EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M10092

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10092 — Accel-KKR Capital Partners/OMERS Private Equity/KCS) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 419/15

PUB/2020/952

ĠU C 419, 4.12.2020, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 419/48


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10092 — Accel-KKR Capital Partners/OMERS Private Equity/KCS)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 419/15)

1.   

Fis-27 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Accel-KKR Capital Partners (“AKKR”, l-Istati Uniti tal-Amerka);

OCP Investment Corporation u OMERS Administration Corporation (flimkien “OMERS”, il-Kanada), parti mill-OMERS Group;

Kerridge Commercial Systems (“KCS”, ir-Renju Unit), bħalissa kkontrollata minn AKKR.

AKKR u OMERS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ KCS. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

AKKR: ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq it-teknoloġija li tinvesti f’software u teknoloġija tas-suq medju, u li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ soluzzjonijiet kapitali inkluż kapital ta’ akkwiżizzjoni, investimenti ta’ tkabbir minoritarju, u alternattivi ta’ kreditu;

OMERS: fond tal-pensjoni li jipprovdi benefiċċji tal-irtirar għall-membri tiegħu madwar Ontario. OMERS tamministra wkoll portafoll globali u ddiversifikat ta’ stokks u bonds kif ukoll proprjetajiet immobbli, investimenti fl-infrastruttura u fl-ekwità privata;

KCS: fornitur ta’ software għall-ippjanar tar-riżorsi tal-intrapriżi primarjament għall-bini ta’ prodotti, partijiet tal-karozzi u distributuri industrijali. KCS tipprovdi soluzzjonijiet biex: (i) ikunu ġestiti b’mod preċiż u effiċjenti t-timijiet tal-bejgħ; (ii) ikunu ġestiti u jkunu miżmuma l-aħjar livelli tal-istokks; (iii) ikunu kkontrollati l-inventarju tal-kontroll, il-bejgħ u x-xiri; (iv) ikunu ġestiti l-kontijiet tan-negozji; (v) tkun interpretata b’mod viżiv il-prestazzjoni tal-bejgħ; u (vi) ikunu appoġġati l-għanijiet tas-servizzi tal-klijenti online.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10092 — Accel-KKR Capital Partners/OMERS Private Equity/KCS

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permez tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top