Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52019TA1008(01)

    Rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2018, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet

    ĠU C 340, 8.10.2019, p. 1–268 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.10.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 340/1


    Image 1

    F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(1) u (4) tat-TFUE u l-Artikolu 258 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 u l-Artikolu 43 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323

    il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea, fil-laqgħa tagħha tat-18 ta’ Lulju 2019, adottat

    IR-RAPPORTI ANNWALI

    għas-sena finanzjarja 2018

    Ir-rapporti, flimkien mar-risposti tal-istituzzjonijiet għall-osservazzjonijiet tal-Qorti, intbagħtu lill-awtoritajiet responsabbli mill-għoti tal-kwittanza u lill-istituzzjonijiet l-oħra.

    Il-Membri tal-Qorti tal-Awdituri huma:

    Klaus-Heiner LEHNE (President), Henri GRETHEN, Ladislav BALKO, Lazaros S. LAZAROU, Pietro RUSSO, Baudilio TOMÉ MUGURUZA, Iliana IVANOVA, Alex BRENNINKMEIJER, Danièle LAMARQUE, Nikolaos MILIONIS, Phil WYNN OWEN, Oskar HERICS, Bettina JAKOBSEN, Janusz WOJCIECHOWSKI, Samo JEREB, Jan GREGOR, Mihails KOZLOVS, Rimantas ŠADŽIUS, Leo BRINCAT, João FIGUEIREDO, Juhan PARTS, Ildikó GÁLL-PELCZ, Eva LINDSTRÖM, Tony MURPHY, Hannu TAKKULA, Annemie TURTELBOOM, Viorel ȘTEFAN, Ivana MALETIĆ.

    RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT

    (2019/C 340/01)

    WERREJ

    Introduzzjoni ġenerali 7

    Kapitolu 1

    — Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u l-informazzjoni ta’ sostenn 9

    Kapitolu 2

    — Ġestjoni baġitarja u finanzjarja 35

    Kapitolu 3

    — Kisba ta’ riżultati mill-baġit tal-UE 55

    Kapitolu 4

    — Dħul 111

    Kapitolu 5

    — Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi 121

    Kapitolu 6

    — Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali 135

    Kapitolu 7

    — Riżorsi naturali 159

    Kapitolu 8

    — Sigurtà u ċittadinanza 179

    Kapitolu 9

    — Ewropa Globali 187

    Kapitolu 10

    — Amministrazzjoni 197
    Risposti tal-Istituzzjonijiet 205

     


    Introduzzjoni Ġenerali

    0.1.

    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) hija istituzzjoni (1) tal-Unjoni Ewropea (UE) u l-awditur estern tal-finanzi tal-UE (2). F’din il-kapaċità, aħna naġixxu bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini kollha tal-UE, notevolment billi nikkontribwixxu għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE. Aktar informazzjoni dwar ix-xogħol li nwettqu tista’ tinstab fir-rapporti annwali tal-attività, fir-rapporti speċjali, u fl-analiżijiet panoramiċi tagħna, kif ukoll fl-opinjonijiet tagħna dwar liġijiet ġodda jew liġijiet aġġornati tal-UE jew deċiżjonijiet oħra b’implikazzjonijiet għall-ġestjoni finanzjarja (3).

    0.2.

    Dan ir-rapport annwali, li huwa t-42 rapport dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, ikopri s-sena finanzjarja 2018. Rapport annwali separat ikopri l-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp.

    0.3.

    Il-baġit ġenerali tal-UE jiġi approvat kull sena mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew. Ir-rapport annwali tagħna, flimkien, kif meħtieġ, mar-rapporti speċjali li noħorġu, jipprovdi bażi għall-proċedura ta’ kwittanza li fiha l-Parlament, filwaqt li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill, jiddeċiedi jekk il-Kummissjoni tkunx wettqet ir-responsabbiltajiet baġitarji tagħha b’mod sodisfaċenti. Ladarba jiġi ppubblikat, aħna ngħaddu r-rapport annwali lill-parlamenti nazzjonali, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    0.4.

    Il-parti ċentrali tar-rapport tagħna hija d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet konsolidati tal-UE u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Din id-dikjarazzjoni tiġi ssupplimentata minn valutazzjonijiet speċifiċi għal kull qasam prinċipali ta’ attività tal-UE.

    0.5.

    Bħal fi snin preċedenti, ir-rapport ta’ din is-sena huwa strutturat kif ġej:

    il-Kapitolu 1 fih id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u sommarju tar-riżultati tal-awditjar li wettaqna dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

    il-Kapitolu 2 jippreżenta l-analiżi tagħna tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja;

    il-Kapitolu 3 jiffoka fuq x’jgħidulna l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE, jippreżenta riżultati sinifikanti mir-Rapporti Speċjali 2018 tagħna dwar il-prestazzjoni, u janalizza l-implimentazzjoni mill-Kummissjoni tar-rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-rapporti speċjali li ppubblikajna fl-2015;

    il-Kapitolu 4 jippreżenta s-sejbiet tagħna dwar id-dħul tal-UE;

    il-Kapitoli 5 sa 10 juru, għall-intestaturi prinċipali tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali (4), ir-riżultati tal-ittestjar li wettaqna tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet u tal-eżaminar li sar minna tar-rapporti annwali tal-attività tal-Kummissjoni, elementi oħra tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħha u arranġamenti oħra ta’ governanza.

    0.6.

    Billi ma hemmx rapporti finanzjarji separati għall-intestaturi individwali tal-QFP, il-konklużjonijiet għal kull kapitolu ma jikkostitwux opinjoni tal-awditjar. Minflok, il-kapitoli jiddeskrivu kwistjonijiet sinifikanti li huma speċifiċi għal kull intestatura tal-QFP.

    0.7.

    Aħna għandna l-għan li nippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħna b’mod ċar u konċiż. Mhux dejjem inkunu nistgħu nevitaw li nużaw termini li huma speċifiċi għall-UE, għall-politiki u l-baġit tagħha, jew għall-kontabbiltà u l-awditjar. Fuq is-sit web tagħna, aħna ppubblikajna glossarju bid-definizzjonijiet u t-tifsiriet tal-maġġoranza ta’ dawn it-termini speċifiċi (5). It-termini ddefiniti fil-glossarju jidhru bil-korsiv fejn jintużaw għall-ewwel darba f’kull kapitolu.

    0.8.

    Ir-risposti tal-Kummissjoni (jew, fejn applikabbli, ir-risposti ta’ istituzzjonijiet u korpi oħra tal-UE) għall-osservazzjonijiet tagħna huma ppreżentati ma’ dan ir-rapport. Hija r-responsabbiltà tagħna, bħala awditur estern, li nirrappurtaw is-sejbiet tal-awditjar tagħna u li naslu għall-konklużjonijiet neċessarji sabiex nipprovdu valutazzjoni indipendenti u imparzjali tal-affidabbiltà tal-kontijiet u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet.

    (1)  Il-QEA ġiet stabbilita bħala istituzzjoni permezz tal-Artikolu 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, magħruf ukoll bħala t-Trattat ta’ Maastricht (ĠU C 191, 29.7.1992, p. 1). Madankollu, hija ġiet stabbilita għall-ewwel darba permezz tat-Trattat ta’ Brussell fl-1977, bħala l-korp Komunitarju l-ġdid inkarigat mill-funzjoni tal-awditjar estern (ĠU L 359, 31.12.1977, p. 1).

    (2)  L-Artikoli 285 sa 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47).

    (3)  Disponibbli fuq is-sit web tagħna: www.eca.europa.eu

    (4)  Aħna ma nipprovdux valutazzjoni speċifika għall-infiq taħt l-Intestatura 6 (“Kumpens”) jew għal infiq li ma jaqax taħt il-QFP. L-analiżi tagħna tal-Intestatura 3 (“Sigurtà u ċittadinanza”) u l-Intestatura 4 (“Ewropa Globali”), fil-Kapitoli 8 u 9 rispettivament, ma tinkludix livell ta’ żball stmat.

    (5)  https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/GLOSSARY_AR_2018/GLOSSARY_AR_2018_MT.pdf


    KAPITOLU 1

    Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u informazzjoni ta’ sostenn

    WERREJ

    Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni pprovduta mill-Qorti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Rapport tal-awditur indipendenti I–XXX
    Introduzzjoni 1.1–1.5
    Ir-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri 1.1–1.3
    L-infiq tal-UE huwa għodda sinifikanti għall-ilħuq tal-objettivi ta’ politika 1.4–1.5
    Sejbiet tal-awditjar għas-sena finanzjarja 2018 1.6–1.41
    Affidabbiltà tal-kontijiet 1.6–1.9
    Il-kontijiet kienu ma kinux affettwati minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali 1.6–1.8
    Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar relatati mar-rapporti finanzjarji 2018 1.9
    Regolarità tat-tranżazzjonijiet 1.10–1.32
    L-awditu li wettaqna jkopri l-infiq li ġie aċċettat mill-Kummissjoni fl-2018 1.11–1.14
    Ir-riżultati tal-awditjar tagħna għall-2018 juru li l-iżbalji huma limitati għal tipi speċifiċi ta’ nfiq 1.15
    Il-kumplessità tar-regoli u l-mod kif il-fondi tal-UE jiġu żborżati għandhom impatt fuq ir-riskju ta’ żball 1.16–1.32
    L-informazzjoni dwar ir-regolarità pprovduta mill-Kummissjoni 1.33–1.41
    L-istima mill-Kummissjoni tal-livell ta’ żball hija kemxejn taħt il-firxa indikata minna 1.35–1.36
    Il-komponenti individwali tal-istima mill-Kummissjoni mhux dejjem jikkonformaw mas-sejbiet tagħna 1.37–1.39
    Ir-riskju meta jsir l-għeluq jiddependi fuq l-istimi tal-korrezzjonijiet u tal-irkupri futuri 1.40–1.41
    Aħna nirrappurtaw każijiet ta’ frodi suspettata lill-OLAF 1.42–1.46
    Konklużjonijiet 1.47–1.49
    Riżultati tal-awditjar 1.48–1.49

    Anness 1.1 — Approċċ u metodoloġija tal-awditjar

     

    Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni pprovduta mill-Qorti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – rapport tal-awditur indipendenti

    Opinjoni

    I.

    Aħna awditjajna:

    (a)

    il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea, li jinkludu r-rapporti finanzjarji konsolidati (1) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (2) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018, u li ġew approvati mill-Kummissjoni fis-26 ta’ Ġunju 2019, kif ukoll

    (b)

    il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, kif meħtieġ mill-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

    Affidabbiltà tal-kontijiet

    Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

    II.

    Fl-opinjoni tagħna, il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea (UE) għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-UE fil-31 ta’ Diċembru 2018, ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha, u l-bidliet fl-assi netti tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont ir-Regolament Finanzjarju u r-regoli kontabilistiċi bbażati fuq standards tal-kontabbiltà li huma aċċettati internazzjonalment għas-settur pubbliku.

    Legalità u regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

    Dħul

    Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tad-dħul

    III.

    Fl-opinjoni tagħna, id-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

    Infiq

    Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq

    IV.

    Fl-opinjoni tagħna, bl-eċċezzjoni għall-effetti tal-kwistjoni deskritta taħt “Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti”, l-infiq aċċettat fil-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

    Bażi għal opinjoni

    V.

    Aħna wettaqna l-awditu tagħna skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar (ISAs) u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC, u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (ISSAIs) tal-INTOSAI. Ir-responsabbiltajiet tagħna skont dawn l-istandards huma deskritti f’aktar dettall fit-taqsima “Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet konsolidati u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi”. Aħna rrispettajna wkoll ir-rekwiżiti tal-indipendenza u wettaqna l-obbligi etiċi tagħna skont il-Kodiċi ta’ Etika għall-Kontabilisti Professjonali tal-Bord tal-Istandards Internazzjonali tal-Etika għall-Kontabilisti (il-Kodiċi tal-IESBA). Aħna nemmnu li l-evidenza għall-awditjar li ksibna hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tagħna.

    Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq

    VI.

    Fl-2018, aħna sibna li l-infiq b’riskju għoli (prinċipalment infiq ibbażat fuq rimborżi, u li huwa suġġett għal regoli kumplessi) (3) huwa milqut minn livell materjali ta’ żball. Il-livell ta’ żball stmat minna għall-infiq b’riskju għoli huwa ta’ 4,5 %. L-istima tagħna tal-livell kumplessiv ta’ żball (2,6 %) għadha ogħla mis-soll ta' materjalità tagħna, iżda mhix pervażiva. L-infiq b’riskju baxx, li huwa prinċipalment ibbażat fuq intitolament u huwa suġġett għal regoli simplifikati/inqas kumplessi mhuwiex milqut minn livell materjali ta’ żball (4).

    Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar

    Aħna vvalutajna l-impatt potenzjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq il-kontijiet għall-2018

    VII.

    Fid-29 ta' Marzu 2017, ir-Renju Unit (UK) innotifika formalment lill-Kunsill Ewropew dwar l-intenzjoni tiegħu li joħroġ mill-UE. Fl-10 ta’ April 2019, il-Kunsill Ewropew qabel li d-data ta’ skadenza għall-ħruġ tar-Renju Unit (5) tiġi estiża sakemm ikun meħtieġ iżda, fi kwalunkwe każ, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru 2019. Skont id-deċiżjoni tal-Kunsill, ir-Renju Unit mistenni li joħroġ mill-UE fl-ewwel jum tax-xahar wara l-ikkompletar tal-proċeduri ta’ ratifika jew inkella fl-1 ta’ Novembru 2019, skont liema data tiġi l-ewwel. Ir-Renju Unit se jibqa’ Stat Membru sad-data l-ġdida tal-ħruġ, bid-drittijiet u l-obbligi kollha skont l-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u għandu d-dritt li jirrevoka n-notifika tiegħu fi kwalunkwe ħin.

    VIII.

    Kif indikat fil-paragrafu II, il-kontijiet konsolidati tal-UE għall-2018 tħejjew biex jirriflettu l-pożizzjoni finanzjarja tal-UE fil-31 ta’ Diċembru 2018 kif ukoll ir-riżultati, il-flussi tal-flus u l-bidliet fl-assi netti tagħha għall-2018. Il-kontijiet konsolidati tal-UE għall-2018 jirriflettu l-istat tan-negozjati fil-31 ta’ Diċembru 2018. F’dik id-data, u sad-data li fiha aħna kkompletajna x-xogħol tal-awditjar tagħna, ir-Renju Unit kien għadu Stat Membru.

    IX.

    Aħna ma identifikajna l-ebda avveniment relatat mal-proċess tal-ħruġ li jkun jirrikjedi aġġustamenti skont l-istandard internazzjonali tal-kontabbiltà fuq l-avvenimenti wara d-data tar-rappurtar (6).

    X.

    Aħna se nkomplu nivvalutaw l-impatt potenzjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea fuq il-kontijiet konsolidati tal-UE. Se jkun meħtieġ li l-kontijiet konsolidati futuri tal-UE jirriflettu l-istat jew l-eżitu tal-proċess tal-ħruġ. Fid-data li fiha aħna kkompletajna l-awditu tagħna tal-kontijiet għall-2018, kien għadu mhux magħruf jekk ir-Renju Unit huwiex fil-fatt se joħroġ mill-UE u, jekk dan kien il-każ, f’liema data u skont liema termini.

    XI.

    Ibbażat fuq is-sitwazzjoni attwali, ma hemm l-ebda impatt finanzjarju fuq il-kontijiet annwali konsolidati tal-UE għall-2018 li jrid jiġi rrappurtat, u aħna nikkonkludu li l-kontijiet li ntemmu fil-31 ta’ Diċembru 2018 kienu jirriflettu b’mod korrett il-proċess tal-ħruġ f’dik id-data.

    Aħna vvalutajna l-obbligazzjoni għall-pensjoni u għal benefiċċji oħra tal-impjegati

    XII.

    Il-karta tal-bilanċ tal-UE tinkludi l-obbligazzjoni għall-pensjoni u għal benefiċċji oħra tal-impjegati li ammontaw għal EUR 80,5 biljun fi tmiem l-2018. Din hija waħda mill-obbligazzjonijiet l-aktar sinifikanti fil-karta tal-bilanċ, u tirrappreżenta aktar minn terz tat-total ta’ obbligazzjonijiet għall-2018 ta’ EUR 235,9 biljun.

    XIII.

    Il-biċċa l-kbira minn din l-obbligazzjoni għall-pensjoni u għal benefiċċji oħra tal-impjegati (EUR 70,0 biljun) hija relatata mal-Iskema tal-Pensjonijiet tal-Uffiċjali u l-Aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (PSEO). L-obbligazzjoni rreġistrata fil-kontijiet tirrifletti l-ammont li kieku kien jiġi inkluż kieku ġie stabbilit fond ta’ pensjoni biex isiru pagamenti relatati mal-obbligi eżistenti għall-pensjonijiet tal-irtirar (7). Minbarra l-pensjonijiet tal-irtirar, hija tkopri l-pensjonijiet tal-invalidità kif ukoll il-pensjonijiet li jitħallsu lin-nisa romol jew lill-orfni tal-persunal tal-UE. Il-benefiċċji mħallsa taħt din l-iskema tal-pensjonijiet jitħallsu mill-baġit tal-UE. L-Istati Membri jiggarantixxu b’mod konġunt il-pagament tal-benefiċċji, u l-uffiċjali jikkontribwixxu terz tal-ispiża għall-finanzjament tal-iskema. L-Eurostat jikkalkula din l-obbligazzjoni f’isem l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, billi juża parametri li ġew ivvalutati mill-konsulenti attwarji tal-Kummissjoni.

    XIV.

