EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020AT40411

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2019 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40411 Google Search (AdSense) Relatur: Il-Kroazja 2020/C 369/01

C/2019/2173

ĠU C 369, 3.11.2020, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

3.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/1


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar prattiki restrittivi u pożizzjonijiet dominanti fil-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2019 rigward abbozz ta’ deċiżjoni fil-Każ AT.40411 Google Search (AdSense)

Relatur: Il-Kroazja

(2020/C 369/01)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, għall-finijiet ta’ dan il-każ, is-swieq tal-prodotti rilevanti huma s-suq għar-reklamar fil-kuntest ta’ tiftix online u s-suq għall-intermedjazzjoni fir-rigward ta’ reklamar fil-kuntest ta’ tiftix online.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, għall-finijiet ta’ dan il-każ, is-suq ġeografiku rilevanti għar-reklamar fil-kuntest ta’ tiftix online għandu ambitu nazzjonali.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li, għall-finijiet ta’ dan il-każ, is-suq ġeografiku rilevanti għall-intermedjazzjoni fir-rigward ta’ reklamar fil-kuntest ta’ tiftix online għandu ambitu mifrux maż-ŻEE kollha.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li Google kellha pożizzjoni dominanti fis-suq fil-każ tal-intermedjazzjoni fir-rigward tar-reklamar fil-kuntest ta’ tiftix online bejn mill-inqas l-2006 u l-2016.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-Klawsola ta’ Esklużività f’kuntratti fir-rigward tas-siti kollha tas-Sħab Diretti tikkostitwixxi abbuż tal-pożizzjoni dominanti ta’ Google fis-suq taż-ŻEE fil-każ tal-intermedjazzjoni fir-rigward ta’ reklamar fil-kuntest ta’ tiftix online fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 102 tat-TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE.

6.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-Klawżola dwar Tqegħid Vantaġġjuż u Minimu ta’ Reklami ta’ Google tikkostitwixxi abbuż tal-pożizzjoni dominanti ta’ Google fis-suq taż-ŻEE għal intermedjazzjoni fir-rigward ta’ reklamar fil-kuntest ta’ tiftix online fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 102 tat-TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE.

7.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-Klawsola ta’ Awtorizzazzjoni ta’ Reklami Ekwivalenti tikkostitwixxi abbuż mill-pożizzjoni dominanti ta’ Google fis-suq taż-ŻEE fejn tidħol l-intermedjazzjoni fir-rigward ta’ reklamar fil-kuntest ta’ tiftix online fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 102 tat-TFUE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim taż-ŻEE.

8.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni li l-imġiba kollha msemmija hawn fuq tikkostitwixxi ksur uniku u kontinwu kif deskritt fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

9.   

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward id-durata tal-ksur deskritt fl-abbozz ta' deċiżjoni.

10.   

Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni biex tqis l-osservazzjonijiet li saru matul il-laqgħa.

11.   

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


Top