This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020TN0145
Case T-145/20: Action brought on 28 February 2020 — IV v Commission
Kawża T-145/20: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2020 – IV vs Il-Kummissjoni
Kawża T-145/20: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2020 – IV vs Il-Kummissjoni
ĠU C 201, 15.6.2020, p. 25–26
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.6.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 201/25 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2020 – IV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-145/20)
(2020/C 201/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: IV (rappreżentant: J. Lemmer, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tordna lill-Kummissjoni u liċ-Ċentru Multifunzjonali Interistituzzjonali għat-Tfal Żgħar in solidum sabiex jgħaddu lil [X] id-dokumenti ta’ preżenza tal-wild tagħha [Y] tas-sena 2019 u tas-sena 2020 li jinsabu fil-pussess tagħhom, taħt piena mhux komminatorja ta’ EUR 500 (ħames mitt Euro) għal kull jum ta’ dewmien b’effett mid-deċiżjoni li għandha tingħata; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 1 500 bħala spejjeż irrekuperabbli li r-rikorrenti kellha tbati sabiex issostni d-drittijiet tagħha, kif ukoll l-ispejjeż ta’ din l-istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq il-ksur mill-konvenuta tal-Artikolu 42 “Id-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti” tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li jipprovdi li “Kull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, għandu d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom”.