Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0200

    Kawża T-200/20: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2020 – Stone Brewing vs EUIPO – Molson Coors Brewing Company (UK) (STONE BREWING)

    ĠU C 201, 15.6.2020, p. 43–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/43


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2020 – Stone Brewing vs EUIPO – Molson Coors Brewing Company (UK) (STONE BREWING)

    (Kawża T-200/20)

    (2020/C 201/56)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Stone Brewing Co. LLC (Escondido, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske u D. Habel, lawyers)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Molson Coors Brewing Company (UK) Ltd (Burton Upon Trent, ir-Renju Unit)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark tal-Unjoni Ewropea “STONE BREWING” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 423 668

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-31 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 1524/2018-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tagħti deċiżjoni dwar l-ispejjeż favur tagħha.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 71(1)(b) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

    Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top