EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0193

Kawża T-193/20: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2020 – Eternit vs EUIPO – Eternit Österreich (Panels)

ĠU C 201, 15.6.2020, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/37


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2020 – Eternit vs EUIPO – Eternit Österreich (Panels)

(Kawża T-193/20)

(2020/C 201/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eternit (Kapelle-op-den-Bos, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Muyldermans u P. Maeyaert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eternit Österreich GmbH (Vöcklabruck, l-Awtrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Ewropea Nru 2 538 140-0001

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1661/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom stess u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


Top