EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CN0108

Kawża C-108/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Frar 2020 – HR vs Finanzamt Wilmersdorf

ĠU C 201, 15.6.2020, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Berlin-Brandenburg (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Frar 2020 – HR vs Finanzamt Wilmersdorf

(Kawża C-108/20)

(2020/C 201/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HR

Konvenut: Finanzamt Wilmersdorf

Domanda preliminari

L-Artikoli 167 u 168a tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa imħallsa fuq l-input għandu jiġi rrifjutat ukoll fil-każ ta’ frodi fiskali imwettaq fuq dħul mill-bejgħ li fir-rigward tiegħu l-persuna taxxabbli kellha konoxxenza jew kellu jkollha konoxxenza, minkejja li, fir-rigward tat-tranżazzjoni li kienet id-destinatarja tagħha, ma pparteċipatx fil-frodi fiskali jew kienet involuta fih, u la inkoraġġiet u lanqas iffaċilitat l-imsemmi frodi?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


Top