This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M10132
Prior notification of a concentration (Case M.10132 — Blackstone/B&J/Applegreen) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2021/C 40/09
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10132 — Blackstone/B&J/Applegreen) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 40/09
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10132 — Blackstone/B&J/Applegreen) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 40/09
PUB/2021/91
ĠU C 40, 5.2.2021, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 40/20 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10132 — Blackstone/B&J/Applegreen)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 40/09)
1.
Fid-29 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
The Blackstone Group Inc. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
— |
B&J Holdings Limited (“B&J”, Malta), |
— |
Applegreen plc (“Applegreen”, l-Irlanda). |
Blackstone u B&J jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Applegreen.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Blackstone: kumpanija globali tal-ġestjoni tal-assi, |
— |
B&J: kumpanija azzjonarja, proprjetà ta’ Joseph Barrett u Robert Etchingham u bħalissa l-akbar azzjonist ta’ Applegreen, |
— |
Applegreen: bejjiegħ bl-imnut tal-konvenjenza fil-ġenb tat-triq, li jopera minn żoni ta’ servizz tal-awtostrada, żoni ta’ servizz ta’ toroq prinċipali u pompi tal-petrol, bi preżenza fl-Irlanda, fir-Renju Unit u fl-Istati Uniti. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10132 — Blackstone/B&J/Applegreen
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks 32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).