Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019XG1112(02)

    Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela2019/C 384/03

    ĠU C 384, 12.11.2019, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.11.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 384/3


    Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

    (2019/C 384/03)

    Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

    Il-bażijiet ġuridiċi għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1893 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1891 (5).

    Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Barranin, it-Tkabbir u l-Protezzjoni Ċivil — RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

    Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Segretarjat Ġenerali

    RELEX.1.C

    Rue de la Loi/Wetstraat 175

    1048 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

    L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:

    Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

    data.protection@consilium.europa.eu

    L-iskop tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1893, u mar-Regolament (UE) 2017/2063, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1891.

    Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2017/2074 u r-Regolament (UE) 2017/2063.

    Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra marbuta magħha.

    Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

    Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

    Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.

    Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


    (1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

    (2)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 60.

    (3)  ĠU L 291, 12.11.2019, p. 42.

    (4)  ĠU L 295, 14.11.2017, p. 21.

    (5)  ĠU L 291, 12.11.2019, p. 13.


    Top