This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52020M9884
Prior notification of a concentration (Case M.9884 – Thoma Bravo/Madison Dearborn Partners/Axiom) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2020/C 219/10
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9884 — Thoma Bravo/Madison Dearborn Partners/Axiom) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 219/10
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9884 — Thoma Bravo/Madison Dearborn Partners/Axiom) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 219/10
PUB/2020/495
ĠU C 219, 3.7.2020, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
3.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 219/17 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9884 — Thoma Bravo/Madison Dearborn Partners/Axiom)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 219/10)
1.
Fil-25 ta’ Ġunju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Thoma Bravo LLC (“Thoma Bravo”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
— |
Madison Dearborn Partners (“MDP”, l-Istati Uniti tal-Amerka); |
— |
Axiom Software Business ta’ Kaufman, Hall & Associates (“Axiom”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Thoma Bravo u MDP jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Axiom kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Thoma Bravo: ditta ta’ investiment fl-ekwità privata li tipprovdi appoġġ ta’ ekwità u dak strateġiku. |
— |
MDP: ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata, b’enfasi fuq l-industriji bażiċi; software u servizzi tan-negozju u tal-gvern; servizzi finanzjarji u ta’ tranżazzjoni; il-kura tas-saħħa; u servizzi tat-telekomunikazzjoni, tal-media u tat-teknoloġija; |
— |
Axiom: Il-provvista ta’ soluzzjoni EPM komprensiva bbażata fil-cloud li tinkludi l-budgeting, it-tbassir, ir-rapportar, l-analitika, il-ġestjoni tal-istrateġija, il-konsolidazzjonijiet, l-ippjanar tal-kapital, l-immudellar tal-profittabbiltà u l-ġestjoni tal-ispiża. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9884 — Thoma Bravo/Madison Dearborn Partners/Axiom
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).