EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0139

Kawża C-139/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

ĠU C 201, 15.6.2020, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/17


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Marzu 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-139/20)

(2020/C 201/25)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Siekierzyńska u A. Armenia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi implimentat liġi li tagħti eżenzjoni mid-dazju tas-sisa fuq il-prodotti tal-enerġija użati minn negozji li jikkonsmaw ħafna enerġija koperti mis-sistema tal-Unjoni għan-negozjar ta’ emissjonijiet, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha li jirriżultaw mill-Artikolu 17(1)(b) u mill-Artikolu 17(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (1);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Repubblika tal-Polonja introduċiet fil-leġiżlazzjoni nazzjonali eżenjoni mid-dazju tas-sisa fuq il-prodotti tal-enerġija użati minn negozji li jikkonsmaw ħafna enerġija koperti mis-sistema tal-Unjoni għan-negozjar tal-emissjonijiet (iktar ’il quddiem is-“sistema EU ETS”.

Fil-fehma tal-Kummissjoni dan jikkostitwixxi nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 17(1)(b) u mill-Artikolu 17(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku. Skont dawn id-dispożizzjonijiet, l-eżenzjoni jew it-tnaqqis tal-livell tat-tassazzjoni applikabbli għall-prodotti tal-enerġija użati minn negozji li jikkonsmaw ħafna enerġija huma possibbli biss meta jkunu ġew konklużi ftehimiet ma’ impriżi jew ma’ assoċjazzjonijiet tal-impriżi jew meta jkunu ġew introdotti skemi ta’ permessi negozjabbli jew arranġamenti ekwivalenti, jekk kemm-il darba dawn iwasslu sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent jew sabiex tiżdied l-effiċjenza enerġetika. Fil-fehma tal-Kummissjoni, is-sistema EU ETS ma tistax titqies bħala “skema ta’ permessi negozjabbli” fis-sens tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405.


Top