Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0180

    Kawża T-180/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2020 – JE vs Il-Kunsill u Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

    ĠU C 201, 15.6.2020, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/35


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2020 – JE vs Il-Kunsill u Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

    (Kawża T-180/20)

    (2020/C 201/47)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: JE (rappreżentant: N. Forwood, QC)

    Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla parzjalment id-Dikjarazzjoni tal-Konferenza tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri dwar il-Konsegwenzi tal-Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq l-Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, bid-data tad-29 ta’ Jannar 2020, kif ippubblikata mill-Kunsill taħt id-dokument tal-Kunsill bin-numru ta’ referenza XT 21018/20;

    tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż tal-proċedura.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent isostni li l-att adottat mill-konvenuti għandu jiġi annullat parzjalment minħabba nuqqas ta’ kompetenza, ksur ta’ rekwiżit formali essenzjali, ksur tat-Trattati u ta’ dispożizzjonijiet legali marbuta mal-applikazzjoni tagħhom, u użu ħażin ta’ poter.


    Top