This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62018CA0406
Case C-406/18: Judgment of the Court (First Chamber) of 19 March 2020 (request for a preliminary ruling from the Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság — Hungary) — PG v Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Reference for a preliminary ruling — Common policy on asylum and subsidiary protection — Common procedures for granting international protection — Directive 2013/32/EU — Article 46(3) — Full and ex nunc examination — Article 47 of the Charter of Fundamental Rights of the European Union — Right to an effective remedy — Powers and obligations of the first instance court or tribunal — No power to vary the decisions of the authorities competent in the area of international protection — National legislation providing for an obligation to adjudicate within a time limit of 60 days)
Kawża C-406/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – PG vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika komuni fil-qasam ta’ ażil u ta’ protezzjoni sussidjarja – Proċeduri komuni għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Artikolu 46(3) – Eżami sħiħ u ex nunc – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal rimedju effettiv – Setgħat u dmirijiet tal-qorti tal-ewwel istanza – Assenza ta’ setgħa ta’ bidla tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fil-qasam ta’ protezzjoni internazzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu li tingħata deċiżjoni f’terminu ta’ 60 jum)
Kawża C-406/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – PG vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika komuni fil-qasam ta’ ażil u ta’ protezzjoni sussidjarja – Proċeduri komuni għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Artikolu 46(3) – Eżami sħiħ u ex nunc – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal rimedju effettiv – Setgħat u dmirijiet tal-qorti tal-ewwel istanza – Assenza ta’ setgħa ta’ bidla tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fil-qasam ta’ protezzjoni internazzjonali – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu li tingħata deċiżjoni f’terminu ta’ 60 jum)
ĠU C 222, 6.7.2020, p. 8–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tad-19 ta’ Marzu 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – PG vs Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal
(Kawża C-406/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni fil-qasam ta’ ażil u ta’ protezzjoni sussidjarja - Proċeduri komuni għall-għoti tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 46(3) - Eżami sħiħ u ex nunc - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal rimedju effettiv - Setgħat u dmirijiet tal-qorti tal-ewwel istanza - Assenza ta’ setgħa ta’ bidla tad-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fil-qasam ta’ protezzjoni internazzjonali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi obbligu li tingħata deċiżjoni f’terminu ta’ 60 jum)
(2020/C 222/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: PG
Konvenut: Bevándorlási és Menekültügyi Hivatal
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tagħti lill-qrati biss is-setgħa li jannullaw id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti fil-qasam ta’ protezzjoni internazzjonali, bl-esklużjoni tas-setgħa li jbiddluhom. Madankollu, fil-każ li l-fajl jintbagħat lura lill-awtorità amministrattiva kompetenti, deċiżjoni ġdida għandha tiġi adottata f’terminu qasir u għandha tkun konformi mal-evalwazzjoni mwettqa fis-sentenza ta’ annullament. Barra minn hekk, meta qorti nazzjonali tkun ikkonstatat, wara li tkun wettqet eżami sħiħ u ex nunc tal-punti ta’ fatt u ta’ dritt rilevanti kollha ppreżentati mill-applikant għal protezzjoni internazzjonali, li, b’applikazzjoni tal-kriterji previsti mid-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, dan l-applikant għandu jiġi rrikonoxxut tali protezzjoni għar-raġuni li huwa jinvoka insostenn tal-applikazzjoni tiegħu, iżda meta awtorità amministrattiva sussegwentement tadotta deċiżjoni li jkollha sens oppost, mingħajr ma tistabbilixxi f’dan ir-rigward l-okkorrenza ta’ elementi ġodda li jiġġustifikaw evalwazzjoni ġdida tal-bżonnijiet ta’ protezzjoni internazzjonali tal-applikant ikkonċernat, din il-qorti għandha, meta d-dritt nazzjonali ma jagħtiha ebda mezz li jippermettilha tinforza l-osservanza tad-deċiżjoni tagħha, tbiddel din id-deċiżjoni mhux konformi mad-deċiżjoni preċedenti tagħha u tissostitwixxiha bid-deċiżjoni tagħha fir-rigward tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, filwaqt li ma tapplikax, jekk ikun meħtieġ, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludiha milli tagħmel dan. |
2) |
L-Artikolu 46(3) tad-Direttiva 2013/32, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq il-qorti adita b’rikors kontra deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali terminu ta’ 60 jum sabiex tingħata deċiżjoni, bil-kundizzjoni li din il-qorti tkun f’pożizzjoni li tiżgura, f’dan it-terminu, l-effettività tar-regoli sostantivi u tal-garanziji proċedurali rrikonoxxuti lill-applikant mid-dritt tal-Unjoni. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-imsemmija qorti hija obbligata li ma tapplikax il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi t-terminu għall-għoti ta’ ġudizzju u, meta dan it-terminu jinqabeż, li tagħti d-deċiżjoni tagħha malajr kemm jista’ jkun. |