EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0195

Kawża T-195/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2020 – Sociedade da Água de Monchique vs EUIPO – Ventura Vendrell (chic ÁGUA ALCALINA 9,5 PH)

ĠU C 201, 15.6.2020, p. 39–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/39


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2020 – Sociedade da Água de Monchique vs EUIPO – Ventura Vendrell (chic ÁGUA ALCALINA 9,5 PH)

(Kawża T-195/20)

(2020/C 201/52)

Lingwa tar-rikors: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Sociedade da Água de Monchique, SA (Caldas de Monchique, il-Portugall) (rappreżentant: M. Osório de Castro, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pere Ventura Vendrell (Sant Sadurni d’Anoia, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea chic ÁGUA ALCALINA 9,5 PH – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 017 027 608

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 2524/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement li tiġi aċċettata r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top