Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0227

    Kawża T-227/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2020 – Biovene Cosmetics vs EUIPO – Eugène Perma France

    ĠU C 201, 15.6.2020, p. 53–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/53


    Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2020 – Biovene Cosmetics vs EUIPO – Eugène Perma France

    (Kawża T-227/20)

    (2020/C 201/68)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Biovene Cosmetics, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: E. Estella Garbayo, lawyer)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eugène Perma France (Saint-Denis, Franza)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea BIOVÈNE BARCELONA bil-kuluri roża u abjad – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 523 102

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1661/2019-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla u tinvalida d-deċiżjoni kkontestata;

    tannulla u tinvalida d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;

    temenda dawn id-deċiżjonijiet u tilqa’ l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark inkwistjoni fl-intier tagħha;

    tikkundanna lill-EUIPO u lil Eugène Parma France għall-ispejjeż tal-proċeduri odjerni tal-appell, tal-oppożizzjoni u tal-proċedimenti ta’ rikors quddiem l-EUIPO.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top