    It-tieni parti l-aktar sinifikanti tal-obbligazzjoni għall-pensjoni u għal benefiċċji oħra tal-impjegati (EUR 8,7 biljun) hija kostitwita mill-obbligazzjoni stmata tal-UE lejn ir-Reġim Komuni tal-Assigurazzjoni tal-Mard (JSIS). Din l-obbligazzjoni hija relatata mal-ispejjeż tal-kura tas-saħħa li jridu jitħallsu lill-membri tal-persunal tal-UE matul il-perjodi ta’ wara l-attività (bit-tnaqqis tal-kontribuzzjonijiet tagħhom).

    XV.

    Bħala parti mill-awditu tagħna, aħna vvalutajna, għall-obbligazzjoni tal-pensjoni, is-suppożizzjonijiet attwarji li saru u l-valwazzjoni riżultanti. Aħna bbażajna din l-evalwazzjoni fuq xogħol li wettqu l-esperti attwarji esterni biex jipproduċu studju dwar l-obbligazzjonijiet tal-pensjoni u tal-JSIS. Aħna vverifikajna d-data numerika, il-parametri attwarji, u l-kalkolu tal-obbligazzjoni, kif ukoll il-preżentazzjoni fil-karta tal-bilanċ konsolidata u n-noti għar-rapporti finanzjarji konsolidati. Kif iddikjarat fin-Nota 2.9 għar-rapporti finanzjarji konsolidati, il-Kummissjoni kompliet ix-xogħol tagħha lejn it-tisħiħ tal-proċessi li hija tapplika biex tikkalkula l-obbligazzjoni tal-benefiċċji tal-impjegati, u aħna se nibqgħu nirrieżaminaw dan ix-xogħol.

    Aħna vvalutajna stimi sinifikanti ta’ tmiem is-sena li ġew ippreżentati fil-kontijiet

    XVI.

    Fi tmiem is-sena 2018, il-valur stmat tal-ispejjeż eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji, iżda li kienu għadhom ma ġewx irrappurtati, ammontaw għal EUR 99,8 biljun (tmiem is-sena 2017: EUR 100,9 biljun). Dawn l-ammonti ġew irreġistrati bħala spejjeż dovuti (8).

    XVII.

    Fi tmiem is-sena 2018, l-ammont stmat li ma ntużax mill-istrumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża u mill-iskemi ta’ għajnuna rikonoxxuti fil-kontijiet tal-UE kien jammonta għal EUR 6,5 biljun (tmiem is-sena 2017: EUR 4,7 biljun), li fil-karta tal-bilanċ jintwera bħala “Avvanzi oħrajn lill-Istati Membri” (pagamenti bil-quddiem).

    XVIII.

    Sabiex nivvalutaw dawn l-istimi ta’ tmiem is-sena, aħna eżaminajna s-sistema li l-Kummissjoni stabbiliet għall-kalkoli tal-cut-off u żgurajna l-korrettezza u l-kompletezza tagħhom fid-Direttorati Ġenerali li fihom isiru l-biċċa l-kbira mill-pagamenti. Matul ix-xogħol tal-awditjar tagħna fuq il-kampjun ta’ fatturi u ta’ pagamenti ta’ prefinanzjament, aħna eżaminajna l-kalkoli tal-cut-off rilevanti sabiex nindirizzaw ir-riskju li l-ammont dovut jiġi ddikjarat b’mod skorrett. Aħna fittxejna kjarifika addizzjonali mis-servizzi kontabilistiċi tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija ġenerali għall-istabbiliment ta’ dawn l-istimi.

    XIX.

    Aħna nikkonkludu li l-istima tal-ammont kumplessiv ta’ imposti dovuti u ta’ pagamenti bil-quddiem oħra għall-Istati Membri ddikjarati fil-karta tal-bilanċ konsolidata hija ġusta.

    Kwistjonijiet oħra

    XX.

    Il-maniġment huwa responsabbli għall-provvediment ta’ “informazzjoni oħra”. Dan it-terminu jinkludi wkoll id-Diskussjoni U l-Analiżi tar-Rapport Finanzjarju, iżda mhux il-kontijiet konsolidati jew ir-rapporti tagħna dwarhom. L-opinjoni tagħna dwar il-kontijiet konsolidati ma tkoprix din l-informazzjoni l-oħra, u aħna ma nesprimu l-ebda forma ta’ konklużjoni ta’ aċċertament dwarha. Ir-responsabbiltà tagħna fir-rigward tal-awditu tal-kontijiet konsolidati hija li naqraw l-informazzjoni l-oħra u nqisu jekk din l-informazzjoni tkunx materjalment inkonsistenti mal-kontijiet konsolidati jew mal-għarfien li nkunu ksibna fl-awditu, jew jekk jidhirx li tkun saret xi dikjarazzjoni skorretta materjali oħra. Jekk aħna nikkonkludu li jkun hemm dikjarazzjoni skorretta materjali tal-informazzjoni l-oħra, aħna meħtieġa nirrappurtaw dan il-fatt kif meħtieġ. Aħna ma għandna xejn x’nirrappurtaw f’dan ir-rigward.

    Responsabbiltajiet tal-maniġment

    XXI.

    F’konformità mal-Artikoli 310 sa 325 tat-TFUE u mar-Regolament Finanzjarju, il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet konsolidati tal-UE abbażi ta' standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment, u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Din ir-responsabbiltà tinkludi t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta' kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ta' rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Il-maniġment huwa responsabbli wkoll milli jiżgura li l-attivitajiet, it-tranżazzjonijiet finanzjarji u l-informazzjoni riflessi fir-rapporti finanzjarji jkunu jikkonformaw mal-awtoritajiet li jirregolawhom. Il-Kummissjoni hija fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-UE (l-Artikolu 317 tat-TFUE).

    XXII.

    Fit-tħejjija tal-kontijiet konsolidati, il-maniġment huwa responsabbli milli jivvaluta l-kapaċità tal-UE li tkompli bħala negozju avvjat, filwaqt li jiddivulga kull kwistjoni rilevanti u juża l-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat, dment li ma jkunx biħsiebu jillikwida l-entità jew itemm l-operazzjonijiet, jew inkella ma jkollu l-ebda alternattiva realistika ħlief li jagħmel dan.

    XXIII.

    Il-Kummissjoni hija responsabbli mis-sorveljanza tal-proċess ta’ rappurtar finanzjarju tal-UE.

    XXIV.

    Skont ir-Regolament Finanzjarju (it-Titolu XIII), l-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni jrid jippreżenta l-kontijiet konsolidati tal-UE biex jiġu awditjati, l-ewwel bħala kontijiet proviżorji sal-31 ta’ Marzu tas-sena ta’ wara u mbagħad bħala kontijiet finali sal-31 ta’ Lulju. Il-kontijiet proviżorji jridu diġà jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-UE. Għalhekk, huwa imperattiv li l-entrati kollha tal-kontijiet proviżorji jiġu ppreżentati bħala kalkoli finali, biex b’hekk aħna nkunu nistgħu nwettqu x-xogħol tagħna f’konformità mat-Titolu XIV tar-Regolament Finanzjarju u sad-dati ta’ skadenza mogħtija. Kull bidla bejn il-kontijiet proviżorji u dawk finali normalment tirriżulta mill-osservazzjonijiet tagħna biss.

    Responsabbiltajiet tal-awditur għall-awditjar tal-kontijiet konsolidati u tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi

    XXV.

    L-objettivi tagħna huma li niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet konsolidati tal-UE jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari u li, fuq il-bażi tal-awditu tagħna, nipprovdu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b’dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aċċertament raġonevoli huwa aċċertament ta’ livell għoli, iżda mhuwiex garanzija li l-awditu jkun neċessarjament qabad il-każijiet kollha ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali jew nuqqas ta’ konformità meta dawn ikunu jeżistu. Dawn jistgħu jiġu kkaġunati minn frodi jew minn xi żball u jitqiesu materjali jekk, individwalment jew flimkien, jistgħu jkunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jinfluwenzaw kull deċiżjoni ekonomika li tittieħed fuq il-bażi ta’ dawn il-kontijiet konsolidati.

    XXVI.

    Għad-dħul, l-eżaminar tagħna tal-VAT u tar-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING jieħu bħala l-punt tat-tluq tiegħu l-aggregati makroekonomiċi li fuqhom dawn jiġu kkalkulati, u jivvaluta s-sistemi tal-Kummissjoni għall-ipproċessar tagħhom sal-punt li fih il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri jkunu ġew riċevuti u rreġistrati fil-kontijiet konsolidati. Għar-riżorsi proprji tradizzjonali, aħna neżaminaw il-kontijiet tal-awtoritajiet doganali u nanalizzaw il-fluss tad-dazji sakemm l-ammonti jkunu ġew riċevuti mill-Kummissjoni u rreġistrati fil-kontijiet.

    XXVII.

    Għall-infiq, aħna neżaminaw it-tranżazzjonijiet ta’ pagament ladarba l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan l-eżaminar ikopri l-kategoriji kollha ta' pagamenti minbarra pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jsiru. Il-pagamenti bil-quddiem jiġu eżaminati ladarba r-riċevitur tal-fondi jkun ipprovda evidenza dwar l-użu xieraq tagħhom u l-istituzzjoni jew il-korp ikunu aċċettaw dik l-evidenza billi japprovaw il-pagament bil-quddiem, u dan jista’ jseħħ fis-sena sussegwenti.

    XXVIII.

    Bħala parti minn awditu u f’konformità mal-ISAs u l-ISSAIs, aħna neżerċitaw ġudizzju professjonali u nżommu xettiċiżmu professjonali tul l-awditu. Barra minn hekk, aħna:

    (a)

    Nidentifikaw u nivvalutaw ir-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet konsolidati u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti tal-liġi tal-UE, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Aħna nfasslu u nwettqu proċeduri tal-awditjar li jirrispondu għal dawk ir-riskji, u niksbu evidenza għall-awditjar li tkun suffiċjenti u adegwata biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet tagħna. Każijiet ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali jew ta’ nuqqas ta’ konformità b’riżultat ta’ frodi huma aktar diffiċli biex jinqabdu minn dawk li jkunu b’riżultat ta’ żball, billi frodi tista’ tinvolvi kollużjoni, falsifikazzjoni, ommissjonijiet intenzjonali, rappreżentazzjonijiet żbaljati, jew li jinqabeż il-kontroll intern. B’konsegwenza ta’ dan, hemm riskju akbar li dawn il-każijiet ma jinqabdux.

    (b)

    Niksbu fehim tal-kontroll interni rilevanti għall-awditu sabiex infasslu proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa, iżda mhux bl-iskop li nagħtu opinjoni dwar l-effettività tal-kontroll interni.

    (c)

    Nevalwaw l-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u d-divulgazzjonijiet relatati li jsiru mill-maniġment.

    (d)

    Nilħqu konklużjoni dwar l-adegwatezza tal-użu mill-maniġment tal-bażi kontabilistika ta' negozju avvjat u, abbażi tal-evidenza għall-awditjar miksuba, dwar jekk tkunx teżisti inċertezza materjali minħabba avvenimenti jew kundizzjonijiet li jistgħu jixħtu dubju sinifikanti fuq il-kapaċità ta’ entità li tkompli bħala negozju avvjat. Jekk aħna nikkonkludu li tkun teżisti inċertezza materjali bħal din, aħna meħtieġa niġbdu l-attenzjoni, fir-rapport tagħna, għad-divulgazzjonijiet relatati fil-kontijiet konsolidati jew, jekk dawn id-divulgazzjonijiet ma jkunux adegwati, nimmodifikaw l-opinjoni tagħna. Il-konklużjonijiet tagħna huma bbażati fuq l-evidenza għall-awditjar miksuba sad-data tar-rapport tagħna. Madankollu, avvenimenti jew kundizzjonijiet futuri jistgħu jwasslu biex l-entità ma tkomplix bħala negozju avvjat.

    (e)

    Nevalwaw il-preżentazzjoni, l-istruttura u l-kontenut ġenerali tal-kontijiet konsolidati, inklużi d-divulgazzjonijiet kollha, u nivvalutaw jekk il-kontijiet konsolidati jkunux jirrappreżentaw it-tranżazzjonijiet u l-avvenimenti ta’ bażi b’mod ġust.

    (f)

    Niksbu evidenza adegwata u suffiċjenti għall-awditjar rigward l-informazzjoni finanzjarja dwar l-entitajiet koperti mill-ambitu tal-konsolidazzjoni tal-UE biex nesprimu opinjoni dwar il-kontijiet konsolidati u t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati. Aħna għandna r-responsabbiltà li nidderieġu, nissorveljaw u nwettqu l-awditi, u aħna unikament responsabbli għall-opinjoni tal-awditjar li nagħtu.

    XXIX.

    Aħna nikkomunikaw mal-maniġment rigward, fost oħrajn, l-ambitu u t-twaqqit ippjanati tal-awditu u dwar sejbiet sinifikanti tal-awditjar, inklużi sejbiet dwar kwalunkwe defiċjenza sinifikanti fil-kontroll intern.

    XXX.

    Mill-kwistjonijiet li ddiskutejna mal-Kummissjoni u ma’ entitajiet oħra awditjati, aħna niddeterminaw dawk li kienu tal-akbar sinifikat fl-awditjar tal-kontijiet konsolidati, u li għalhekk huma l-kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar għall-perjodu attwali. Aħna niddeskrivu dawn il-kwistjonijiet fir-rapport tagħna, dment li l-liġi jew ir-regolament ma jkunux jipprekludu d-divulgazzjoni pubblika jew meta, f’każijiet rari ħafna, aħna niddeterminaw li kwistjoni ma għandhiex tiġi kkomunikata fir-rapport tagħna minħabba li l-konsegwenzi avversi jekk dan isir ikunu mistennija, b’mod raġonevoli, li jkunu akbar mill-benefiċċji għall-interess pubbliku.

    It-18 ta’ Lulju 2019

    Klaus-Heiner LEHNE

    President

    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    12, rue Alcide De Gasperi, il-Lussemburgu, IL-LUSSEMBURGU

    Introduzzjoni

    Ir-rwol tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    1.1.

    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri hija l-awditur indipendenti tal-Unjoni Ewropea. Skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), aħna:

    (a)

    nagħtu l-opinjoni tagħna dwar il-kontijiet tal-UE;

    (b)

    nivverifikaw jekk il-baġit tal-UE jintużax skont il-liġijiet u r-regolamenti applikabbli;

    (c)

    nirrappurtaw dwar jekk l-infiq tal-UE huwiex ekonomiku, effiċjenti u effettiv (9); kif ukoll

    (d)

    nagħtu parir dwar proposti għal leġiżlazzjoni b’impatt finanzjarju.

    1.2.

    Ix-xogħol li aħna nwettqu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni (spjegat fl- Anness 1.1 ) jippermettilna nilħqu l-ewwel u t-tieni objettivi ta’ hawn fuq. Fil-biċċa l-kbira mill-oqsma ta’ nfiq ewlenin tal-UE (10), ix-xogħol li nwettqu fil-qafas tar-rapport annwali jindirizza wkoll l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività tal-infiq. Aħna nirrappurtaw dwar aspetti differenti tas-sistema stabbilita mill-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-fondi tal-UE jintnefqu sew (11). Meħud fit-totalità tiegħu, ix-xogħol tal-awditjar li nwettqu jipprovdi wkoll kontribut importanti għall-opinjonijiet li nagħtu dwar proposti għal leġiżlazzjoni.

    1.3.

    Dan il-kapitolu tar-rapport annwali:

    (a)

    jiddeskrivi l-kuntest għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna u jagħti stampa ġenerali tas-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

    (b)

    jinkludi informazzjoni dwar każijiet ta’ frodi suspettata li nirrappurtaw lill-OLAF;

    (c)

    jagħti sinteżi tal-approċċ tal-awditjar tagħna (ara l- Anness 1.1 ).

    L-infiq tal-UE huwa għodda sinifikanti għall-ilħuq tal-objettivi ta’ politika

    1.4.

    L-infiq tal-UE huwa għodda importanti – iżda mhux l-uniku wieħed – għall-ilħuq tal-objettivi ta’ politika. Għodod importanti oħra jinkludu l-użu ta’ leġiżlazzjoni u l-moviment liberu ta’ oġġetti, servizzi, kapital u persuni madwar l-UE. Fl-2018, l-infiq tal-UE ammonta għal EUR 156,7 biljun (12), li jirrappreżenta 2,2 % tal-infiq totali tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE u 1,0 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE (ara l- Kaxxa 1.1 ).

    Kaxxa 1.1

    L-infiq tal-UE fl-2018 bħala perċentwal tal-introjtu nazzjonali gross (ING) u tal-infiq tal-amministrazzjonijiet pubbliċi

    Image 2

    Sors:

    ING tal-Istati Membri: Kontijiet annwali tal-Kummissjoni Ewropea għall-2018 – Anness A – Dħul; Infiq tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri: L-Eurostat — il-kontijiet nazzjonali annwali; l-infiq tal-UE: il-Kummissjoni Ewropea – Il-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2018.

    1.5.

    Il-fondi tal-UE jiġu żborżati lill-benefiċjarji jew permezz ta’ pagamenti uniċi/pagamenti akkont annwali jew permezz ta’ sensiela ta’ pagamenti fi ħdan skemi ta’ nfiq pluriennali. Il-pagamenti li saru mill-baġit tal-UE 2018 ammontaw għal EUR 126,8 (13) biljun li kienu jikkonsistu f’pagamenti uniċi, interim jew finali, kif ukoll fi prefinanzjament ta’ EUR 29,9 biljun. Kif jidher fil- Kaxxa 1.2 , l-akbar sehem mill-baġit tal-UE, ġie allokat għall-Intestatura “Riżorsi naturali” segwita mill-Intestatura “Koeżjoni” u “Kompetittività”.

    Kaxxa 1.2

    Pagamenti fl-2018 skont l-intestatura tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP)

    Image 3

    QFP 1a – Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi (“Kompetittività”)

    QFP 1b – Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali (“Koeżjoni”)

    QFP 2 – Riżorsi naturali

    QFP 3 – Sigurtà u ċittadinanza

    QFP 4 – Ewropa Globali

    QFP 5 – Amministrazzjoni

    QFP 6 – Kumpensi (“Oħrajn”)

    Sors:

    Il-QEA.

