EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018CA0653

Kawża C-653/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Naczelny Sąd Administracyjny - il-Polonja) – Unitel Sp. z o.o. w Warszawie vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 146 – Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni – Kunċett ta’ “kunsinna ta’ oġġetti” – Artikolu 131 – Kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Prinċipju ta’ newtralità fiskali – Provi – Frodi – Prassi ta’ Stat Membru li tikkonsisti fir-rifjut tad-dritt għal eżenzjoni meta x-xerrej tal-oġġetti esportati ma jkunx identifikat)

ĠU C 423, 16.12.2019, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 423/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Naczelny Sąd Administracyjny - il-Polonja) – Unitel Sp. z o.o. w Warszawie vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

(Kawża C-653/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 146 - Eżenzjonijiet fuq l-esportazzjoni - Kunċett ta’ “kunsinna ta’ oġġetti” - Artikolu 131 - Kundizzjonijiet stabbiliti mill-Istati Membri - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Provi - Frodi - Prassi ta’ Stat Membru li tikkonsisti fir-rifjut tad-dritt għal eżenzjoni meta x-xerrej tal-oġġetti esportati ma jkunx identifikat)

(2019/C 423/21)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unitel Sp. z o.o. w Warszawie

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 146(1)(a) u (b) u tal-Artikolu 131 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll il-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu prassi nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti fil-kunsiderazzjoni li f’kull każ ma jkunx hemm kunsinna ta’ oġġetti, fis-sens ta’ din l-ewwel dispożizzjoni, u fir-rifjut konsegwenti tal-benefiċċju tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), meta l-oġġetti kkonċernati jkunu ġew esportati ’l barra mill-Unjoni Ewropea u li, wara l-esportazzjoni, l-awtoritajiet fiskali jkunu kkonstataw li x-xerrejja ta’ dawn l-oġġetti ma kinitx il-persuna msemmija fuq il-fattura stabbilita mill-persuna taxxabbli, iżda entità oħra li ma ġietx identifikata. F’tali ċirkustanzi, il-benefiċċju tal-eżenzjoni mill-VAT previst fl-Artikolu 146(1)(a) u (b) ta’ din id-direttiva għandu jiġi rrifjutat jekk l-assenza ta’ identifikazzjoni tax-xerrej reali ixxekkel, f’każ partikolari, milli tiġi stabbilita l-prova li t-tranżazzjoni inkwistjoni tikkostitwixxi kunsinna ta’ oġġetti, fis-sens ta’ din id-dispożiżzjoni, jew jekk jiġi stabbilit li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li din it-tranżazzjoni kienet involuta fi frodi mwettqa għad-detriment tas-sistema komuni tal-VAT.

2)

Id-Direttiva 2006/112 għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta, f’dawn iċ-ċirkustanzi, il-benefiċċju tal-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) previst fl-Artikolu 146(1)(a) u (b) tad-Direttiva tal-VAT jiġi rrifjutat, hemm lok li jitqies li t-tranżazzjoni inkwistjoni ma tikkostitwixxix tranżazzjoni taxxabbli u li, għaldaqstant, ma tagħtix dritt għall-benefiċċju għal tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa.


(1)  ĠU C 44, 4.2.2019.


Top