EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0301

Kawża T-301/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Yanukovych vs Il-Kunsill (“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar tal-fondi – Lista ta’ persuni, enitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fl-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt ta’ protezzjoni ġudizzjarju effettiva”)

ĠU C 423, 16.12.2019, p. 37–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2019 – Yanukovych vs Il-Kunsill

(Kawża T-301/18) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħudin fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar tal-fondi - Lista ta’ persuni, enitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet fl-osservanza tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt ta’ protezzjoni ġudizzjarju effettiva”)

(2019/C 423/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Yanukovych (Saint Petersbourg, ir-Russja) (rappreżentanti: T. Beazley, QC, E. Dean u J. Marjason-Stamp, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 48), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2018, L 63, p. 5), sa fejn l-isem tar-rikorrent inżamm fil-lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/326 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn l-isem ta’ Oleksandre Viktorovych Yanukovych inżamm fil-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 231, 2.7.2018.


Top