    Sejbiet tal-awditjar għas-sena finanzjarja 2018

    Affidabbiltà tal-kontijiet

    Il-kontijiet kienu ma kinux affettwati minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali

    1.6.

    L-osservazzjonijiet tagħna jikkonċernaw il-kontijiet konsolidati (il-“kontijiet”) (14) tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018. Aħna rċevejniehom, flimkien mal-ittra tar-rappreżentazzjonijiet tal-uffiċjal tal-kontabbiltà, fis-26 ta’ Ġunju 2019, qabel id-data finali għall-preżentazzjoni stabbilita bir-Regolament Finanzjarju (15). Il-kontijiet huma akkumpanjati minn “Diskussjoni u Analiżi tar-Rapport Finanzjarju” (16). Din l-analiżi mhijiex koperta mill-opinjoni tal-awditjar tagħna. Madankollu, skont l-istandards tal-awditjar, aħna wettaqna valutazzjoni tal-konsistenza tagħha mal-informazzjoni fil-kontijiet.

    1.7.

    Il-kontijiet ippubblikati mill-Kummissjoni juru li, fil-31 ta’ Diċembru 2018, l-obbligazzjonijiet totali kienu jammontaw għal EUR 235,9 biljun meta mqabbla ma’ assi totali ta’ EUR 174,4 biljun. Ir-riżultat ekonomiku għall-2018 huwa ta’ EUR 13,9 biljun.

    1.8.

    L-awditu tagħna sab li l-kontijiet ma kinux affettwati minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali. L-osservazzjonijiet tagħna dwar il-ġestjoni finanzjarja u baġitarja tal-fondi tal-UE huma ppreżentati fil-Kapitolu 2.

    Kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar relatati mar-rapporti finanzjarji 2018

    1.9.

    Il-kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar huma dawk li, fil-ġudizzju professjonali tagħna, kienu tal-akbar sinifikat fl-awditu li wettaqna tar-rapporti finanzjarji tal-perjodu attwali. Dawn il-kwistjonijiet ġew indirizzati fil-kuntest tal-awditu tagħna tar-rapporti finanzjarji fl-intier tagħhom kif ukoll aħna u nifformulaw l-opinjonijiet tagħna dwarhom, iżda ma nipprovdux opinjoni separata dwar dawn il-kwistjonijiet. Skont l-Istandard Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar (ISSAI) 1701, aħna nirrappurtaw dwar kwistjonijiet ewlenin tal-awditjar fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna.

    Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    1.10.

    Aħna neżaminaw id-dħul u l-infiq tal-UE biex nivvalutaw jekk dawn ikunux konformi mal-liġijiet u r-regolamenti applikabbli. Ir-riżultati tal-awditjar tagħna għad-dħul huma ppreżentati fil-Kapitolu 4 u għall-infiq fil-Kapitoli 5 sa 10.

    L-awditu li wettaqna jkopri l-infiq li ġie aċċettat mill-Kummissjoni fl-2018

    1.11.

    Biex inwettqu l-awditu tagħna, aħna eżaminajna t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-UE. Għall-infiq, dawn kienu jinkludu trasferimenti ta’ fondi mill-baġit tal-UE lir-riċevituri finali tal-infiq tal-UE. Aħna neżaminaw l-infiq fil-mument meta r-riċevituri finali tal-fondi tal-UE jkunu wettqu attivitajiet jew ġarrbu spejjeż, u meta l-Kummissjoni tkun aċċettat l-infiq (“infiq aċċettat”). Fil-prattika, dan ifisser li l-popolazzjoni tagħna ta’ tranżazzjonijiet tkopri l-pagamenti interim u dawk finali. Aħna ma eżaminajniex l-ammonti prefinanzjati ħlief jekk kienu ġew approvati fl-2018.

    1.12.

    Bħalma ġie enfasizzat fir-Rapport Annwali 2017 tagħna, il-modifiki għal-leġiżlazzjoni settorjali tal-perjodu 2014-2020 għal “Koeżjoni” kellhom impatt fuq dak li l-Kummissjoni tqis li huwa “infiq aċċettat” f’dan il-qasam (17). Għaldaqstant, mill-2017 ’l hawn, il-popolazzjoni li awditjajna għal din l-intestatura tal-QFP tikkonsisti f’pagamenti finali (inklużi prefinanzjamenti li kienu ġew approvati) għall-perjodu 2007-2013 u fi nfiq inkluż fil-kontijiet li jiġu aċċettati mill-Kummissjoni fuq bażi annwali, għall-perjodu 2014-2020 (ara l-paragrafi 2 sa 4 tal- Anness 1.1 u l-paragrafi 6.7-6.8). Dan ifisser li aħna ttestjajna tranżazzjonijiet li għalihom l-Istati Membri kienu implimentaw l-azzjonijiet korrettivi rilevanti kollha li rriżultaw minn żbalji li huma stess kienu identifikaw.

    1.13.

    Il- Kaxxa 1.3 turi r-ripartizzjoni tal-popolazzjoni li awditjajna għall-2018 f’pagamenti uniċi, interim (fejn ikunu ġew aċċettati mill-Kummissjoni) u finali, approvazzjonijiet ta’ prefinanzjamenti u deċiżjonijiet annwali dwar l-aċċettazzjoni tal-kontijiet. Il-popolazzjoni li awditjajna għall-2018 kellha valur totali ta’ EUR 120,6 biljun. Għall-“Koeżjoni”, il-pagamenti interim li saru fl-2018 għall-perjodu 2014-2020 se jiġu inklużi fil-popolazzjoni tagħna f’sena aktar ’il quddiem ladarba l-kontijiet ikunu ġew aċċettati mill-Kummissjoni u approvati permezz ta’ deċiżjoni annwali.

    Kaxxa 1.3

    Tqabbil bejn il-popolazzjoni li awditjajna (EUR 120,6 biljun) u l-infiq tal-UE (EUR 156,7 biljun) skont l-intestatura tal-QFP fl-2018

    Image 4

    (1)

    Minħabba l-arrotondament, il-pagamenti għal kull intestatura tal-QFP jammontaw għal 156,6 minflok 156,7. Text to be separated

    (2)

    Għal “Koeżjoni”, l-ammont ta’ EUR 47,4 biljun f’prefinanzjamenti jinkludi pagamenti interim għall-perjodi ta’ programmazzjoni 2007-2013 u 2014-2020 li jammontaw għal EUR 37,4 biljun. F’konformità mal-approċċ tagħna għal dan il-qasam, dawn il-pagamenti ma jagħmlux parti mill-popolazzjoni li awditjajna għar-Rapport Annwali 2018.

    Sors:

    Il-QEA.

    1.14.

    Il- Kaxxa 1.4 turi li l-Intestatura “Riżorsi naturali” tikkostitwixxi l-akbar sehem mill-popolazzjoni kumplessiva tagħna (48,2 %), segwita minn “Koeżjoni” (19,6 %) u “Kompetittività” (14,8 %).

    Kaxxa 1.4

    Image 5

    Sors:

    Il-QEA.

    Ir-riżultati tal-awditjar tagħna għall-2018 juru li l-iżbalji huma limitati għal tipi speċifiċi ta’ nfiq

    1.15.

    F’dak li jikkonċerna r-regolarità tad-dħul u l-infiq tal-UE, is-sejbiet ewlenin tagħna kienu:

    (a)

    Id-dħul kien ħieles minn żball materjali. B’mod ġenerali, is-sistemi relatati mad-dħul li eżaminajna kienu effettivi, iżda l-kontrolli interni ewlenin tar-riżorsi proprji tradizzjonali (RPT) li vvalutajna fil-Kummissjoni u f’ċerti Stati Membri kienu parzjalment effettivi (ara l-paragrafu 4.22);

    (b)

    Għall-infiq, l-evidenza kumplessiva tagħna għall-awditjar tindika li l-livell ta’ żball kien materjali. Aħna nistmaw li l-livell kumplessiv ta’ żball fl-infiq huwa ta’ 2,6 % (18), iżda l-iżbalji materjali kienu limitati għal infiq li kien suġġett għal regoli kumplessi (prinċipalment ibbażat fuq rimborżi) (ara l-paragrafi 1.19–1.21), li jirrappreżenta madwar 50,6 % tal-popolazzjoni li awditjajna. Il-livell kumplessiv ta’ żball stmat minna żdied kemxejn meta mqabbel mas-sena li għaddiet (ara l- Kaxxa 1.5 ).

    Kaxxa 1.5

    Il-livell ta’ żball stmat (2016 sa 2018)

    Image 6

    Sors:

    Il-QEA.

    Żball huwa l-ammont ta’ flus li ma kellux jitħallas mill-baġit tal-UE, għaliex ma ntużax skont ir-regoli tal-UE u għaldaqstant la jikkonforma ma’ dak li l-Kunsill u l-Parlament riedu jfissru bil-leġiżlazzjoni kkonċernata tal-UE u lanqas ma jikkonforma mar-regoli nazzjonali speċifiċi fl-Istati Membri.

    Il-kumplessità tar-regoli u l-mod kif il-fondi tal-UE jiġu żborżati għandhom impatt fuq ir-riskju ta’ żball

    1.16.

    B’segwitu għal analiżi tar-riskju bbażata fuq riżultati tal-awditjar preċedenti, aħna qsamna l-popolazzjoni li awditjajna tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi fi nfiq b’riskju għoli u nfiq b’riskju baxx. Ir-riżultati tal-awditjar tagħna għall-2018 jikkonfermaw is-sejbiet tagħna mis-snin preċedenti: jiġifieri, li l-mod kif il-fondi jiġu żborżati għandu impatt fuq ir-riskju ta’ żball.

    Ir-riskju ta’ żball għall-infiq li jkun suġġett għal regoli kumplessi huwa għoli. Dan huwa l-każ prinċipalment għal pagamenti bbażati fuq rimborżi fejn il-benefiċjarji jridu jippreżentaw klejms għal spejjeż eliġibbli li jkunu ġarrbu. Għal din il-fini, kif ukoll biex juru li huma jkunu involuti f’attività eliġibbli għall-appoġġ, huma jridu jipprovdu informazzjoni li turi l-ispejjeż imġarrba li għalihom huma jistgħu jikklejmjaw rimborż. Meta jagħmlu dan, huma jridu jsegwu regoli kumplessi rigward x’jista’ jiġi kklejmjat (eliġibbiltà) u kif l-ispejjeż jistgħu jiġġarrbu b’mod xieraq (akkwist pubbliku jew regoli dwar l-għajnuna mill-Istat).

    Ir-riskju ta’ żball huwa aktar baxx għal infiq li jkun suġġett għal regoli simplifikati/inqas kumplessi. Dan it-tip ta’ nfiq jinkludi prinċipalment pagamenti ibbażati fuq drittijiet, fejn il-benefiċjarji jirċievu pagament jekk jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Pagamenti bħal dawn jirrappreżentaw riskju aktar baxx ta’ żball jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti ma jkunux kumplessi żżejjed.

    1.17.

    Fl-2018, aħna komplejna nsibu li l-infiq b’riskju baxx (prinċipalment ibbażat fuq drittijiet) (19) kien ħieles minn żball materjali, iżda li l-infiq b’riskju għoli (prinċipalment ibbażat fuq rimborżi) kompla jkun milqut minn żball materjali (ara l- Kaxxa 1.6 ).

    Kaxxa 1.6

    Ripartizzjoni għall-2018 bejn infiq b’riskju baxx u nfiq b’riskju għoli

    Image 7

    Sors:

    Il-QEA.

    Madwar 50 % tal-popolazzjoni li awditjajna huwa ħieles minn żball materjali

    1.18.

    Ibbażat fuq ix-xogħol ta’ awditjar tagħna, għal 49,4 % tal-popolazzjoni li awditjajna, aħna nikkonkludu li l-livell ta’ żball stmat huwa taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 %, kif kien fl-2017. Infiq b’riskju baxx jinkludi prinċipalment il-pagamenti bbażati fuq drittijiet u n-nefqa amministrattiva (ara l- Kaxxa 1.7 ). Il-pagamenti bbażati fuq drittijiet jinkludu fellowships għall-istudenti u għar-riċerka (“Kompetittività” – il-Kapitolu 5), għajnuna diretta għal bdiewa (“Riżorsi naturali” – il-Kapitolu 7) u appoġġ baġitarju lil pajjiżi terzi (“Ewropa globali” – il-Kapitolu 9). In-nefqa amministrattiva tinkludi prinċipalment is-salarji u l-pensjonijiet tal-ħaddiema taċ-ċivil tal-UE (“Amministrazzjoni” – il-Kapitolu 10).

    Kaxxa 1.7

    Ripartizzjoni tal-infiq b’riskju baxx u b’riskju għoli skont l-intestatura tal-QFP (1)

    Image 8

    (1)

    Minħabba l-arrotondament, l-infiq b’riskju baxx jammonta għal 59,5 minflok 59,6.

    Sors:

    Il-QEA.

    L-iżball materjali jippersisti fl-infiq li jkun suġġett għal kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà kumplessi

    1.19.

    Fejn kienu ġew stabbiliti kundizzjonijiet kumplessi, aħna sibna riskju għoli ta’ żball. Dan japplika għall-infiq ibbażat fuq rimborżi u għal proporzjon żgħir tal-infiq ibbażat fuq drittijiet fejn kundizzjonijiet kumplessi japplikaw (ċerti skemi ta’ żvilupp rurali). Dan it-tip ta’ nfiq b’riskju għoli jirrappreżenta madwar 50,6 % tal-popolazzjoni li awditjajna. Aħna nistmaw li l-livell ta’ żball f’dan it-tip ta’ nfiq huwa ta’ 4,5 % (2017: 3,7 %), li huwa ogħla mis-soll ta’ materjalità ta’ 2 % (ara l- Kaxxa 1.6 ).

    1.20.

    Il-biċċa l-kbira mill-fondi tal-UE bbażati fuq rimborżi jintnefqu fuq proġetti ta’ riċerka (“Kompetittività” – il-Kapitolu 5), proġetti relatati mal-impjieg (“Koeżjoni” – il-Kapitolu 6), proġetti fl-iżvilupp reġjonali u rurali (“Koeżjoni” – il-Kapitolu 6 u “Riżorsi naturali” – il-Kapitolu 7) u proġetti ta’ żvilupp f’pajjiżi terzi (Ewropa Globali – il-Kapitolu 9) (ara l- Kaxxa 1.7 ).

    1.21.

    Din il-kumplessità twassal għal żbalji li jaffettwaw il-konklużjoni tagħna għal “Kompetittività” (ara l-paragrafu 5.35), għal “Koeżjoni” (ara l-paragrafu 6.71), u għal “Riżorsi naturali” (ara l-paragrafu 7.37).

    Aħna sibna li l-infiq fuq “Kompetittività”, “Koeżjoni” u “Riżorsi naturali” huwa milqut minn livell materjali ta’ żball

    1.22.

    Din is-sena, bħalma għamilna fl-2017, aħna nipprovdu valutazzjoni speċifika għal erba’ intestaturi tal-QFP: “Kompetittività”, “Koeżjoni”, “Riżorsi naturali” u “Amministrazzjoni”.

    1.23.

    Aħna ma nistmawx il-livelli ta’ żball għal oqsma oħra ta’ nfiq, inklużi “Sigurtà u ċittadinanza” (il-Kapitolu 8) u “Ewropa Globali” (il-Kapitolu 9). B’kollox, l-infiq kopert mid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna f’dawn iż-żewġ oqsma ammonta għal EUR 11,0 biljun (9,1 % tal-infiq kopert mill-awditu tagħna). Ix-xogħol li twettaq f’dawn l-oqsma jkompli jikkontribwixxi għall-konklużjonijiet kumplessivi tagħna dwar l-2018.

    1.24.

    “Kompetittività” (il-Kapitolu 5): il-livell ta’ żball stmat minna huwa aktar baxx minn dak fl-aħħar sentejn. Bħal fi snin preċedenti, in-nefqa għar-riċerka jibqa’ riskju għoli u huwa s-sors prinċipali ta’ żball. L-iżbalji maqbuda fl-infiq fuq ir-riċerka jinkludu kategoriji differenti ta’ spejjeż ineliġibbli (b’mod partikolari, spejjeż diretti għall-persunal u spejjeż diretti oħra u spejjeż indiretti u spejjeż relatati mas-sottokuntrattar).

    1.25.

    “Koeżjoni” (il-Kapitolu 6): in-nefqa f’dan il-qasam hija ddominata minn rimborżi. It-tipi prinċipali ta’ żball li nqabad mill-awtoritajiet tal-awditjar kienu relatati ma’ spejjeż ineliġibbli u ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku. Għal dawn l-iżbalji, l-awtoritajiet tal-Istati Membri applikaw korrezzjonijiet bil-ħsieb li jnaqqsu r-rati tal-iżball residwu għall-programmi li huma taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 %. Madankollu, aħna sibna wkoll żbalji li l-awtoritajiet tal-awditjar ma kinux qabdu, bħal ksur tar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. La l-Istati Membri u lanqas, sa issa, il-Kummissjoni ma applikaw korrezzjonijiet għal dawn l-iżbalji. Ibbażat fuq l-iżbalji li nqabdu mill-awtoritajiet tal-awditjar jew minna nfusna, u wara li qisna l-korrezzjonijiet finanzjarji rilevanti kollha, aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa materjali.

    1.26.

