Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9940

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9940 — AAUK2/MUL/Ballyhoura Wind/CCWFL) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 338/07

PUB/2020/686

ĠU C 338, 12.10.2020, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 338/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9940 — AAUK2/MUL/Ballyhoura Wind/CCWFL)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 338/07)

1.   

Fil-5 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Arjun Alliance UK 2 LP (“AAUK2”, ir-Renju Unit), finalment ikkontrollata minn AIP Holdings Limited,

Mitsubishi UFJ Lease & Finance Company Limited (“MUL”, il-Ġappun),

Ballyhoura Wind Limited (“Ballyhoura Wind”, l-Irlanda),

CCWFL Limited (“CCWFL”, l-Irlanda).

AAUK2 u MUL jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ballyhoura Wind u CCWFL kollha kemm huma, permezz tal-istabbiliment ta’ veikolu bi skop speċjali AAUK2 MUL HoldCo. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

AAUK2: sħubija limitata stabbilita f’April 2020, li finalment hija kkontrollata mill-AIP Holdings, negozju indipendenti tal-ġestjoni tal-assi tal-infrastruttura li jiffoka fuq sħubijiet ma’ investituri istituzzjonali biex jaċċessaw investimenti infrastrutturali diretti fl-industriji tal-utilitajiet regolati, l-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, u t-trasport,

MUL: grupp b’diversi servizzi bbażat fil-Ġappun, b’attivitajiet relatati ma’ kiri u finanzi, kiri, negozju f’tagħmir użat, finanzjament ta’ appoġġ għall-bejgħ, servizzi ta’ ġestjoni tal-assi, servizzi ta’ konsulenza, avjazzjoni, proprjetà immobbli, loġistika, ambjent u enerġija, kura tas-saħħa u infrastruttura u investiment,

Ballyhoura Wind: għandha l-park eoliku ta’ Ballyhoura Wind fuq l-art li jinsab fil-Kontea ta’ Cork, l-Irlanda,

CCWFL: għandha l-park eoliku ta’ Slievecallan fuq l-art li jinsab fil-Kontea ta’ Clare, l-Irlanda.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9940 — AAUK2/MUL/Ballyhoura Wind/CCWFL

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top