EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0207

Kawża T-207/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2020 – Residencial Palladium vs EUIPO – Fiesta Hotels & Resorts (PALLADIUM HOTELS & RESORTS)

ĠU C 201, 15.6.2020, p. 48–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/48


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2020 – Residencial Palladium vs EUIPO – Fiesta Hotels & Resorts (PALLADIUM HOTELS & RESORTS)

(Kawża T-207/20)

(2020/C 201/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Residencial Palladium, SL (Ibiza, Spanja) (rappreżentant: D. Solana Giménez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fiesta Hotels & Resorts, SL (Ibiza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva PALLADIUM HOTELS & RESORTS –Trade mark tal-Unjoni Nru 2 915 304

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 231/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla u tirrendi bla effett id-deċiżjoni kkontestata, filwaqt li tordna lill-EUIPO jkompli bit-trattament tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità mressqa minn Residencial Palladium;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top