    “Riżorsi naturali” (il-Kapitolu 7): fl-intier tiegħu, dan il-qasam huwa milqut minn livell materjali ta’ żball. Madankollu, il-pagamenti diretti mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), li jirrappreżentaw 71,8 % tal-infiq f’dan il-qasam, huma ħielsa minn żball materjali. Il-pagamenti diretti lill-bdiewa huma bbażati fuq drittijiet u jibbenefikaw minn regoli simplifikati relatati mal-eliġibbiltà tal-art u minn sistema ta’ kontroll effettiva (SIAK – Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll), li tippermetti li jsiru kontroverifiki awtomatizzati bejn databases differenti. Aħna nkomplu nsibu livell materjali ta’ żball fl-oqsma l-oħra ta’ nfiq (żvilupp rurali, miżuri tas-suq taħt il-FAEG, sajd, ambjent u azzjoni klimatika). In-nefqa f’dawn l-oqsma tieħu l-forma prinċipalment ta’ rimborż tal-ispejjeż u hija suġġetta għal kundizzjonijiet kumplessi ta’ eliġibbiltà. Il-benefiċjarji ineliġibbli, l-attivitajiet jew spejjeż iddikjarati u l-forniment ta’ informazzjoni impreċiża dwar l-erjas jew l-annimali jirrappreżentaw aktar minn nofs il-livell ta’ żball stmat għal din l-intestatura tal-QFP.

    1.27.

    “Amministrazzjoni” (il-Kapitolu 10): dan il-qasam huwa ħieles minn żball materjali. Il-biċċa l-kbira min-nefqa amministrattiva ssir fil-forma ta’ salarji, pensjonijiet u allowances imħallsa mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE.

    L-iżbalji ta’ eliġibbiltà jkomplu jkunu l-aktar li jikkontribwixxu għal-livell ta’ żball stmat għal infiq li jkun suġġett għal regoli kumplessi

    1.28.

    Bħal fi snin reċenti, aħna ffukajna aktar mill-qrib fuq it-tipi ta’ żball li jinstabu fi’ nfiq li jkun suġġett għal regoli kumplessi (prinċipalment ibbażat fuq rimborżi), billi dan huwa l-qasam fejn jippersisti livell materjali ta’ żball. Il- Kaxxa 1.8 tipprovdi ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat għall-2018, li huwa ta’ 4,5 %, għall-infiq b’riskju għoli (prinċipalment ibbażat fuq rimborżi) skont it-tip ta’ żball. Hija tipprovdi wkoll iċ-ċifri korrispondenti għall-istimi għall-2017 (3,7 %) u għall-2016 (4,8 %).

    Kaxxa 1.8

    Kontribut għal-livell ta’ żball stmat għall-2018, permezz ta’ infiq b’riskju għoli (prinċipalment ibbażat fuq rimborżi), skont it-tip ta’ żball

    Image 9

    Sors:

    Il-QEA.

    1.29.

    L-akbar kontributuri għal-livell ta’ żball stmat minna għall-2018 għal infiq b’riskju għoli kienu “Koeżjoni” (43,0 %), segwit bi “Żvilupp rurali, miżuri tas-suq taħt il-FAEG, sajd, ambjent u azzjoni klimatika” taħt “Riżorsi naturali” (30,2 %),“Kompetittività” (12,2 %) u “Ewropa Globali” (4,5 %).

    1.30.

    Bħal fi snin preċedenti, l-iżbalji ta’ eliġibbiltà (jiġifieri spejjeż ineliġibbli li kienu inklużi fil-klejms għall-ispejjeż, u fi proġetti, attivitajiet jew benefiċjarji ineliġibbli) kienu dawl li l-aktar li kkontribwew għal-livell ta’ żball stmat għall-infiq b’riskju għoli. Madankollu, l-impatt tagħhom kien inqas minn dak tal-2017 (2018: 68 %; 2017: 93 %). Dan kien minħabba li fl-2018 aħna sibna għadd sinifikattivament ogħla ta’ żbalji fir-rigward tal-akkwist pubbliku, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-proċeduri ta’ aġġudikazzjoni ta’ għotjiet. Dawn l-iżbalji kkontribwew 16 % tal-livell ta’ żball stmat minna għal infiq b’riskju għoli (2017: 1 %) u kienu prinċipalment f’“Koeżjoni” u f’“Riżorsi naturali”.

    1.31.

    Din is-sena, in-nefqa aċċettata taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni kienet magħmula minn 74 % tan-nefqa totali għal “Koeżjoni”. Operazzjonijiet ikkofinanzjati minn dawn il-fondi huma aktar suxxettibbli għal żbalji relatati mal-akkwist pubbliku (ara l-paragrafi 6.26-6.28).

    1.32.

    “Koeżjoni” u “Riżorsi naturali” irrappreżentaw il-biċċa l-kbira mill-iżbalji amministrattivi li saru minn korpi intermedjarji (20) (ara l-kategorija “oħrajn” fil- Kaxxa 6.2 u l-kategorija “żbalji amministrattivi” fil- Kaxxa 7.2 ). Dawn l-iżbalji jinkludu kalkoli ta’ għajnuna skorretti.

    L-informazzjoni dwar ir-regolarità pprovduta mill-Kummissjoni

    1.33.

    Skont l-Artikolu 317 tat-TFUE, il-Kummissjoni hija fl-aħħar mill-aħħar responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u timmaniġġja l-infiq tal-UE f’kooperazzjoni mal-Istati Membri (21). Il-Kummissjoni tagħti rendikont tal-azzjonijiet tagħha fi tliet rapporti, li huma inklużi fil-“Pakkett ta’ Rappurtar Finanzjarju Integrat” (22):

    (a)

    Il-kontijiet konsolidati tal-UE (proviżorji f’Marzu; finali f’Ġunju);

    (b)

    Ir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR) għall-baġit tal-UE (l-ebda verżjoni proviżorja; verżjoni finali f’Ġunju);

    (c)

    Ir-rapport dwar is-segwitu għall-kwittanza tas-sena finanzjarja preċedenti (Lulju).

    1.34.

    Taħt l-istrateġija tagħna għall-2018-2020, aħna ddeċidejna li nibbażaw id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna fuq approċċ ta’ attestazzjoni, li jfisser li fil-futur, aħna għandna l-intenzjoni li nipprovdu aċċertament dwar id-dikjarazzjoni magħmula mill-(maniġment tal-) Kummissjoni. Dan jibni fuq l-esperjenza li akkwistajna mill-1994 ’il hawn fl-applikazzjoni ta’ dan l-approċċ waqt l-awditjar tal-affidabbiltà tal-kontijiet. Għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, aħna qed naħdmu mal-Kummissjoni biex nistabbilixxu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex isir progress lejn dan l-approċċ. Element importanti huwa d-disponibbiltà ta’ informazzjoni f’waqtha, kemm għall-kompilazzjoni tad-dokumenti kif ukoll għat-twettiq tal-awditjar (23).

    L-istima mill-Kummissjoni tal-livell ta’ żball hija kemxejn taħt il-firxa indikata minna

    1.35.

    Fl-AMPR, għat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għall-2018, il-Kummissjoni tippreżenta l-valutazzjoni tagħha tar-riskju meta jsir il-pagament. Ir-riskju meta jsir il-pagament jirrappreżenta l-istima mill-Kummissjoni tal-ammont, imħallas mhux skont ir-regoli applikabbli fil-mument meta jsir il-pagament. Dan il-kunċett huwa l-eqreb għal-livell ta’ żball stmat minna.

    1.36.

    Il- Kaxxa 1.9 tippreżenta ċ-ċifri ppreżentati mill-Kummissjoni għar-riskju meta jsir il-pagament flimkien mal-firxa tal-livell ta’ żball stmat minna. L-istima mill-Kummissjoni tar-riskju meta jsir il-pagament għall-2018 hija kemxejn taħt il-firxa indikata minna, jiġifieri ta’ 1,7 %. Il-livell ta’ żball stmat minna huwa ta’ 2,6 % (2017: 2,4 %) f’firxa ta’ bejn 1,8 % u 3,4 %.

    Kaxxa 1.9

    L-istima mill-Kummissjoni għar-riskju meta jsir il-pagament bi tqabbil mal-istima tagħna

    Image 10

    Sors:

    Il-QEA.

    Il-komponenti individwali tal-istima mill-Kummissjoni mhux dejjem jikkonformaw mas-sejbiet tagħna

    1.37.

    Il-Kummissjoni tuża d-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni li jsiru mid-diretturi ġenerali tagħha fir-rapporti annwali tal-attività (RAA) tagħhom bħala l-bażi għall-valutazzjoni kumplessiva tar-riskju meta jsir il-pagament għall-oqsma ta’ politika differenti. Ir-riskju meta jsir il-pagament huwa bbażat prinċipalment fuq ir-riżultati tal-kontrolli ex post li jitwettqu mill-Kummissjoni f’oqsma taħt ġestjoni diretta jew indiretta jew minn awtoritajiet nazzjonali f’oqsma taħt ġestjoni kondiviża. Il- Kaxxa 1.10 turi l-bażi għall-istabbiliment tar-riskju meta jsir il-pagament għall-oqsma differenti ta’ nfiq.

    Kaxxa 1.10

    Bażi għall-istima mill-Kummissjoni tar-riskju meta jsir il-pagament

    Kompetittività” - Għal Orizzont 2020, is-Servizz tal-Awditjar Komuni (CAS) tal-Kummissjoni jislet kampjun rappreżentattiv tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż bħala medja kull 18-il xahar. Huwa jistma r-riskju meta jsir il-pagament abbażi tar-riżultati tal-awditi li ġew ikkompletati sa tmiem l-2018. Għall-istima tal-2018, id-Direttorati Ġenerali għar-riċerka użaw ir-riżultati tal-awditjar ibbażati fuq kampjuni ta’ nefqa mill-bidu tal-programm sa tmiem Frar 2018. Għas-seba’ Programm Kwadru (il-predeċessur ta’ Orizzont 2020), ir-riżultati tal-awditjar jirreferu għan-nefqa li ġġarbet fis-snin qabel l-2016.

    Koeżjoni” – Il-biċċa l-kbira min-nefqa għall-2018 kienet għadha ma għaddietx miċ-ċiklu kollu ta’ kontroll. Id-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL għaldaqstant stmaw ir-riskju meta jsir il-pagament billi applikaw jew ir-rata tal-iżball residwu totali kkonfermata għan-nefqa (nefqa mis-sena kontabilistika 2016-2017) inkella r-rata tal-iżball residwu totali rrappurtata mill-awtoritajiet tal-awditjar għas-sena kontabilistika 2017-2018, skont liema kienet l-ogħla.

    Riżorsi naturali” – Id-DĠ AGRI juża l-istatistika ta’ kontroll nazzjonali li huwa jirċievi mill-aġenziji tal-pagamenti. Huwa jagħmel ukoll aġġustamenti bbażati fuq ir-riżultati tal-awditjar ta’ korpi taċ-ċertifikazzjoni, u fuq il-kontrolli proprji u l-ġudizzju professjonali tiegħu, biex jasal għar-rata ta’ żball aġġustata għal pagamenti diretti, żvilupp rurali u miżuri tas-suq.

    Ewropa Globali” – Il-Kummissjoni tibbaża l-istima tagħha tar-riskju meta jsir il-pagament għal dan il-qasam prinċipalment fuq studju dwar ir-Rata tal-Iżball Residwu kkummissjonat kull sena mid-DĠ DEVCO u d-DĠ NEAR. L-objettiv ta’ dan l-istudju huwa li jistma l-livell ta’ żball li ma jkunx inqabad mill-ebda kontroll ta’ ġestjoni. L-istudju dwar ir-Rata tal-Iżball Residwu għal sena partikolari (is-sena n) huwa bbażat fuq kuntratti li ngħalqu mill-1 ta’ Settembru tas-sena n-1 sal-31 ta’ Awwissu tas-sena n. L-istudju jeskludi dawk il-kuntratti li għalihom it-tranżazzjonijiet ta’ bażi jmorru lura għal aktar minn ħames snin kif ukoll dawk li għalihom mhuwiex possibbli li jsir ix-xogħol meħtieġ.

    Amministrazzjoni” – Ir-riskju meta jsir il-pagament huwa bbażat fuq ir-riżultati tal-kontrolli fuq in-nefqa għall-2018.

    1.38.

    Il-Kummissjoni tippreżenta r-riskju għal ragruppament speċifiku ta’ oqsma ta’ politika aktar milli għal kull intestatura tal-QFP (24). Fil- Kaxxa 1.11 , aħna nagħmlu tqabbil tal-livell ta’ żball stmat għal dawk l-intestaturi tal-QFP li għalihom aħna nipprovdu valutazzjoni speċifika mal-komponenti individwali tal-istima kumplessiva li ssir mill-Kummissjoni. Aħna ħadna kont tad-differenza bejn il-mod li aħna nistmaw il-livell ta’ żball u l-mod kif il-Kummissjoni tippreżenta ċ-ċifri tagħha fl-AMPR (25).

    Kaxxa 1.11

    Il-livell ta’ żball stmat minna bi tqabbil mar-riskju meta jsir il-pagament stmat mill-Kummissjoni għall-intestaturi tal-QFP (4)

    Image 11

    (1)

    Id-Direttorati Ġenerali u s-servizzi tal-Kummissjoni: CNECT, EAC, EASME, ECFIN, ENER, ERCEA, FISMA, GROW, INEA, MOVE, REA, RTD u TAXUD. Ċerti Direttorati Ġenerali ġew allokati aktar minn intestatura waħda tal-QFP (EACEA, ECHO u INEA).

    (2)

    Id-DĠ REGIO, INEA u d-DĠ EMPL

    (3)

    Id-Direttorati Ġenerali AGRI, CLIMA, ENV u MARE.

    (4)

    Għan-nefqa amministrattiva, la aħna u lanqas il-Kummissjoni ma sibna livell materjali ta’ żball.

    1.39.

    Aħna sibna li:

    għal “Kompetittività”, l-istima kumplessiva tar-riskju meta jsir il-pagament għall-intestatura tal-QFP (1,6 %), li aħna kkalkulajna abbażi tal-informazzjoni inkluża fl-AMPR, hija fi ħdan il-firxa tal-livell ta’ żball stmat minna (ara l-paragrafi 5.36 u 5.38).

    għal “Koeżjoni”, l-istima kumplessiva tal-Kummissjoni għall-intestatura tal-QFP (26) hija ta’ 1,7 %, u tinsab taħt il-firxa tal-livell ta’ żball stmat minna (ara l-paragrafi 6.56 u 6.74).

    għal “Riżorsi naturali”, l-istima kumplessiva tar-riskju meta jsir il-pagament għall-intestatura tal-QFP (2,1 %), li aħna kkalkulajna abbażi tal-informazzjoni inkluża fl-AMPR, kif ukoll l-istima tal-Kummissjoni għall-infiq taħt il-PAK fl-intier tiegħu u għall-pagamenti diretti, huma konsistenti mal-konklużjoni tagħna (ara l-paragrafi 1.38 u 7.37-7.38).

    Ir-riskju meta jsir l-għeluq jiddependi fuq l-istimi tal-korrezzjonijiet u tal-irkupri futuri

    1.40.

    Il-Kummissjoni tippreżenta indikatur addizzjonali tar-regolarità fl-AMPR imsejjaħ ir-riskju meta jsir l-għeluq. Dan jikkorrispondi għar-riskju meta jsir il-pagament (ara l-paragrafu 1.36), bit-tnaqqis tal-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri stmati li l-maniġers tal-fondi tal-UE jistennew li jagħmlu fir-rigward tal-infiq għall-2018 matul is-sena/snin li jmiss tal-programmi attwali.

    1.41.

    Biex tħejji stima tal-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri, il-Kummissjoni tuża medja storika bbażata fuq it-tranżazzjonijiet li jkunu saru matul is-snin preċedenti. Biex tiżgura li din tkun rilevanti għall-programmi attwali, il-gwida interna tal-Kummissjoni tirrikjedi li d-DĠ jaġġustaw il-medji storiċi jew jużaw metodu ieħor ta’ stima kif ikun xieraq, u jiddivulgaw dawn l-aġġustamenti u l-approċċ li jkunu ħadu fir-RAA tagħhom. Fl-2018, il-biċċa l-kbira mid-DĠ tal-Kummissjoni aġġustaw il-medji storiċi tagħhom.

    Aħna nirrappurtaw każijiet ta’ frodi suspettata lill-OLAF

    1.42.

    Aħna nikkooperaw mill-qrib mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fil-ġlieda kontra l-frodi fil-baġit tal-UE. Aħna ngħaddu lill-OLAF kwalunkwe suspett ta’ frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-UE, li nidentifikaw matul ix-xogħol tal-awditjar tagħna (inkluż ix-xogħol tagħna dwar il-prestazzjoni) jew fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta lilna direttament minn partijiet terzi. L-OLAF imbagħad iwettaq segwitu ta’ dawn il-każijiet, jiddeċiedi jekk għandhiex titnieda investigazzjoni u jikkoopera kif meħtieġ mal-awtoritajiet tal-Istati Membri.

    1.43.

    Fl-2018:

    (a)

    aħna vvalutajna r-regolarità ta’ 728 tranżazzjoni fil-qafas tax-xogħol tal-awditjar li wettaqna għar-rapport annwali u ħriġna 35 rapport speċjali;

    (b)

    aħna rrappurtajna lill-OLAF 9 każijiet ta’ frodi suspettata li nstabu matul l-awditi tagħna (13 fl-2017); ma għaddejna l-ebda każ lill-OLAF ibbażat fuq informazzjoni li kienet ġiet ipprovduta minn partijiet terzi (6 fl-2017).

    1.44.

    Il-każijiet ta’ frodi suspettata li rriżultaw mix-xogħol tagħna fl-2018 li għaddejna lill-OLAF spiss kienu jikkonċernaw is-suspetti ta’ ħolqien artifiċjali tal-kundizzjonijiet meħtieġa biex jinkiseb finanzjament mill-UE, id-dikjarazzjoni ta’ spejjeż li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà, jew l-irregolaritajiet fl-akkwist. Xi wħud mill-każijiet ta’ frodi suspettata li aħna rrappurtajna lill-OLAF kienu jinvolvu bosta irregolaritajiet.

