Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52020M9753

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9753 — Hexcel/Woodward) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2020/C 115/02

PUB/2020/264

ĠU C 115, 7.4.2020, p. 2–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

7.4.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 115/2


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9753 — Hexcel/Woodward)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 115/02)

1.   

Fis-27 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Hexcel Corporation (“Hexcel”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Woodward, Inc. (“Woodward”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Hexcel tidħol f’amalgamazzjoni sħiħa fis-sens tal-Artikolu 3(1a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ma’ Woodward.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Hexcel: l-iżvilupp, il-manifattura u l-provvista ta’ materjali strutturali ħfief u ta’ prestazzjoni għolja, inklużi fibres tal-karbonju, rinforzi ta’ speċjalità, “prepregs”, u materjali oħra matrix rinforzati bil-fibre, adeżivi u strutturi kompożiti, għall-użu fl-ajruspazju kummerċjali, l-ispazju u d-difiża, u f’setturi oħra industrijali,

Woodward: id-disinn, il-manifattura, il-provvista u l-manutenzjoni ta’ soluzzjonijiet ta’ kontroll għas-settur ajruspazjali u għal setturi oħra industrijali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9753 — Hexcel/Woodward

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top