Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0220

    Kawża T-220/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2020 – JL vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 201, 15.6.2020, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/50


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2020 – JL vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-220/20)

    (2020/C 201/64)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: JL (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (AIPN) tal-11 ta’ Lulju 2019 li fiha twissija lir-rikorrent;

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (AIPN) tas-27 ta’ Marzu 2017 li jerġa’ jinfetaħ il-każ [kunfidenzjali(1);

    tagħti lir-rikorrent kumpens totali ta’ EUR 30 000 għal danni morali speċjali, li għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni Ewropea;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, skont l-Artikolu 134 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, jiġifieri miżuri mhux xierqa għall-eżekuzzjoni tas-sentenza ta’ annullament mogħtija mill-Qorti Ġenerali, u fuq ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba li jinkludi l-obbligu ta’ trattament imparzjali u ġust tal-kawżi, fuq ksur tal-prinċipju ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza u fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, fuq ksur tar-regoli tal-proċedura applikabbli għall-investigazzjonijiet amministrattivi u għall-proċeduri dixxiplinari u fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

    4.

    Ir-raba’ motiv ibbażat fuq talba għal kumpens speċjali minħabba l-irregolaritajiet imsemmija iktar ’il fuq.


    (1)  Data kunfidenzjali moħbija.


    Top