Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0199

Kawża T-199/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2020 – Aldi Stores vs EUIPO – Dualit (Forma ta’ toaster)

ĠU C 201, 15.6.2020, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/42


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2020 – Aldi Stores vs EUIPO – Dualit (Forma ta’ toaster)

(Kawża T-199/20)

(2020/C 201/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Stores Ltd (Atherstone, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Barker, Solicitor u C. Blythe, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dualit Ltd (Crawley, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali tal-Unjoni (forma ta’ toaster) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 48 728

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1034/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilaqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità skont l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-kawża lura lill-EUIPO, direttament quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni jew il-Bord tal-Appell;

iktar sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità skont l-Artikolu 7(1)(a); l-Artikolu 7(1)(e)(ii), u/jew l-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur ta’ rekwiżit formali essenzjali jew, sussidjarjament, ksur tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Delegat (UE) Nru 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top