Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0868

    Kawża T-868/19 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2020 – Nouryon Industrial Chemicals et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji – REACH – Is-sustanza ossidu tad-dimetil – Stħarriġ ta’ konformità – Deċiżjoni tal-Kummissjoni – Obbligu li tiġi pprovduta ċerta informazzjoni li teħtieġ provi fuq l-annimali – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

    ĠU C 201, 15.6.2020, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.6.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 201/24


    Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2020 – Nouryon Industrial Chemicals et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-868/19 R)

    (Proċeduri għal miżuri provviżorji - REACH - Is-sustanza ossidu tad-dimetil - Stħarriġ ta’ konformità - Deċiżjoni tal-Kummissjoni - Obbligu li tiġi pprovduta ċerta informazzjoni li teħtieġ provi fuq l-annimali - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza)

    (2020/C 201/35)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Nouryon Industrial Chemicals BV(Amsterdam, il-Pajjizi l-Baxxi), Knoell NL BV (Maarssen, il-Pajjiżi l-Baxxi), Grillo-Werke AG (Duisbourg, il-Ġermanja), PCC Trade & Services GmbH (Duisbourg) (rappreżentanti: R. Cana, G. David, avukati, u Z. Romata, solicitor)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lindenthal u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża, minn naħa, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni C(2019) 7336 finali tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Ottubru 2019, dwar l-istħarriġ tal-konformità tar-reġistrazzjoni tal-ossidu ta’ dimetil sottomess lill-Kummissjoni permezz tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, konformement mal-Artikolu 51(7) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1, Rettifiki ĠU 2007, L 136, p. 3; ĠU 2008, L 141, p. 22; ĠU 2009, L 36, p. 84), u, min-naħa l-oħra, għall-għoti ta’ kull miżura provviżorja oħra li l-Qorti Ġenerali tiġġudika xierqa.

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

    2)

    L-ispejjeż huma rriżervati.


    Top