Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9928

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9928 — QuattroR/HGM/Burgo) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 317/07

    PUB/2020/749

    ĠU C 317, 25.9.2020, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.9.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 317/22


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.9928 — QuattroR/HGM/Burgo)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2020/C 317/07)

    1.   

    Fis-17 ta’ Settembru 2020 il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    QuattroR SGR S.p.A. (“QuattroR”, l-Italja),

    Holding Gruppo Marchi S.p.A (“HGM”, l-Italja),

    Burgo Group S.p.A. (“Burgo”, l-Italja).

    QuattroR u HGM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Burgo.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    QuattroR: kumpanija maniġerjali li tiffoka fuq l-investiment u t-tnedija mill-ġdid ta’ negozji Taljani b’prinċipji fundamentali sodi tas-suq u industrijali li jeħtieġu riżorsi ġodda għat-tkabbir jew li qed jiffaċċjaw żbilanċ finanzjarju temporanju,

    HGM: kumpanija azzjonarja li, fost oħrajn, tikkontrolla lil Palladio Group S.p.A., kumpanija bbażata fl-Italja, attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ kaxex tal-kartun, fuljetti, kotba żgħar u tikketti adeżivi u imballaġġ primjum u bħalissa għandha sehem ta’ kontroll f’Burgo,

    Burgo: manifattur tal-polpa u tal-karta, attiva fil-manifattura ta’ (i) karta grafika miksija, prinċipalment għar-rivisti u l-gazzetti ta’ diversi gradi u kwalitajiet (karta ħielsa mill-injam miksija u mekkanika miksija), (ii) karta grafika mhux miksija, prinċipalment għall-kotba u l-istationeries (karta ħielsa mill-injam mhux miksija), (iii) polpa tal-fibra qasira, li l-maġġoranza tagħha tintuża għall-produzzjoni interna tal-karta grafika, (iv) karta speċjali, prinċipalment għall-ippakkjar u t-tikkettar tat-truf tal-bordijiet, u (v) kartun tal-kontenituri riċiklat, użat fl-assemblaġġ ta’ kaxxi kannella.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.9928 — QuattroR/HGM/Burgo

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks: +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top