    1.45.

    Fl-2018, aħna għaddejna disa’ każijiet lill-OLAF li rriżultaw mix-xogħol tal-awditjar tagħna. L-OLAF fetaħ żewġ investigazzjonijiet. F’seba’ każijiet, l-OLAF ma fetaħx investigazzjoni, għal waħda minn dawn ir-raġunijiet li ġejjin:

    L-OLAF qies li awtorità nazzjonali jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija tal-UE kienet f’pożizzjoni aħjar biex tittratta l-każ, għaldaqstant huwa ttrasferih kif meħtieġ;

    kien hemm diġà investigazzjoni għaddejja fil-livell nazzjonali, li ma konniex konxji minnha;

    għal raġunijiet ta’ proporzjonalità;

    minħabba li s-suspetti ma kinux biżżejjed.

    1.46.

    Ibbażat fuq l-informazzjoni tal-awditjar li l-OLAF irċieva mingħandna bejn l-2010 u l-2018, huwa rrakkomanda l-irkupru ta’ total ta’ EUR 312,8 miljun. Ir-rakkomandazzjonijiet finanzjarji ta’ bażi jirrigwardaw 24 każ li jirriżultaw mix-xogħol tal-awditjar tagħna (27).

    Konklużjonijiet

    1.47.

    Il-funzjoni ewlenija ta’ dan il-kapitolu hija li jsostni l-opinjoni tal-awditjar ippreżentata fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni.

    Riżultati tal-awditjar

    1.48.

    Aħna nikkonkludu li l-kontijiet ma kinux affettwati minn dikjarazzjonijiet skorretti materjali.

    1.49.

    Fir-rigward tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet, aħna nikkonkludu li d-dħul kien ħieles minn żball materjali. Għall-infiq, ir-riżultati tal-awditjar tagħna juru li l-livell ta’ żball stmat żdied kemxejn meta mqabbel mas-sena li għaddiet. Bħalma għamilna s-sena li għaddiet, aħna nikkonkludu li l-infiq li jkun suġġett għal regoli simplifikati/inqas kumplessi (prinċipalment ibbażat fuq drittijiet) huwa ħieles minn żball materjali. Livell ta’ żball materjali huwa limitat għal infiq li jkun suġġett għal regoli kumplessi (prinċipalment ibbażat fuq rimborżi), li din is-sena kien jirrappreżenta 50,6 % tal-popolazzjoni li awditjajna. .

    (1)  Ir-rapporti finanzjarji konsolidati jinkludu l-karta tal-bilanċ, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni (inkluż ir-rappurtar fuq is-segmenti).

    (2)  Ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit jinkludu wkoll noti ta’ spjegazzjoni.

    (3)  Dan ammonta għal EUR 61,0 biljun. Aħna nipprovdu aktar informazzjoni fil-paragrafi 1.19 sa 1.21 tar-Rapport Annwali 2018 tagħna.

    (4)  Dan ammonta għal EUR 59,6 biljun. Aħna nipprovdu aktar informazzjoni fil-paragrafu 1.18 tar-Rapport Annwali 2018 tagħna.

    (5)  EUCO XT 20013/19 – Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew meħuda bi qbil mar-Renju Unit, li testendi l-perjodu taħt l-Artikolu 50(3) TUE.

    (6)  Ara l-Istandard Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) Nru 14 - Avvenimenti wara d-Data tar-Rappurtar.

    (7)  Ara IPSAS 39 — Benefiċċji tal-impjegati. Għall-PSEO, l-obbligu ta’ benefiċċju definit jirrifletti l-valur attwali tal-pagamenti futuri mistennija li l-UE se tkun meħtieġa twettaq sabiex tissodisfa l-obbligi tal-pensjoni li jirriżultaw minn servizzi li l-impjegati jkunu wettqu fil-perjodu attwali u dak preċedenti.

    (8)  Dawn jinkludu imposti dovuti ta’ EUR 62,9 biljun fuq in-naħa tal-obbligazzjonijiet fil-karta tal-bilanċ u, fuq in-naħa tal-assi, EUR 36,9 biljun li jnaqqsu l-valur tal-prefinanzjament.

    (9)  Ara l-glossarju: ġestjoni finanzjarja tajba.

    (10)  Ara l- Parti 2 tal-Kapitoli 5, 6, 7, 8 u 9.

    (11)  Ara l-Kapitolu 3.

    (12)  Ara l-kontijiet annwali konsolidati tal-UE għall-2018, ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u n-noti ta’ spjegazzjoni, 4.3 QFP: Implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament.

    (13)  Minn dawn il-pagamenti interim, EUR 37,4 biljun ingħataw taħt l-Intestatura 1b tal-QFP għall-perjodi ta’ programmazzjoni 2007-2013 u 2014-2020. F’konformità mal-approċċ tagħna għal dan il-qasam, dawn il-pagamenti ma jagħmlux parti mill-popolazzjoni li awditjajna għar-Rapport Annwali 2018.

    (14)  Il-kontijiet konsolidati jinkludu:

    (a)

    ir-rapporti finanzjarji konsolidati li jkopru l-karta tal-bilanċ (li tippreżenta l-assi u l-obbligazzjonijiet fi tmiem is-sena), ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja (li jirrikonoxxi l-introjtu u l-ispejjeż tas-sena), ir-rapport tal-flussi tal-flus (li jiddivulga kif il-bidliet fil-kontijiet jaffettwaw il-flus kontanti u l-ekwivalenti ta’ flus kontanti) u r-rapport tal-bidliet fl-assi netti kif ukoll in-noti għar-rapporti finanzjarji;

    (b)

    ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit li jkopru d-dħul u l-infiq għas-sena, kif ukoll in-noti relatati.

    (15)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

    (16)  Ara l-Linja Gwida ta’ Prattika Rakkomandata 2 (RPG 2) intitolata “Diskussjoni u Analiżi tar-Rapport Finanzjarju”, tal-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSASB).

    (17)  Ara l-paragrafi 1.12 u 1.13 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna.

    (18)  Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta’ żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 1,8 % u 3,4 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-livell ta’ żball, rispettivament)

    (19)  L-infiq ibbażat fuq drittijiet jinkludi n-nefqa amministrattiva.

    (20)  F’ġestjoni kondiviża, il-korpi intermedjarji huma l-awtoritajiet nazzjonali.

    (21)  L-Artikolu 317 tat-TFUE:

     

    “Il-Kummissjoni għandha timplimenta l-baġit f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti magħmula skont l-Artikolu 322, fuq ir-responsabbiltà tagħha stess u fil-limiti tal-approprjazzjonijiet, b’kunsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni sabiex jassiguraw li l-approprjazzjonijiet ikunu użati skont il-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba.”

    (22)  https://ec.europa.eu/info/publications/annual-management-and-performance-report-2018-0_en

    (23)  Ara r-Rapport Speċjali Nru 27/2016 “Il-governanza fil-Kummissjoni Ewropea — l-aħjar prattika?”, ir-Rakkomandazzjoni 2(f).

    (24)  Filwaqt li aħna nipprovdu valutazzjonijiet speċifiċi u nistmaw il-livell ta’ żball għall-intestaturi 1a “Kompetittività”, 1b “Koeżjoni”, 2 “Riżorsi Naturali” u 5 “Amministrazzjoni” tal-QFP.

    (25)  Pereżempju, il-Kummissjoni tippreżenta ċ-ċifri tad-DĠ MARE taħt “Koeżjoni, Migrazzjoni u Sajd” filwaqt li, fil- Kaxxa 1.11 , iċ-ċifri huma inklużi taħt “Riżorsi naturali”.

    (26)  Ara t-Tabella B tal-Anness 2 tar-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni għall-baġit tal-UE fl-2018, p. 205.

    (27)  L-informazzjoni hija pprovduta mill-OLAF u ma tiġix eżaminata minna.

    ANNESS 1.1

    APPROĊĊ U METODOLOĠIJA TAL-AWDITJAR

    1.

    L-approċċ tal-awditjar tagħna huwa deskritt fil-Manwal għall-Awditu Finanzjarju u tal-Konformità, li huwa disponibbli fuq is-sit web tagħna (1). Aħna nużaw mudell ta’ aċċertament biex nippjanaw ix-xogħol tagħna. Fl-ippjanar tagħna, aħna nqisu r-riskju li jseħħu l-iżbalji (riskju inerenti) u r-riskju li l-iżbalji ma jiġux ipprevenuti jew maqbuda u kkoreġuti (riskju tal-kontroll).

    PARTI 1 — Approċċ f’konformità mal-istrateġija tagħna għall-perjodu 2018-2020 fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

    2.

    Fl-2018, li kienet l-ewwel sena tal-istrateġija tagħna, aħna tejjibna l-valur miżjud tad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħna.

    3.

    Ir-rapporti annwali reċenti tagħna juru li sar titjib fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u fid-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità pprovduta mill-entitajiet awditjati minna. Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, aħna nirsistu biex nagħmlu użu aħjar mill-informazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità pprovduta mill-entità awditjata minna, fl-oqsma fejn dan ikun fattibbli. L-għan aħħari tagħna huwa li fis-snin li ġejjin nevolvu għal approċċ ta’ attestazzjoni (2). Skont dan l-approċċ, l-awditur jiġbor evidenza suffiċjenti u xierqa biex jipprovdi konklużjoni dwar l-aċċertament espress mill-entità responsabbli. Fil-prattika, dan ikun ifisser li fl-oqsma fejn aħna konna żgurajna li l-informazzjoni kienet ta’ kwalità suffiċjenti u stajna niksbu aċċertament mill-informazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità pprovduta mill-entità awditjata minna, aħna neżaminaw u nwettqu mill-ġdid, jekk meħtieġ, ix-xogħol li jkun sar minnhom.

    4.

    Mill-2017 ’l hawn, aħna emendajna l-approċċ tal-awditjar tagħna għal “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” biex nieħdu kont tal-bidliet fit-tfassil tas-sistemi ta’ kontroll għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. L-objettiv tagħna huwa li mhux biss nikkontribwixxu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni 2018, iżda wkoll li nikkonkludu dwar l-affidabbiltà tal-indikatur ewlieni tar-regolarità rrappurtat mill-Kummissjoni għal dan il-qasam – ir-riskju ta’ żball residwu (3).

    PARTI 2 — Approċċ u metodoloġija tal-awditjar għall-affidabbiltà tal-kontijiet

    5.

    Aħna neżaminaw il-kontijiet konsolidati tal-UE biex niddeterminaw l-affidabbiltà tagħhom. Dawn jikkonsistu:

    (a)

    fir-rapporti finanzjarji konsolidati; u

    (b)

    fir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit.

    6.

    Il-kontijiet konsolidati jridu jippreżentaw b’mod xieraq, fl-aspetti materjali kollha:

    (a)

    il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni Ewropea fi tmiem is-sena;

    (b)

    ir-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha; u

    (c)

    il-bidliet fl-assi netti għas-sena li tkun intemmet.

    7.

    Fl-awditu tagħna, aħna:

    (a)

    nevalwaw l-ambjent tal-kontroll kontabilistiku;

    (b)

    nivverifikaw il-funzjonament ta’ proċeduri kontabilistiċi ewlenin u l-proċess ta’ għeluq fi tmiem is-sena;

    (c)

    nanalizzaw id-data kontabilistika prinċipali għall-konsistenza u r-raġonevolezza;

    (d)

    nanalizzaw u nirrikonċiljaw il-kontijiet u/jew il-bilanċi;

    (e)

    inwettqu testijiet sostantivi ta’ impenji, pagamenti u entrati speċifiċi fil-karta tal-bilanċ, ibbażat fuq kampjuni rappreżentattivi;

    (f)

    nagħmlu użu minn xogħol awdituri oħra fejn possibbli, skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar, partikolarment waqt l-awditjar ta’ attivitajiet mutwatarji u mutwanti mmaniġġjati mill-Kummissjoni, u li għalihom ikun hemm disponibbli ċertifikati tal-awditjar estern.

    PARTI 3 — Approċċ u metodoloġija tal-awditjar għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet

    8.

    L-approċċ attwali tagħna biex neżaminaw jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet jikkonformawx mar-regoli u r-regolamenti tal-UE huwa li nibbażaw prinċipalment fuq l-ittestjar dirett tal-konformità għal kampjun kbir u rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet magħżulin b’mod aleatorju.

    9.

    Madankollu, aħna nqisu jekk inkunux nistgħu nagħmlu użu effiċjenti mill-kontrolli fuq ir-regolarità li jkunu diġà twettqu minn ħaddieħor. Jekk inkunu nixtiequ nużaw ir-riżultati ta’ dawn il-kontrolli fix-xogħol tal-awditjar tagħna, f'konformità mal-istandards tal-awditjar, aħna nivvalutaw l-indipendenza u l-kompetenza tal-parti l-oħra kif ukoll l-ambitu u l-adegwatezza ta’ xogħolha.

    Kif nittestjaw it-tranżazzjonijiet

    10.

    Taħt kull intestatura tal-QFP fejn nipprovdu valutazzjoni speċifika (il-Kapitoli 5, 6, 7 u 10), aħna nittestjaw kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet sabiex nistmaw is-sehem ta’ tranżazzjonijiet irregolari fil-popolazzjoni kumplessiva.

    11.

    Għal kull tranżazzjoni magħżula, aħna niddeterminaw jekk il-klejm jew jekk il-pagament ikunx sar għall-iskop approvat fil-baġit u speċifikat fil-leġiżlazzjoni, jew le. Aħna neżaminaw kif l-ammont tal-klejm jew tal-pagament ikun ġie kkalkulat (għal klejms li jkunu akbar: nibbażaw fuq għażla li tkun rappreżentattiva tal-elementi kollha fit-tranżazzjoni). Dan jinvolvi l-ittraċċar tat-tranżazzjoni mill-kontijiet baġitarji sar-riċevitur finali (eż. bidwi, jew l-organizzatur ta’ kors ta’ taħriġ jew proġett tal-għajnuna għall-iżvilupp), filwaqt li nwettqu testijiet tal-konformità f’kull livell.

    12.

    Waqt l-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għad-dħul, l-eżaminar li nwettqu tar-riżorsi proprji bbażati fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud u fuq l-ING jieħu bħala punt tat-tluq l-aggregati makroekonomiċi li fuq il-bażi tagħhom dawn jiġu kkalkulati. Aħna neżaminaw il-kontrolli tal-Kummissjoni fuq dawn il-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri sal-punt meta l-kontribuzzjonijiet ikunu ġew riċevuti u rreġistrati fil-kontijiet konsolidati. Għar-riżorsi proprji tradizzjonali, aħna neżaminaw il-kontijiet tal-awtoritajiet doganali u l-fluss tad-dazji — hawn ukoll sal-punt meta dawn ikunu ġew riċevuti u rreġistrati mill-Kummissjoni.

    13.

    F’dak li jirrigwarda l-infiq, aħna neżaminaw il-pagamenti ladarba l-infiq ikun ġie mġarrab, irreġistrat u aċċettat. Dan japplika għall-kategoriji kollha ta’ pagamenti (inklużi dawk li jkunu saru għax-xiri ta’ assi). Aħna ma neżaminawx il-pagamenti bil-quddiem fil-punt meta jkunu saru, iżda pjuttost ladarba:

    (a)

    ir-riċevitur finali tal-fondi tal-UE (eż. bidwi, istitut ta’ riċerka, kumpanija li tipprovdi xogħlijiet jew servizzi wara proċeduri ta’ akkwist pubbliku) ikun ipprovda evidenza dwar l-użu tagħhom; u

    (b)

    il-Kummissjoni (jew istituzzjoni jew korp ieħor li jimmaniġġja l-fondi tal-UE) tkun aċċettat l-użu finali tal-fondi billi tapprova l-pagament bil-quddiem.

    14.

    Il-kampjun tal-awditjar tagħna huwa maħsub biex jipprovdi stima tal-livell ta’ żball għall-infiq fl-intier tiegħu aktar milli għal tranżazzjonijiet individwali (eż. proġett partikolari). Aħna nużaw kampjunar f’unitajiet monetarji biex nagħżlu klejms jew pagamenti u, f’livell aktar baxx, elementi individwali fi ħdan tranżazzjoni (eż. fatturi ta’ proġetti, irqajja’ art fi klejm li jsir minn bidwi). Ir-rati ta’ żball li jiġu rrappurtati għal dawn l-elementi ma għandhomx jitqiesu bħala konklużjoni dwar it-tranżazzjonijiet rispettivi tagħhom, iżda aktar bħala li jikkontribwixxu direttament għal-livell kumplessiv ta’ żball għall-infiq tal-UE fl-intier tiegħu.

    15.

    Aħna ma neżaminawx tranżazzjonijiet li jsiru f’kull Stat Membru, stat benefiċjarju u reġjun f’sena partikolari. Filwaqt li nistgħu nsemmu ċerti Stati Membri, stati benefiċjarji u/jew reġjuni, dan ma jfissirx li l-eżempji ma jseħħux bnadi oħra wkoll. L-eżempji illustrattivi ppreżentati f’dan ir-rapport ma jiffurmawx bażi biex jinsiltu konklużjonijiet dwar l-Istati Membri, l-istati benefiċjarji u/jew ir-reġjuni speċifiċi kkonċernati.

    16.

    L-approċċ tagħna mhuwiex maħsub biex jiġbor data dwar il-frekwenza ta’ żbalji fil-popolazzjoni kollha. Għalhekk, iċ-ċifri ppreżentati dwar l-għadd ta’ żbalji li jkunu nqabdu f’intestatura tal-QFP, fl-infiq immaniġġjat minn DĠ jew fl-infiq fi Stat Membru partikolari mhumiex indikazzjoni tal-frekwenza ta’ żbalji fi tranżazzjonijiet iffinanzjati mill-UE jew fi Stati Membri individwali.

