Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D0528(01)

    Deċiżjoni tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 2020 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 2020/C 178 I/01

    ST/7766/2020/INIT

    ĠU C 178I, 28.5.2020, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    28.5.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CI 178/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tal-25 ta’ Mejju 2020

    li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020

    (2020/C 178 I/01)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu,

    Billi:

    il-baġit tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020 ġie adottat definittivament fis-27 ta’ Novembru 2019 (2);

    fit-30 ta’ April 2020, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 għall-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2020;

    huwa importanti li tkun tista’ ssir adozzjoni rapida tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4/2020 biex tiġi pprovduta assistenza mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea lill-Istati Membri kkonċernati, milquta minn diżastri naturali, filwaqt li titqies ukoll is-sitwazzjoni tal-COVID-19, li diġà qed iżżid il-pressjoni fuq il-finanzi ta’ dawk l-Istati Membri. Għaldaqstant, huwa ġġustifikat li jitqassar il-perijodu ta’ tmien ġimgħat għall-informazzjoni tal-Parlamenti nazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 4 tal-Protokoll Nru 1, f’konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 4 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 ġiet adottata fil-25 ta’ Mejju 2020.

    Jista’ jinkiseb aċċess għat-test sħiħ għall-konsultazzjoni jew għat-tniżżil mis-sit web tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2020.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    G. GRLIĆ RADMAN


    (1)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

    (2)  ĠU L 57, 27.2.2020, p. 1.


    Top