148 — FCA/EEPS/JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 66/15
PUB/2021/143
ĠU C 66, 26.2.2021, p. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
26.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 66/56 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10148 — FCA/EEPS/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 66/15)
1.
Fit-18 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
FCA Italy S.p.A. (“FCA”, l-Italja), sussidjarja tal-Fiat Chrysler Automobiles N.V. Group (“FCA NV”, in-Netherlands), li se tinkorpora lil Peugeot S.A. u tbiddel isimha għal Stellantis N.V. (in-Netherlands), |
— |
EPS E-mobility S.r.l. (“EPS E-mobility”), li bħalissa hija proprjetà ta’ ENGIE EPS Italia S.r.l. (“EEPS”, l-Italja), sussidjarja tal-Grupp ENGIE (Franza). |
FCA u EEPS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-EPS E-mobolity.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
FCA NV: grupp globali tal-karozzi li l-attivitajiet tiegħu jipprevedu d-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief (taħt il-marki Abarth, Alfa Romeo, Chrysler, Dodge, Fiat, Fiat Professional, Jeep, Lancia, Maserati u Ram) kif ukoll ta’ komponenti u sistemi ta’ produzzjoni madwar id-dinja, |
— |
EEPS: huwa l-attur industrijali tal-grupp ENGIE attiv fil-forniment ta’ soluzzjonijiet ta’ mikrogrilja, sistemi ta’ ħżin tal-enerġija għall-produtturi tal-enerġija rinnovabbli u servizzi ta’ mobbiltà elettronika, |
— |
EPS E-mobility: tiżviluppa soluzzjonijiet u teknoloġiji innovattivi għall-vetturi elettriċi u ibridi li jipprovdu soluzzjonijiet innovattivi ta’ ċċarġjar. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10148 — FCA/EEPS/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).