EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020AT40411(01)

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Marzu 2019 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ AT.40411 Google Search (AdSense) Relatur: Il-Kroazja 2020/C 369/02

C/2019/2173

ĠU C 369, 3.11.2020, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/2


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Marzu 2019 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-każ AT.40411 Google Search (AdSense)

Relatur: Il-Kroazja

(2020/C 369/02)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li tiġi imposta multa fuq id-destinatarji tal-abbozz ta' deċiżjoni.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li d-dħul gross ta’ Google iġġenerat fiż-ŻEE mill-attività ta’ Google ta’ intermedjazzjoni fir-rigward ta’ reklamar fil-kuntest ta’ tiftix online jenħtieġ li jitqies għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammont bażiku tal-multa.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont bażiku tal-multa stabbilita f’dan il-każ.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li jiġi applikat ammont addizzjonali (“miżata tad-dħul”) f’dan il-każ.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li ma hemmx ċirkustanzi aggravanti u l-ebda ċirkustanzi mitiganti applikabbli f’dan il-każ.

6.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li jenħtieġ li jiġi applikat multiplikatur ta’ deterrenza f’dan il-każ.

7.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multa.

8.   

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top