This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019CN0679
Case C-679/19: Request for a preliminary ruling from the Tribunalul Ilfov (Romania) lodged on 12 September 2019 – NL v Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București
Kawża C-679/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Ilfov (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Settembru 2019 – NL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București
Kawża C-679/19: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Ilfov (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Settembru 2019 – NL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București
ĠU C 423, 16.12.2019, p. 21–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 423/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Ilfov (ir-Rumanija) fit-12 ta’ Settembru 2019 – NL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București
(Kawża C-679/19)
(2019/C 423/27)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Ilfov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: NL
Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice București
Domandi preliminari
1) |
L-Arikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sanzjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 653(i) tal-Hotărârea Guvernului Nru 707/2006 (id-Digriet tal-Gvern Nru 707/2006), li tistabbilixxi li ammonti ta’ flus kontanti li effettivament jeċċedu l-limitu ta’ EUR 10 000 li ma jiġux iddikjarati bil-miktub lill-awtoritajiet tad-dwana għandhom jiġu kkonfiskati fl-intier tagħhom u b’mod definittiv? |
2) |
L-Arikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni mill-Istati Membri ta’ sanzjoni għal kontravenzjoni li tikkonsisti fil-konfiska tas-somma kollha mhux iddikjarata, fl-assenza ta’ verifika minn qabel jew suċċessiva dwar il-provenjenza jew l-użu intiż tal-flus u independentement mill-provenjenza jew mill-użu intiż tagħhom? |
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2005 dwar kontrolli ta’ flus kontanti deħlin fil-Komunità jew ħerġin mill-Komunità (ĠU 2005, L 309, p. 9).