    Kif nevalwaw u nippreżentaw ir-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet

    17.

    Żball jista’ jikkonċerna l-ammont kollu involut fi tranżazzjoni individwali, jew parti minnu. Aħna nqisu jekk l-iżbalji jkunux kwantifikabbli jew mhux kwantifikabbli, jiġifieri jekk ikunx possibbli li jitkejjel kemm mill-ammont eżaminat kien milqut mill-iżball. Żbalji li jkunu nqabdu u ġew ikkoreġuti qabel it-twettiq tal-kontrolli tagħna u independentement minnhom jiġu esklużi mill-kalkolu u l-frekwenza ta’ żbalji, peress li l-fatt li nqabdu u ġew ikkoreġuti juri li s-sistemi ta’ kontroll ikunu ħadmu b’mod effettiv.

    18.

    Il-kriterji tagħna għall-kwantifikazzjoni ta’ żbalji fl-akkwist pubbliku huma deskritti fid-dokument intitolat “Non-compliance with the rules on public procurement – types of irregularities and basis for quantification” (Nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku – tipi ta’ irregolaritajiet u bażi għall-kwantifikazzjoni) (4).

    19.

    Il-kwantifikazzjoni tagħna tista’ tkun differenti minn dik użata mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri meta jkunu qed jiddeċiedu x’għandu jkun ir-rispons tagħhom għall-applikazzjoni skorretta tar-regoli tal-akkwist pubbliku.

    Livell ta’ żball stmat

    20.

    Għall-biċċa l-kbira mill-intestaturi u għall-baġit kumplessiv tal-UE, aħna nippreżentaw “livell ta’ żball stmat” (ELE). L-ELE jieħu kont tal-iżbalji kwantifikabbli biss u jiġi espress bħala perċentwal. Eżempji ta’ żbalji huma l-ksur kwantifikabbli tar-regolamenti, tar-regoli jew tal-kuntratti jew tal-kundizzjonijiet ta’għotjiet, li jkunu japplikaw. Aħna nistmaw ukoll il-limitu inferjuri tal-iżball (LEL) u l-limitu superjuri tal-iżball (UEL).

    21.

    Aħna nużaw il-livell ta’ 2 % bħala s-soll ta’ materjalità għall-opinjoni tagħna. Nieħdu wkoll kont tan-natura, l-ammont u l-kuntest tal-iżbalji.

    22.

    Aħna ma għadniex nibbażaw id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni unikament fuq l-istima kumplessiva ta’ żball li ssir minna. Mill-2016 ’l hawn, aħna komplejna nidentifikaw l-oqsma ta’ riskju baxx tal-baġit tal-UE, fejn nistennew li nsibu livell mhux materjali ta’ żball fl-infiq aċċettat, u oqsma ta’ riskju għoli, fejn aħna assumejna li jkun hemm livell materjali ta’ żball. Dan jippermettilna biex niddeterminaw b’mod kemm jista’ jkun effiċjenti jekk l-iżbalji materjali li nstabu humiex pervażivi.

    Kif neżaminaw is-sistemi u nirrappurtaw ir-riżultati

    23.

    Il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE, l-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-pajjiżi u r-reġjuni benefiċjarji jistabbilixxu sistemi biex jimmaniġġjaw ir-riskji għall-baġit u biex jissorveljaw/jiżguraw ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Huwa utli li dawn is-sistemi jiġu eżaminati sabiex jiġu identifikati oqsma fejn jista’ jsir titjib.

    24.

    Kull intestatura tal-QFP, inkluż id-dħul, tinvolvi ħafna sistemi individwali. Aħna nagħżlu kampjun ta’ sistemi kull sena u nippreżentaw ir-riżultati flimkien ma’ rakkomandazzjonijiet għal titjib.

    Kif naslu għall-opinjonijiet tagħna fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni

    25.

    Aħna nippjanaw ix-xogħol tagħna biex niksbu evidenza għall-awditjar li tkun suffiċjenti, rilevanti u affidabbli għall-formulazzjoni tal-opinjoni tagħna dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet konsolidati tal-UE. Rapport ta’ dan ix-xogħol jingħata fil-Kapitoli 4 sa 10. L-opinjoni tagħna tingħata fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni. Ix-xogħol li nwettqu jippermettilna naslu għal opinjoni infurmata dwar jekk l-iżbalji fil-popolazzjoni jaqbżux jew jaqgħux fi ħdan il-limiti ta’ materjalità.

    26.

    Fejn insibu livell materjali ta’ żball u niddeterminaw l-impatt tiegħu fuq l-opinjoni tal-awditjar, irridu niddeterminaw jekk l-iżbalji, jew in-nuqqas ta’ evidenza għall-awditjar, ikunux “pervażivi” jew le. Meta nagħmlu dan, aħna napplikaw il-gwida li tinsab fl-ISSAI 1705 (filwaqt li nestendu din il-gwida biex tapplika għal kwistjonijiet ta’ legalità u regolarità, skont il-mandat tagħna). Fejn l-iżbalji jkunu materjali u pervażivi, aħna noħorġu opinjoni avversa.

    27.

    Żball jew nuqqas ta’ evidenza għall-awditjar jitqies “pervażiv” jekk, fil-ġudizzju tal-awditur, ma jkunx ristrett għall-elementi, kontijiet jew entrati speċifiċi tar-rapporti finanzjarji (jiġifieri jkunu mifruxa fil-kontijiet jew fit-tranżazzjonijiet ittestjati), jew, jekk ikunu limitati b’dan il-mod, huma jkunu jirrappreżentaw jew jistgħu jirrappreżentaw proporzjon sostanzjali tar-rapporti finanzjarji, jew ikunu relatati ma’ divulgazzjonijiet li jkunu fundamentali għall-fehim mill-utenti tar-rapporti finanzjarji.

    28.

    L-aħjar stima tagħna tal-livell ta’ żball għall-infiq kumplessiv fl-2018 hija ta’ 2,6 %. Aħna ma qisniex li dawn l-iżbalji huma pervażivi, billi huma limitati għal infiq li huwa suġġett għal regoli kumplessi (prinċipalment ibbażat fuq rimborżi). Il-livell ta’ żball stmat li nstab għall-intestaturi differenti tal-QFP ivarja, kif deskritt fil-Kapitoli 5 sa 7 u fil-Kapitolu 10.

    Frodi suspettata

    29.

    Jekk ikollna raġuni biex nissuspettaw li tkun twettqet attività frodulenti, aħna nirrappurtaw dan lill-OLAF, l-uffiċċju tal-UE ta’ kontra l-frodi. L-OLAF huwa responsabbli mit-twettiq ta’ kull investigazzjoni li tirriżulta. Aħna nirrappurtaw bosta każijiet kull sena lill-OLAF.

    PARTI 4 — Rabta bejn l-opinjonijiet tal-awditjar dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet

    30.

    Aħna ħriġna:

    (a)

    opinjoni tal-awditjar dwar il-kontijiet konsolidati tal-UE għas-sena finanzjarja li ntemmet; kif ukoll

    (b)

    opinjonijiet tal-awditjar dwar ir-regolarità tad-dħul u l-infiq li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

    31.

    Ix-xogħol li nwettqu u l-opinjonijiet li noħorġu jsegwu l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI.

    32.

    Fejn l-awdituri joħorġu opinjonijiet tal-awditjar kemm dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet, dawn l-istandards jiddikjaraw li opinjoni modifikata dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet, fiha nfisha, ma twassalx għal opinjoni modifikata dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet.

    (1)  https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/AuditMethodology.aspx

    (2)  Ara ISSAI 4000, il-paragrafu 40.

    (3)  Ara d-dokument ta’ sfond intitolat: The “ECA’s modified approach to the Statement of Assurance audits in Cohesion” (L-approċċ modifikat tal-QEA għall-awditi relatati mad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni fil-qasam tal-Koeżjoni) li huwa disponibbli fuq is-sit web tagħna (https://www.eca.europa.eu/mt/Pages/DocItem.aspx?did=44524)

    (4)  http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/Guideline_procurement/Quantification_of_public_procurement_errors.pdf.


    KAPITOLU 2

    Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

    WERREJ

    Introduzzjoni 2.1–2.3
    Ġestjoni baġitarja fl-2018 2.4–2.21
    L-impenji u l-pagamenti disponibbli fil-baġit kważi ntużaw kompletament 2.4–2.7
    Dewmien fl-implimentazzjoni tal-Fondi SIE affettwa l-implimentazzjoni tal-QFP 2.8–2.21
    Prinċipalment minħabba d-dewmien, ammonti sostanzjali ta’ prefinanzjament annwali mhux użat għall-Fondi SIE ntraddu lura lill-baġit tal-UE 2.9–2.11
    Ammont sinifikanti tal-marġni globali għall-pagamenti ma kienx meħtieġ 2.12–2.16
    L-impenji pendenti qed ikomplu jiżdiedu 2.17–2.18
    Hemm riskju li l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-baġits futuri ma jkunux suffiċjenti 2.19–2.21
    Kwistjonijiet fil-qasam tal-ġestjoni finanzjarja li huma relatati mal-baġit għall-2018 u mal-futur 2.22–2.41
    L-assorbiment tal-Fondi SIE mill-Istati Membri għadu problematiku 2.22–2.24
    Iż-żieda fil-garanziji żżid l-esponiment tal-baġit tal-UE għal riskji 2.25–2.32
    Il-Bank Ewropew tal-Investiment — parti integrali mill-arkitettura tal-UE, iżda l-arranġamenti tal-obbligu ta’ rendikont huma differenti 2.33–2.41
    Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 2.42–2.48
    Konklużjonijiet 2.42–2.47
    Rakkomandazzjonijiet 2.48

    Anness 2.1 — Mandati mogħtija lill-BEI mill-UE — kategoriji prinċipali

    Anness 2.2 — Strumenti finanzjarji tal-UE li huma mmaniġġjati mill-Grupp tal-BEI

    Introduzzjoni

    2.1.

    Dan il-kapitolu jippreżenta l-analiżi li wettaqna ta’ kwistjonijiet fil-qasam tal-ġestjoni baġitarja u finanzjarja. Huwa jidentifika wkoll ir-riskji u l-isfidi li l-baġit tal-UE se jiffaċċja fis-snin li ġejjin, abbażi tax-xogħol attwali tagħna u tal-fehmiet li esprimejna fir-rapporti speċjali, fl-analiżijiet rapidi dwar każijiet speċifiċi, fid-dokumenti informattivi u analitiċi, u fl-opinjonijiet tagħna.

    2.2.

    F’Mejju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021–2027 il-ġdid (1) lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (li flimkien jiffurmaw l-awtorità baġitarja). In-negozjati jinsabu għaddejjin bl-għan li jintlaħaq ftehim qabel tmiem l-2019. Aħna esprimejna l-fehmiet tagħna dwar is-suġġett f’dokument informattiv u analitiku (2).

    2.3.

    Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ma jaffettwax il-kontijiet baġitarji tal-2018. F’partijiet mill-analiżi tagħna, aħna nagħmlu projezzjonijiet dwar il-baġits futuri tal-UE. F’dawn il-każijiet, aħna assumejna li l-abbozz ta’ ftehim dwar il-ħruġ, bejn ir-Renju Unit u l-UE (3), se jiġi approvat u implimentat.

    Ġestjoni baġitarja fl-2018

    L-impenji u l-pagamenti disponibbli fil-baġit kważi ntużaw kompletament

    2.4.

    Kull sena, l-awtorità baġitarja tiffissa limitu fuq l-obbligi finanzjarji l-ġodda tal-UE (approprjazzjonijiet ta’ impenn), kif ukoll fuq il-pagamenti li jistgħu jsiru mill-baġit tal-UE (approprjazzjonijiet ta’ pagament).

    2.5.

    Fl-2018, l-approprjazzjonijiet ta' impenn intużaw kważi kollha kemm huma. Minn EUR 160,7 biljun li kienu disponibbli fil-baġit tal-UE għall-2018, intużaw EUR 159,9 biljun (99,5 %) (ara l- Kaxxa 2.1 ).

    2.6.

    L-UE użat ukoll kważi l-approprjazzjonijiet ta' pagament kollha disponibbli li kienu inklużi fil-baġit finali (4). Mill-ammont disponibbli ta’ EUR 144,8 biljun, saru pagamenti ta’ EUR 142,7 biljun (98,6 %) (5) (ara l- Kaxxa 2.1 ). Dan seħħ wara sentejn li matulhom saru pagamenti li l-ammont tagħhom kien ħafna inqas minn dak ibbaġitjat inizjalment. Fl-2018, il-klejms għall-pagamenti mill-Istati Membri żdiedu sinifikattivament għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (Fondi SIE) (6). Dawn il-fondi jirrappreżentaw madwar 43 % tal-QFP 2014–2020 (7).

    2.7.

    Id-differenza bejn il-baġit inizjali u dak finali kienet żgħira. Is-sitt baġits emendatorji adottati fl-2018 żiedu biss EUR 583 miljun (8) f’approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 87 miljun f’approprjazzjonijiet ta' pagament.

    Kaxxa 2.1

    Implimentazzjoni tal-baġit fl-2018

    Image 12

    Nota:

    Il-limitu massimu tal-QFP huwa l-ammont massimu annwali li jista’ jintuża skont ir-Regolament attwali dwar il-QFP. Madankollu, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-użu tagħhom jistgħu jaqbżu l-limitu massimu bil-valur tal-istrumenti speċjali (ara l-Artikolu 3(2) tar-Regolament dwar il-QFP).

    Sors:

    Il-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea — Sena finanzjarja 2018, ir-Rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u n-Noti ta' spjegazzjoni — in-Noti 4.1-4.3 u l-aġġustament tekniku għall-2018.

    Dewmien fl-implimentazzjoni tal-Fondi SIE affettwa l-implimentazzjoni tal-QFP

    2.8.

    Il-Fondi SIE jinfluwenzaw l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-QFP għal żewġ raġunijiet prinċipali. L-ewwel nett, huma jikkostitwixxu parti sostanzjali mill-QFP. It-tieni nett, huma jiġu implimentati permezz ta’ impenji pluriennali, u t-talbiet għal pagament jistgħu jaslu fi kwalunkwe sena sussegwenti. Id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-Fondi SIE, li l-Kummissjoni osservat preċedentement u li aħna kkonfermajna (9), qed ikompli jħalli impatt fuq is-snin finali ta’ dan il-QFP. Aħna nosservaw li, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), ir-rati ta’ implimentazzjoni kienu konsiderevolment ogħla minn dawk għal Fondi SIE oħra. Klejms għall-pagamenti li jammontaw għal valur sostanzjali ddewmu u se jiġu ppreżentati fis-snin li ġejjin. Dan affettwa l-użu tal-prefinanzjament u l-evoluzzjoni tal-impenji pendenti, u se jaffettwa l-ħtiġijiet għal approprjazzjonijiet ta' pagament fil-bidu tal-QFP li jmiss, kif deskritt hawn taħt.

    Prinċipalment minħabba d-dewmien, ammonti sostanzjali ta’ prefinanzjament annwali mhux użat għall-Fondi SIE ntraddu lura lill-baġit tal-UE

    2.9.

    Kull sena, l-Istati Membri jirċievu prefinanzjament annwali għall-operazzjonijiet tal-Fondi SIE (ħlief il-FAEŻR) mill-baġit tal-UE (10). Jekk Stat Membru jippreżenta klejms għal ammont li jkun inqas mill-prefinanzjament riċevut, il-prefinanzjament mhux użat jintradd lura lill-baġit tal-UE fis-sena ta’ wara. Dan iseħħ bħala parti mill-proċedura annwali għall-eżaminar u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet għall-Fondi SIE, li ġiet introdotta fil-QFP attwali u ġiet applikata għall-ewwel darba fl-2017.

    2.10.

    Dawn l-ammonti ta’ prefinanzjament mhux użat jerġgħu jiddaħħlu fil-baġit bħala dħul assenjat. Huma jiġu assenjati biex jintużaw biss għal-linji baġitarji rilevanti tal-Fondi SIE. L-ammonti jsiru approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet ta' pagament li jinżdiedu ma’ dawk fil-baġit ta’ dik is-sena. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn jintużaw immedjatament. Imbagħad, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament iridu jintużaw għal pagamenti favur l-Istati Membri f’dik l-istess sena jew inkella fis-sena ta’ wara biex ma jiġux ikkanċellati.

    2.11.

    L-Istati Membri rċevew prefinanzjament annwali ta’ EUR 6,8 biljun fl-2016 u ta’ EUR 9,0 biljun fl-2017. Prinċipalment minħabba d-dewmien fl-implimentazzjoni, l-Istati Membri raddew lura ammonti sostanzjali minn dan il-prefinanzjament annwali mhux użat, jiġifieri EUR 6,6 biljun fl-2017 u EUR 8,1 biljun fl-2018 rispettivament. Dan żied sinifikattivament id-dħul assenjat f’dawn is-sentejn. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament li nħolqu minn dawn l-ammonti mroddijin lura ntużaw biex jitwettqu pagamenti fuq klejms ippreżentati mill-Istati Membri lil hinn mill-baġit approvat għas-sena, li ammontaw għal EUR 5,4 biljun fl-2017 u EUR 6,9 biljun fl-2018 (ara l- Kaxxa 2.2 hawn taħt). Li kieku dawn l-approprjazzjonijiet ta’ pagament ma kinux disponibbli biex jerġgħu jintużaw, dan seta’ jirrikjedi l-użu tal-marġni globali għall-pagamenti (MGP) fl-2018.

    Kaxxa 2.2

    Ammonti li tħallsu minn dħul assenjat

    Image 13

    Sors:

    Il-QEA, ibbażat fuq ir-Rapporti tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja għall-perjodu 2014–2018.

    Ammont sinifikanti tal-marġni globali għall-pagamenti ma kienx meħtieġ

    2.12.

