EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9900

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9900 — ZF China/Wolong/Wolong ZF Automotive Electric Motors JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 298/05

PUB/2020/708

ĠU C 298, 8.9.2020, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 298/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9900 — ZF China/Wolong/Wolong ZF Automotive Electric Motors JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 298/05)

1.   

Fit-28 ta’ Awwissu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ZF China Investment Co., Ltd (“ZF China”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina), sussidjarja ta’ ZF Friedrichshafen AG (“ZF”, il-Ġermanja, flimkien mal-affiljati tagħha “ZF Group”),

Wolong Electric Group Co., Ltd (“Wolong”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina), sussidjarja ta’ Wolong Holding Group Co., Ltd (“Wolong Holding”, flimkien mal-affiljati tagħha “Wolong Group”),

Wolong ZF Automotive Electric Motors Co., Ltd, (“Wolong ZF Automotive Electric Motors”, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina), kumpanija maħluqa ġdida.

ZF China u Wolong jakkwsitaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Wolong ZF Automotive Electric Motors kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ZF: ZF hija fornitur globali ta’ prodotti għal vetturi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali, u teknoloġija industrijali. Il-prodotti jinkludu b’mod partikolari l-gearboxes, l-isteering, il-fusijiet, il-klaċċijiet, id-dampers, il-komponenti u s-sistemi tax-xażi, it-teknoloġija attiva u passiva tas-sikurezza għall-applikazzjonijiet awtomobilistiċi u komponenti assoċjati oħra.

Wolong: Wolong hija manifattur tal-muturi u t-trasmissjonijiet. Il-prodotti ta’ Wolong, fost l-oħrajn, jinkludu diversi muturi (elettriċi) u sistemi ta’ kontroll, impjanti tal-enerġija fotovoltajka, batteriji UPS u makkinarju tal-kostruzzjoni.

Wolong ZF Automotive Electric Motors: l-għan tal-impriża bi sħab huwa l-iżvilupp, id-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ muturi elettriċi u servizzi relatati magħhom għal swieq awtomotivi mad-dinja kollha.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9900 — ZF China/Wolong/Wolong ZF Automotive Electric Motors JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top