Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52018AP0177

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tal-obbligu li tiġi rispettata rata standard minima (COM(2017)0783 – C8-0007/2018 – 2017/0349(CNS))

    ĠU C 390, 18.11.2019, p. 189–189 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    18.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 390/189


    P8_TA(2018)0177

    Is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tal-obbligu li tiġi rispettata rata standard minima *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ April 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, fir-rigward tal-obbligu li tiġi rispettata rata standard minima (COM(2017)0783 – C8-0007/2018 – 2017/0349(CNS))

    (Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

    (2019/C 390/41)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2017)0783),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0007/2018),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0124/2018),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

    2.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    3.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

    Top