EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TB0599

Kawża T-599/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2019 – Aeris Invest vs SRB (“Rikors għal annullament – Politika ekonomika u monetarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti ta’ investiment – Skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español – Assenza ta’ valutazzjoni ex-post definittiva ta’ Banco Popular Español – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”)

ĠU C 423, 16.12.2019, p. 53–53 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2019 – Aeris Invest vs SRB

(Kawża T-599/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Politika ekonomika u monetarja - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti ta’ investiment - Skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español - Assenza ta’ valutazzjoni ex-post definittiva ta’ Banco Popular Español - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”)

(2019/C 423/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Aeris Invest Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: R. Vallina Hoset, P. Medina Sánchez u A. Sellés Marco, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: A. Valavanidou, I. Georgiopoulos u E. Muratori, aġenti, assistiti minn B. Meyring, S. Schelo, F. Málaga Diéguez, F. Fernández de Trocóniz Robles, T. Klupsch, M. Bettermann, S. Ianc u M. Rickert, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-“deċiżjoni tas-SRB li ma titwettaqx valutazzjoni ex-post definittiva ta’ Banco Popular Español, SA, ikkomunikata lir-rikorrenti permezz tal-ittra tal-14 ta’ Settembru 2018”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Aeris Invest Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


Top