This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020M9974
Prior notification of a concentration (Case M.9974 — Groupe Crédit Agricole/Groupe Generali/Europ Assistance France/Viavita) (Text with EEA relevance) 2020/C 392/05
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9974 — Groupe Crédit Agricole/Groupe Generali/Europ Assistance France/Viavita) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 392/05
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9974 — Groupe Crédit Agricole/Groupe Generali/Europ Assistance France/Viavita) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 392/05
PUB/2020/882
ĠU C 392, 17.11.2020, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
17.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 392/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9974 — Groupe Crédit Agricole/Groupe Generali/Europ Assistance France/Viavita)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 392/05)
1.
Fid-9 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Crédit Agricole S.A. (“Crédit Agricole”, Franza); |
— |
Viavita SAS (“Viavita”, Franza), bħalissa hija proprjetà u fil-kontroll tal-grupp Crédit Agricole permezz tas-sussidjarja tiegħu Pacifica S.A. (“Pacifica”, Franza); |
— |
Assicurazioni Generali S.p.A. (“Generali”, l-Italja); |
— |
Europ Assistance France S.A.S (“EAF”, Franza), bħalissa hija proprjetà u fil-kontroll tal-grupp Generali permezz tas-sussidjarja tiegħu Europ Assistance Holding S.A.S. (“EAH”, Franza). |
Crédit Agricole u Generali jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ EAF u Viavita (permezz ta’ EAF).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Crédit Agricole: servizzi bankarji, finanzjarji u tal-assikurazzjoni; |
— |
Viavita: il-provvista ta’ servizzi ta’ assistenza fid-djar u personali; |
— |
Generali: assikurazzjoni; |
— |
EAF: l-għoti ta’ assistenza (ivvjaġġar, karozzi, fid-dar u assistenza domestika) u servizzi personali. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li dejjem tiġi speċifikata din ir-referenza:
M.9974 — Groupe Crédit Agricole/Groupe Generali/Europ Assistance France/Viavita
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
Commission européenne |
Direction générale de la concurrence |
Greffe des concentrations |
1049 Bruxelles |
BELGIQUE |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).