This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0222
Case T-222/20: Action brought on 21 April 2020 — CH and CN v Parliament
Kawża T-222/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2020 – CH u CN vs Il-Parlament
Kawża T-222/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2020 – CH u CN vs Il-Parlament
ĠU C 201, 15.6.2020, p. 52–53
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 201/52 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ April 2020 – CH u CN vs Il-Parlament
(Kawża T-222/20)
(2020/C 201/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: CH u CN (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara r-rikors tagħhom ammissibbli; |
— |
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati, sa fejn dawn ma jiħdux pożizzjoni b’mod definittiv fuq ir-realtà tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddenunzjati; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas, lil kull wieħed minnhom, ta’ EUR 5 000, ex aequo et bono, bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat bl-iskadenza tat-terminu raġonevoli, miżjud bl-interessi moratorji sal-ħlas sħiħ; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ħlas, lil kull wieħed minnhom, ta’ ammont ta’ EUR 100 000, ex aequo et bono, bħala kumpens għad-dannu morali kkawżat bin-nuqqas ta’ teħid ta’ pożizzjoni definittiva fuq ir-realtà tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddenunzjati, miżjuda bl-interessi moratorji sal-ħlas sħiħ; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors kontra d-deċiżjonijiet tal-Parlament tat-13 ta’ Settembru 2019 li permezz tagħhom l-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ ta’ din l-istituzzjoni, bi tweġiba għat-talbiet għal għajnuna tagħhom, ma ħaditx pożizzjoni b’mod definittiv fuq ir-realtà tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddenunzjati, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ assistenza u tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), għar-raġuni li, billi ma ħaditx pożizzjoni b’mod definittiv fir-rigward tal-eżistenza tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddenunzjati, l-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Parlament naqset mid-dmir tagħha ta’ assistenza li huwa obbligu tagħha. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, kif ukoll fuq ksur tad-dritt għad-dinjità u tal-Artikoli 1 u 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għar-raġuni li, billi ma ħaditx pożizzjoni b’mod definittiv fir-rigward tal-eżistenza tal-fatti ta’ fastidju psikoloġiku ddenunzjati, l-Awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ ingaġġ tal-Parlament kisret il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u d-dmir tagħha ta’ premura, u b’dan il-mod kisret id-dritt għad-dinjità tal-bniedem tar-rikorrenti. |