This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0262
Case T-262/20: Action brought on 6 May 2020 — Rochem Group v EUIPO — Rochem Marine (ROCHEM)
Kawża T-262/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2020 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (ROCHEM)
Kawża T-262/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2020 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (ROCHEM)
ĠU C 222, 6.7.2020, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/30 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2020 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (ROCHEM)
(Kawża T-262/20)
(2020/C 222/33)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Rochem Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: K. Guridi Sedlak, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rochem Marine Srl (Genova, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark verbali ROCHEM – Reġistrazzjoni Internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 151 545
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1546/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna lill-EUIPO jadotta deċiżjoni ġdida li permezz tagħha jiċħad ir-rikors għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 1 151 545, anki fir-rigward tal-Klassijiet 11 u 40; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, fil-każ li l-parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tidher quddiem il-Qorti Ġenerali, għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 64(2) u (3) b’rabta mal-Artikolu 198 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |