EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TN0160

Kawża T-160/20: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2020 – 3M Belgium vs ECHA

ĠU C 201, 15.6.2020, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/31


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2020 – 3M Belgium vs ECHA

(Kawża T-160/20)

(2020/C 201/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: 3M Belgium (Diegem, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-P. Montfort u T. Delille, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-ECHA tas-16 ta’ Jannar 2020 (ECHA/01/2020) dwar l-identifikazzjoni tal-aċidu perfluorobutanesulfoniku (PFBS) u l-melħ tiegħu u “l-inklużjoni tagħhom fil-lista ta’ kandidati [lista tas-sustanzi identifikati] għall-inklużjoni eventwali fl-Anness XIV” tar-Regolament REACH (1);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adotatta bi ksur tar-rekwiżiti tal-Artikolu 57(f) tar-Regolament REACH u fuq il-fatt li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li ma ppruvatx li s-sustanza tikkawża effetti serji probabbli fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali, inkluż dak tal-prevedibbiltà peress li r-rikorrenti ma kinitx f’pożizzjoni li tidentifika jew tivverifika bl-ebda mod id-definizzjoni, il-kriterji u l-fatturi użati mill-ECHA sabiex issostni d-deċiżjoni tagħha.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, ĠU 2006, L 396, p. 1.


Top