    Il-marġni globali għall-pagamenti (MGP) huwa mekkaniżmu li ġie introdott fil-QFP attwali biex iżid il-flessibbiltà tal-approprjazzjonijiet ta' pagament. L-għan tiegħu huwa li tiġi evitata sitwazzjoni fejn ma jkunx jifdal aktar approprjazzjonijiet ta' pagament, kif seħħ fl-aħħar snin tal-QFP preċedenti (11). Il-mekkaniżmu jippermetti t-trasferiment tal-approprjazzjonijiet li kull sena ma jkunux intużaw, fi ħdan il-limitu massimu tal-QFP, biex b’hekk jintużaw fis-snin li ġejjin.

    2.13.

    L-ammont ta’ MGP disponibbli li ġie ttrasferit mis-snin preċedenti għall-perjodu 2018–2020 huwa ta’ EUR 33,7 biljun (2018: EUR 5,3 biljun, 2019: EUR 12,9 biljun u 2020: EUR 15,5 biljun) (ara l- Kaxxa 2.3 ). Fil-qafas tal-QFP, l-użu tal-MGP huwa stabbilit f’limitu massimu ta’ EUR 36,5 biljun fil-perjodu 2018–2020 (2018: EUR 8,0 biljun, 2019: EUR 12,9 biljun u 2020: EUR 15,5 biljun).

    Kaxxa 2.3

    MGP disponibbli u limiti massimi

    Image 14

    Nota:

    L-allokazzjoni tal-MGP ta’ sena partikolari hija bbażata fuq il-profil tal-ħtiġijiet ta’ pagament mistennija mill-Kummissjoni.

    Sors:

    Il-QEA, ibbażat fuq l-aġġustamenti tekniċi li saru fil-QFP, kif ukoll fuq ir-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u n-noti ta’ spjegazzjoni tal-kontijiet konsolidati tal-UE.

    2.14.

    Fl-2018, l-ebda pagament addizzjonali ma kien meħtieġ, u l-ammont ta’ EUR 5,3 biljun tal-MGP disponibbli minn snin preċedenti ma kienx meħtieġ. Madankollu, dan l-ammont ma setax jiġi riportat minħabba li l-limitu massimu tal-MGP għall-2019 u dak għall-2020 kienu ntlaħqu. Għall-istess raġuni, ammont addizzjonali ta’ EUR 11,2 biljun f’approprjazzjonijiet ta' pagament li ma ntużawx fl-2018 (12) ukoll ma setax jiġi ttrasferit għall-2019 jew għall-2020.

    2.15.

    Skont il-baġit inizjali għall-2019, l-ammont ta’ EUR 12,9 biljun tal-MGP disponibbli għas-sena lanqas mhu se jkun meħtieġ biex jiġu koperti r-rekwiżiti ta’ pagament (13). Barra minn hekk, skont l-abbozz ta’ baġit għall-2020 (14), mill-EUR 15,5 biljun tal-MGP disponibbli, jista’ jkun li mhux l-ammont kollu jkun meħtieġ fl-2020. Għalhekk, it-total ta’ EUR 33,7 biljun fl-MGP disponibbli jista’ ma jkunx meħtieġ għall-perjodu 2018–2020.

    2.16.

    Dment li l-ħtiġijiet ta’ pagament ma jiżdidux fil-perjodu 2019–2020, sal-2020 l-ammont ta’ EUR 33,7 biljun disponibbli taħt l-MGP se jkun għadu ma ntużax. Flimkien mal-EUR 11,2 biljun f’approprjazzjonijiet ta' pagament mhux użati mill-2018, li ma setgħux jiġu ttrasferiti għas-snin li ġejjin (ara l-paragrafu 2.14), it-total jiżdied għal EUR 44,9 biljun f’approprjazzjonijiet ta' pagament li jistgħu jkunu għadhom ma ntużawx sal-2020. Il-flessibbiltà pprovduta mill-MGP se tintemm flimkien mal-QFP attwali fl-2020. Hija ma tista’ tindirizza l-ebda ħtieġa ta’ flessibbiltà fil-QFP li jmiss (ara l-paragrafi 2.19–2.21).

    L-impenji pendenti qed ikomplu jiżdiedu

    2.17.

    L-impenji pendenti komplew jiżdiedu, u laħqu EUR 281,2 biljun fi tmiem l-2018 (2017: EUR 267,3 biljun). Dawn żdiedu b’36 % (EUR 73,7 biljun) matul l-aħħar seba’ snin mill-2011 ’il hawn, jiġifieri s-sena korrispondenti tal-QFP preċedenti (ara l- Kaxxa 2.4 ). Ibbażat fuq il-previżjoni fuq terminu twil tal-Kummissjoni (15), l-impenji pendenti se jilħqu l-ammont ta’ EUR 313,8 biljun sal-2023, stima li tqarreb lejn il-projezzjonijiet tagħna.

    Kaxxa 2.4

    Impenji pendenti, impenji u pagamenti inklużi projezzjonijiet sal-2023

    Image 15

    Sors:

    Għall-perjodu 2007–2018: il-kontijiet annwali konsolidati tal-UE. Għall-projezzjonijiet: il-QEA, ibbażat fuq il-Baġit 2019 u d-dokument COM(2018) 687 final — Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Previżjoni fuq terminu twil ta’ flussi ta’ dħul u flussi ta’ ħruġ futuri tal-baġit tal-UE (2019–2023).

    2.18.

    Aħna analizzajna l-impenji pendenti b’mod estensiv fl-analiżi rapida tagħna dwar każ speċifiku intitolata: “Impenji pendenti fil-baġit tal-UE — Ħarsa aktar mill-qrib” (16), li tkopri l-perjodu sa tmiem l-2017. Aħna kkonkludejna li t-tliet raġunijiet prinċipali kkontribwew għaż-żieda tagħhom: id-differenza annwali bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament, l-implimentazzjoni bil-mod tal-Fondi SIE u ż-żieda fid-daqs tal-baġit tal-UE.

    Hemm riskju li l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-baġits futuri ma jkunux suffiċjenti

    2.19.

    Hemm riskju li mhuwiex se jkun hemm biżżejjed approprjazzjonijiet ta' pagament disponibbli biex ikopru l-ammonti kollha dovuti fl-ewwel snin tal-QFP il-ġdid. Fil-previżjoni fuq terminu twil tagħha (17), il-Kummissjoni pprojettat li l-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2019 u fl-2020 ikunu ferm taħt il-limiti massimi (18). Dan jagħti x’jifhem li l-ħtiġijiet ta’ pagament li preċedentement kienu previsti li jiġu koperti fil-perjodu 2019–2020 se jiġu riportati għall-ewwel snin tal-QFP il-ġdid.

    2.20.

    Il-valur tal-klejms ippreżentati fil-perjodu 2021–2023 se jkun fil-biċċa l-kbira jiddependi mill-implimentazzjoni, min-naħa tal-Istati Membri, tal-programmi operazzjonali tagħhom taħt il-Fondi SIE. Ibbażat fuq l-analiżi tagħna, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li se jkunu disponibbli fil-bidu tal-QFP 2021–2027 jistgħu ma jkunux biżżejjed biex ikopru r-rekwiżiti kollha ta’ pagament fl-ewwel snin tal-perjodu. Dan jista’ jkun partikolarment il-każ fir-rigward tal-2021, l-ewwel sena tal-QFP il-ġdid.

    2.21.

    Fil-previżjoni fuq terminu twil tal-Kummissjoni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament projettati għall-2021 li jirrigwardaw l-impenji li twettqu qabel l-2021 taħt l-Intestaturi 1b u 2 (19), li fil-biċċa l-kbira jirrigwardaw il-Fondi SIE, jammontaw għal EUR 63,7 biljun. Taħt il-QFP 2007–2013, madwar 40 % tal-impenji taħt il-Fondi ta’ Koeżjoni li kienu għadhom pendenti sa tmiem l-2013, li kienet l-aħħar sena tal-QFP, tħallsu fl-2014, jiġifieri fl-ewwel sena tal-QFP attwali. Bis-suppożizzjoni li proporzjon simili (40 %) ta’ impenji taħt il-Fondi SIE mill-QFP attwali se tkun għadha pendenti sa tmiem l-2020 u se tkun trid titħallas fl-2021, l-approprjazzjonijiet ta' pagament projettati ta’ EUR 63,7 biljun jistgħu ma jkunux biżżejjed. L-impenji pendenti mill-Fondi SIE kienu laħqu EUR 200,9 biljun sa tmiem l-2018 u se jkunu saħansitra ogħla sa tmiem l-2020; 40 % tal-impenji pendenti taħt il-Fondi SIE għall-2018 diġà laħqu EUR 80 biljun (konsiderevolment aktar mill-approprjazzjonijiet ta' pagament projettati ta’ EUR 63,7 biljun), għaldaqstant 40 % tal-impenji pendenti għall-2020 x’aktarx se jkunu saħansitra ogħla. Ir-riskju li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament ma jkunux suffiċjenti jerġa’ huwa akbar minħabba li l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE kienet iddewmet aktar minn dik tal-QFP preċedenti u minħabba li l-għadd ta’ klejms ippreżentati jista’ jkun akbar minn dak tal-2014.

    Kwistjonijiet fil-qasam tal-ġestjoni finanzjarja li huma relatati mal-baġit għall-2018 u mal-futur

    L-assorbiment tal-Fondi SIE mill-Istati Membri għadu problematiku

    2.22.

    L-assorbiment tal-Fondi SIE kiseb momentum fl-2018, jiġifieri l-ħames sena tal-QFP attwali. Madankollu, sa tmiem is-sena, fuq medja kienu biss 27,3 % tal-allokazzjonijiet totali għall-QFP kollu li kienu tħallsu lill-Istati Membri, meta mqabbel ma’ 33,4 % li kienu tħallsu sa tmiem l-2011, is-sena korrispondenti tal-QFP preċedenti. Matul l-2018, kienu tħallsu 10,9 % tal-allokazzjonijiet totali, l-istess bħall-proporzjon tal-allokazzjonijiet li kienu tħallsu fl-2011 matul il-QFP preċedenti (11,3 %). Minħabba li r-ritmu tal-implimentazzjoni mexa aktar bil-mod milli kien antiċipat fl-ewwel snin tal-QFP attwali (20), ir-rata ta’ implimentazzjoni kumulattiva għadha sinifikattivament lura meta mqabbla ma’ dik tal-QFP preċedenti. Minbarra r-riskju li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament ma jkunux suffiċjenti fil-bidu tal-QFP li jmiss, bejn il-perjodi tal-QFP se jkun hemm trikkib sostanzjali, li x’aktarx se jitfa’ ammont eċċessiv ta’ xogħol fuq l-amministrazzjonijiet tal-Istati Membri u, fl-ewwel snin tal-QFP 2021–2027, se jikkawża dewmien li jkun simili għal dak esperjenzat fil-QFP attwali.

    2.23.

    Il-grafika fil- Kaxxa 2.5 turi l-ammont tal-allokazzjoni totali tal-Fondi SIE għall-QFP attwali li kien tħallas sa tmiem l-2018, u dak li kien tħallas sa tmiem l-2011, li kienet is-sena korrispondenti tal-QFP preċedenti. Dan jiżvela li huma biss il-Bulgarija, il-Lussemburgu, l-Awstrija, ir-Rumanija u l-Finlandja li għandhom rata ta’ assorbiment aktar rapida matul il-QFP attwali milli matul dak preċedenti.

    Kaxxa 2.5

    Ir-rati ta’ assorbiment tal-Fondi SIE mill-Istati Membri fi tmiem l-2018 u fi tmiem l-2011

    Image 16

    Sors:

    Il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni.

    2.24.

    L-assorbiment baxx tal-Fondi SIE kkontribwixxa għaż-żieda tal-impenji pendenti tal-Fondi SIE. Il- Kaxxa 2.6 hawn taħt turi l-impenji pendenti ta’ kull Stat Membru, kemm bħala ammont f’euro kif ukoll bħala perċentwal tal-infiq tal-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom għall-2018.

    Kaxxa 2.6

    Impenji pendenti tal-Fondi SIE, skont l-Istat Membru

    Image 17

    Sors:

    Il-QEA, ibbażat fuq informazzjoni mill-Kummissjoni. Id-data tal-Eurostat dwar l-amministrazzjonijiet pubbliċi għall-2018.

    Iż-żieda fil-garanziji żżid l-esponiment tal-baġit tal-UE għal riskji

    2.25.

    Kif jidher fil- Kaxxa 2.7 hawn taħt, il-garanziji żdiedu f’dawn l-aħħar ftit snin, prinċipalment minħabba li nżdiedu l-garanzija tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-garanzija tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD). L-għan ta’ dawn il-garanziji kien li jimmobilizzaw fondi esterni sabiex jiżdied l-impatt potenzjali tal-baġit tal-UE. Garanziji oħra appoġġati mill-baġit tal-UE jinkludu garanziji tal-mandat ta’ self estern mogħtija lill-BEI (21), kif ukoll garanziji tal-UE li jappoġġaw l-attivitajiet ta’ għoti u teħid b’self, li prinċipalment huma self li jingħata lill-Istati Membri (22) u li ilu jeżisti għal ħafna snin f’livell pjuttost konsistenti. Madankollu, din iż-żieda esponiet il-baġit tal-UE għal riskji potenzjali, li jridu jiġu mmonitorjati kontinwament sabiex ma jsirux eċċessivi (23).

    Kaxxa 2.7

    L-esponiment massimu possibbli u l-esponiment reali tal-baġit tal-UE għal garanziji

    Image 18

    Sors:

    Il-QEA, ibbażat fuq il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-perjodu 2015–2018.

    2.26.

    Il-limiti massimi juru l-ogħla esponiment possibbli tal-baġit tal-UE. Fl-2018, l-estensjoni tal-FEIS (24) u l-introduzzjoni tal-garanzija tal-EFSD żiedu l-limiti massimi, li laħqu EUR 125,5 biljun fi tmiem l-2018. L-esponiment reali se jiżdied gradwalment hekk kif isiru l-iżborżamenti (25). B’kollox, l-esponiment reali fi tmiem l-2018 kien ta’ EUR 92,8 biljun.

    2.27.

    Xi wħud minn dawn il-garanziji huma appoġġati minn fondi ta’ garanzija, li jipprovdu riżervi ta’ likwidità kontra telf potenzjali. Fi tmiem l-2018, l-assi preżenti fit-tliet fondi ta’ garanzija ammontaw għal total ta’ EUR 8,3 biljun (EUR 5,5 biljun fil-Fond ta’ Garanzija tal-FEIS, EUR 2,5 biljun fil-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni u EUR 0,3 biljun fil-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD). Meta jsiru talbiet għal pagament ta’ garanziji, il-pagamenti jsiru minn dawn il-fondi ta’ garanzija. Sa tmiem l-2018, ma kinux saru talbiet sinifikanti għall-pagament ta’ dawn il-garanziji.

    2.28.

    Avvenimenti futuri jistgħu jiskattaw talbiet għal pagament ta’ garanziji li jkunu jirrikjedu pagament immedjat. Il-Kummissjoni tibbaża l-valutazzjoni li hija twettaq tar-riskju li dawn l-avvenimenti jseħħu fuq l-evidenza storika, il-parametri referenzjarji, il-kundizzjonijiet prevalenti u l-għarfien professjonali. Ir-rievalwazzjoni li l-Kummissjoni wettqet fir-rigward tal-garanzija tal-FEIS bħala parti mill-proposta tagħha għal estensjoni tal-FEIS tinkludi eżempju ta’ valutazzjoni tar-riskju (26). Kull sena, il-Kummissjoni toħroġ ukoll rapport dwar il-garanziji koperti mill-baġit, li janalizza dawn ir-riskji (27).

    2.29.

    Jeżistu diversi arranġamenti għall-provvediment ta’ appoġġ immedjat f’każ li jkun hemm talbiet għal pagament ta’ garanziji, bħall-fondi ta’ garanzija (28). Dawn il-fondi jkopru telf relatat mal-garanziji tal-UE u ġew stabbiliti permezz ta’ użu ta’ fondi mill-baġit tal-UE fi ħdan il-konfini tal-limiti massimi tal-QFP. Taħt ċirkustanzi normali, il-ħtiġijiet ta’ pagament jistgħu jiġu koperti minn dawn il-fondi ta’ garanzija u minn approprjazzjonijiet ta’ pagament fi ħdan il-limitu massimu tal-QFP. Barra minn hekk, jeżisti limitu massimu tar-riżorsi proprji, li huwa superjuri għal-limitu massimu tal-QFP (ara l- Kaxxa 2.8 ), u li jservi bħala bafer ta’ sikurezza biex jiġu koperti ċirkustanzi estremi bħal tnaqqis serju fir-ritmu ekonomiku. Is-somma tar-riżorsi proprji kollha li jinġabru mill-Istati Membri f’sena partikolari ma tridx tkun aktar minn 1,20 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha. L-ammont bejn il-limitu massimu tal-QFP u dak tar-riżorsi proprji, li huwa disponibbli biex ikopri l-approprjazzjonijiet ta’ pagament kull sena, ivarja u jiġi kkalkulat mill-ġdid fuq bażi annwali bħala parti mill-aġġustament tekniku għall-QFP, irrispettivament mill-ammonti ta’ dħul ieħor. Għall-2018, dan kien EUR 33,9 biljun, 0,22 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri kollha.

    Kaxxa 2.8

    Limiti massimi tal-QFP u dawk tar-riżorsi proprji

    Image 19

    (*)

    Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dħul ieħor potenzjalment riċevut.

    Sors:

    Il-QEA, ibbażat fuq l-aġġustament tekniku tal-2018.

    2.30.

    Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE se jnaqqas is-somma tal-ING tal-Istati Membri, u l-inklużjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) fil-baġit tal-UE se żżid il-limiti massimi tal-QFP. Minħabba dawn l-aġġustamenti, għall-QFP li jmiss, il-Kummissjoni pproponiet li l-limitu massimu ta’ 0,09 % (29) tar-riżorsi proprji jiżdied għal-livell ta’ 1,29 % tas-somma tal-ING tal-Istati Membri biex b’hekk dawn il-bidliet jittieħdu inkunsiderazzjoni.

    2.31.

    Barra minn hekk, għall-QFP 2021–2027, il-Kummissjoni se tiġbor flimkien il-fondi ta’ garanzija f’fond ta’ proviżjonament komuni li għandu jkun ibbażat fuq rata ta’ proviżjonament effettiva (30) sabiex tiġi ffaċilitata ġestjoni aħjar tal-garanziji pprovduti (31).

    2.32.

    Ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid jirrikonoxxi l-importanza dejjem tiżdied tal-garanziji, l-assistenza finanzjarja u l-istrumenti finanzjarji. Huwa kkonsolida d-dispożizzjonijiet kollha rilevanti f’Titolu X ġdid (l-Artikoli 208–220) biex jindirizza l-kwistjonijiet relatati ma’ dan il-qasam. Fl-opinjoni tagħna dwar ir-Regolament Finanzjarju, aħna lqajna l-inklużjoni tat-Titolu X (32).

    Il-Bank Ewropew tal-Investiment — parti integrali mill-arkitettura tal-UE, iżda l-arranġamenti tal-obbligu ta’ rendikont huma differenti

    2.33.

    L-objettiv tal-Grupp tal-BEI (33) huwa li jipprovdi self, garanziji u tipi oħra ta’ appoġġ fuq bażi mingħajr skop ta’ qligħ, biex b’hekk jaqdi l-interessi tal-UE. Fi tmiem l-2018, it-total aggregat tas-self pendenti li ngħata mill-Grupp tal-BEI kien ta’ EUR 536 biljun (2017: 548) (34).

    2.34.

    Parti mill-attivitajiet tal-Grupp tal-BEI hija rregolata minn sensiela ta’ mandati mill-UE (ara l- Anness 2.1 ). Fis-snin reċenti, l-UE għamlet użu dejjem akbar mill-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji pprovduti lill-Grupp tal-BEI biex ikopru parti mill-attivitajiet finanzjarji tiegħu. Mill-2015 ’il hawn, iż-żieda l-aktar notevoli saret permezz tal-FEIS. B’kollox, sa tmiem l-2018, il-Grupp tal-BEI kien iffirma operazzjonijiet finanzjarji appoġġati mill-FEIS b’valur totali ta’ EUR 53,6 biljun (2017: EUR 36,7 biljun). Fl-2019, aħna ppubblikajna rapport speċjali dwar l-operat tal-FEIS, li jippreżenta l-azzjonijiet li aħna nqisu li huma meħtieġa biex il-FEIS ikun suċċess totali (35). Barra minn hekk, preċedentement aħna rrappurtajna dwar il-mod kif il-Grupp tal-BEI jimmaniġġja fondi oħra tal-UE (36).

    2.35.

    Il- Kaxxa 2.9 turi l-impenji u l-pagamenti li saru mill-UE favur il-Grupp tal-BEI kull sena mill-2007 ’l hawn, b’mod partikolari għat-tariffi għal servizzi ta’ konsulenza u għall-ġestjoni tal-fondi tal-UE, kif ukoll għat-trasferimenti relatati ma’ strumenti finanzjarji. L-ammonti jinkludu l-infiq mill-partijiet kollha tal-baġit, għajr l-Intestatura 5 “Amministrazzjoni” tal-QFP. Il-biċċa l-kbira mill-infiq huwa mill-Intestatura 1 “Tkabbir intelliġenti u inklużiv” u l-Intestatura 4 “Ewropa Globali” tal-QFP. Matul il-perjodu 2007–2018, ammont totali ta’ EUR 14,7 biljun ġie impenjat mill-baġit tal-UE favur il-Grupp tal-BEI, filwaqt li b’kollox tħallas l-ammont ta’ EUR 12,3 biljun (37). Il-grafika tindika xejra solida fuq terminu twil f’dak li jirrigwarda l-pagamenti favur il-Grupp tal-BEI b’varjazzjonijiet minn sena għal sena (38).

    Kaxxa 2.9

    Impenji u pagamenti annwali favur il-Grupp tal-BEI

    Image 20

    Sors:

    Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni.

    2.36.

    Il- Kaxxa 2.10 turi l-impenji u l-pagamenti li saru mill-baġit tal-UE mill-2007 ’l hawn, għall-proviżjonament annwali tal-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni u l-Fond ta’ Garanzija tal-FEIS (39). Matul l-istess perjodu, l-impenji għall-proviżjonament taż-żewġ fondi ta’ garanzija ammontaw għal EUR 9,8 biljun u l-pagamenti ammontaw għal EUR 7,1 biljun, li l-biċċa l-kbira minnhom ġejjin mill-perjodu 2015–2018.

    Kaxxa 2.10

    Impenji u pagamenti annwali favur żewġ fondi ta’ garanzija

    Image 21

    Sors:

    Il-QEA, ibbażat fuq data tal-Kummissjoni.

    2.37.

    Iż-żewġ grafiki juru l-importanza dejjem tiżdied li l-Grupp tal-BEI kiseb matul iż-żmien bħala sieħeb fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Iż-żieda l-aktar sinifikanti tirriżulta mill-proviżjonament tal-Fond ta’ Garanzija tal-FEIS.

    2.38.

    Ir-relazzjonijiet bejn il-baġit tal-UE u l-Grupp tal-BEI huma kumplessi u sinifikanti, minkejja li dan l-aħħar ma jagħmilx parti mill-baġit. L-appoġġ mill-baġit tal-UE huwa pprovdut minn diversi linji baġitarji u b’ħafna modi differenti, inklużi għotjiet diretti, garanziji baġitarji tal-UE appoġġati minn fondi ta’ garanzija u finanzjament mill-UE assenjat lill-Grupp tal-BEI permezz tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kemm taħt ġestjoni kondiviża kif ukoll taħt ġestjoni indiretta. Il-Grupp tal-BEI jimmaniġġja wkoll għadd kbir ta’ strumenti finanzjarji għall-UE, li jappoġġaw diversi politiki tal-UE (ara l- Anness 2.2 ). Il-BEI infurmana li, fl-2018, kważi 35 % tal-volum annwali tiegħu ta’ self kien ġej minn operazzjonijiet taħt mandat, li ħafna minnhom jirrigwardaw l-UE.

    2.39.

    Kien biss fi stadju avvanzat ħafna tal-awditu li l-BEI ddivulga magħna l-volum finanzjarju tal-mandati tal-UE li hemm taħt il-ġestjoni tiegħu, kemm dawk iffinanzjati mill-baġit tal-UE kif ukoll dawk iffinanzjati mill-FEŻ, u b’hekk aħna ma stajniex inwettqu analiżi u verifikazzjoni solidi tal-informazzjoni pprovduta. Fil- Kaxxa 2.11 , aħna nimmappjaw il-komponenti prinċipali tar-relazzjoni finanzjarja bejn il-baġit tal-UE u l-FEŻ, min-naħa l-waħda, u l-Grupp tal-BEI min-naħa l-oħra. Il-grafika turi l-ġestjoni u l-fluss ta’ fondi bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Grupp tal-BEI.

    Kaxxa 2.11

    Ġestjoni u fluss ta’ fondi bejn l-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Grupp tal-BEI

    Image 22

    Sors:

    Il-QEA.

    2.40.

    Ibbażat fuq ftehim proviżorju u parzjali li ntlaħaq bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill f’April 2019, il-Grupp tal-BEI mistenni jkollu rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE matul il-QFP li jmiss permezz tal-programm InvestEU, li jibni fuq l-esperjenza tal-FEIS (ara l- Kaxxa 2.12 ).

    Kaxxa 2.12

    Programm InvestEU

    Il-programm InvestEU huwa magħmul mill-Fond InvestEU, iċ-Ċentru ta’ Konsulenza InvestEU u l-Portal InvestEU. Huwa intenzjonat li jappoġġa l-kompetittività, it-tkabbir u l-impjiegi permezz ta’ investiment u innovazzjoni fl-UE.

    Il-Kummissjoni pproponiet li l-programm InvestEU jiġi stabbilit fuq il-bażi tal-mudell ta’ garanzija baġitarja tal-FEIS. Il-programm għandu l-għan li jiskatta EUR 650 biljun f’investiment addizzjonali billi jipprovdi garanzija ta’ EUR 38 biljun mill-baġit tal-UE. Ir-rata ta’ proviżjonament tal-garanzija hija mistennija li tkun ta’ 40 %, li jfisser li l-programm se jwarrab EUR 15,2 biljun mill-baġit tal-UE biex ikopru kwalunkwe talba għal pagament ta’ garanzija.

    Is-sieħeb prinċipali tal-UE inkarigat mill-implimentazzjoni se jkun il-Grupp tal-BEI.

    Sors:

    Il-proposta tal-Kummissjoni COM(2018) 439

    2.41.

    Il-Grupp tal-BEI mhuwiex istituzzjoni tal-UE, iżda minkejja dan huwa jagħmel parti integrali mill-arkitettura tal-UE u ġie stabbilit taħt it-trattati tal-UE biex jaqdi l-objettivi tal-UE. Madankollu, biex jittieħed kont tan-natura speċjali tiegħu, huwa għandu arranġamenti ta’ ġestjoni u ta’ governanza li huma differenti minn dawk applikabbli għall-bqija tal-baġit tal-UE. Attwalment, l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI li mhumiex iffinanzjati mill-baġit tal-UE, iżda li jaqdu l-istess objettivi tal-UE, ma jaqgħux taħt il-mandat tal-awditjar tagħna. Dan ifisser li l-QEA ma tistax tipprovdi stampa sħiħa tal-operazzjonijiet kollha tal-Grupp tal-BEI. Fid-dokument informattiv u analitiku tagħna dwar il-futur tal-finanzi tal-UE (Frar 2018), aħna pproponejna li jkun tajjeb li niġu mistiedna wkoll biex nawditjaw l-operazzjonijiet tal-BEI li mhumiex relatati mal-baġit tal-UE. Dan ma jkunx jipprevieni lill-BEI milli jżomm l-arranġamenti tal-awditjar li huwa attwalment għandu ma’ ditti privati tal-awditjar għall-kontroll tal-affidabbiltà tal-kontijiet. Il-Parlament Ewropew appoġġa l-proposta tagħna fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Rapport Annwali dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2017 (40).

    Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

    Konklużjonijiet

    2.42.

    Ibbażat fuq l-osservazzjonijiet tagħna, hawn taħt aħna niġbdu l-attenzjoni għall-problemi prinċipali li affettwaw il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja tal-UE fl-2018, li xi wħud minnhom jistgħu jirrappreżentaw riskji għall-baġits futuri, b’mod partikolari fl-ewwel snin tal-QFP li jmiss.

    2.43.

    L-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament disponibbli fil-baġit finali kienu kważi ntużaw kompletament (ara l-paragrafi 2.4–2.7).

    2.44.

    Id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-Fondi SIE affettwa l-implimentazzjoni tal-QFP b’diversi modi u jista’ jaffettwa wkoll il-QFP li jmiss:

    Ammonti sostanzjali ta’ prefinanzjament annwali ntraddu lura lill-baġit tal-UE (ara l-paragrafi 2.8–2.11).

    Ammont sinifikanti tal-MGP ma kienx meħtieġ, iżda ma jistax jiġi ttrasferit għall-QFP li jmiss (ara l-paragrafi 2.12–2.16).

    Il-livell għoli ta’ impenji pendenti huwa prinċipalment dovut għall-implimentazzjoni bil-mod tal-Fondi SIE, iżda wkoll għad-differenza annwali bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament, u għaż-żieda fid-daqs tal-baġit tal-UE. L-impenji pendenti baqgħu jiżdiedu fl-2018 (ara l-paragrafi 2.17–2.18).

    Hemm ir-riskju li l-approprjazzjonijiet ta’ pagament għall-ewwel snin tal-QFP il-ġdid ma jkunux suffiċjenti (ara l-paragrafi 2.19–2.21).

    2.45.

    B’mod ġenerali, l-assorbiment tal-Fondi SIE mill-Istati Membri kien aktar baxx minn dak tas-sena korrispondenti tal-QFP preċedenti (ara l-paragrafi 2.22–2.24).

    2.46.

    Il-garanziji appoġġati mill-baġit tal-UE żdiedu fis-snin reċenti. Dan iżid l-esponiment tal-baġit tal-UE għal riskji. Il-livell tat-telf mistenni mill-Kummissjoni huwa kopert minn fondi ta’ garanzija, li fil-QFP il-ġdid se jinġabru flimkien f’fond ta’ proviżjonament komuni (ara l-paragrafi 2.25–2.32).

    2.47.

    Il-Grupp tal-BEI huwa parti integrali mill-arkitettura tal-UE. Fis-snin reċenti, l-UE għamlet użu dejjem akbar mill-istrumenti finanzjarji u l-garanziji baġitarji pprovduti lill-Grupp tal-BEI. Huwa mistenni wkoll li jkollu rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-politika tal-UE fil-QFP li jmiss. Il-Grupp tal-BEI għandu relazzjoni kumplessa mal-baġit tal-UE, u għandu arranġamenti tal-obbligu ta’ rendikont li huma differenti minn dawk tal-istituzzjonijiet tal-UE. Attwalment, l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI li mhumiex iffinanzjati mill-baġit tal-UE, iżda li jaqdu l-istess objettivi tal-UE, ma jaqgħux taħt il-mandat tal-awditjar tagħna. Dan ifisser li l-QEA ma tistax tipprovdi stampa sħiħa tar-rabtiet bejn l-operazzjonijiet tal-Grupp tal-BEI u l-baġit tal-UE. Għalhekk, aħna nżommu l-proposta tagħna li jkun tajjeb li niġu mistiedna biex nawditjaw l-operazzjonijiet tal-BEI li mhumiex relatati mal-baġit tal-UE (ara l-paragrafi 2.33–2.41).

    Rakkomandazzjonijiet

    2.48.

    Aħna nirrakkommandaw li l-Kummissjoni

    Rakkomandazzjoni 2.1

    Tieħu miżuri biex tiġi evitata pressjoni żejda fuq il-livell ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament fl-ewwel snin tal-QFP 2021–2027. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu:

    (a)

    it-titjib fil-preċiżjoni tal-previżjonijiet tal-ħtiġijiet ta’ pagament;

    (b)

    l-istedina lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex:

    (i)

    jipprevedu bilanċ ordnat bejn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament ibbaġittjati għall-QFP li jmiss. Dan jista’ jinkiseb billi jiżdiedu l-approprjazzjonijiet ta’ pagament, jinbidlu r-regoli ta’ diżimpenn u/jew billi jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet ta’ impenn;

    (ii)

    meta jagħmlu dan, jieħdu inkunsiderazzjoni l-possibbiltà li jista’ jkun hemm ammont kbir ta’ klejms għall-pagamenti fl-2021 u fl-2022, kif ukoll il-fatt li l-approprjazzjonijiet ta' pagament mhux użati ma jistgħux jiġu ttrasferiti għall-QFP li jmiss;

    (c)

    l-iffaċilitar tal-adozzjoni f’waqtha ta’ oqfsa legali u l-promozzjoni ta’ ppjanar bikri tal-programmi min-naħa tal-Istati Membri.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: sal-bidu tal-perjodu ta’ wara l-2020.

    Rakkomandazzjoni 2.2

    Tiżgura li, hekk kif jiġi stabbilit il-fond ta’ proviżjonament komuni, jitwettqu ġestjoni effettiva u monitoraġġ aġġornat tal-esponiment tal-baġit tal-UE għall-garanziji relatati. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li l-Kummissjoni tibbaża l-kalkolu tagħha tar-rata ta’ proviżjonament effettiva fuq metodoloġija prudenti li tkun ibbażata fuq prassi tajba rikonoxxuta.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: sal-bidu tal-perjodu ta’ wara l-2020.

    Rakkomandazzjoni 2.3

    Kull sena tippreżenta lill-awtorità baġitarja l-ammont kumplessiv u r-ripartizzjoni tal-fondi li jkunu ġew ittrasferiti mill-baġit tal-UE favur strumenti finanzjarji mmaniġġjati mill-Grupp tal-BEI.

    Dan ikun jipprovdi lill-awtorità baġitarja b’informazzjoni rilevanti li tappoġġa ix-xogħol tagħha rigward l-iskrutinju tal-Grupp tal-BEI u l-operazzjonijiet tiegħu, filwaqt li tiżdied ukoll it-trasparenza ta’ dawn l-operazzjonijiet.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa nofs l-2020.


    (1)  Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027–COM(2018) 322 final.

    (2)  Dokument informattiv u analitiku: The Commission’s proposal for the 2021–2027 Multiannual Financial Framework (Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027), Lulju 2018.

    (3)  Id-dokument intitolat: Draft Agreement on the withdrawal of the United Kingdom of Great Britain and Northern Ireland from the European Union and the European Atomic Energy Community (Abbozz ta’ Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika) (ĠU C 66 I, 19.2.2019, p. 1).

    (4)  Il-baġit finali huwa magħmul mill-baġit inizjali u mill-baġits emendatorji sussegwenti adottati mill-awtorità baġitarja.

    (5)  It-total tal-pagamenti fl-2018 ammonta għal EUR 156,7 biljun, u kien magħmul minn pagamenti mill-baġit finali tal-2018 ta’ EUR 142,7 biljun, minn riporti ta’ EUR 1,9 biljun u minn dħul assenjat ta’ EUR 12,1 biljun. Aħna neskludu r-riporti u d-dħul assenjat minħabba li dawn ma jiffurmawx parti mill-baġit adottat u jsegwu regoli differenti. Għal aktar informazzjoni, ara l-parti A4-A5 tar-“Report on budgetary and financial management of the European Commission — for the financial year 2018” (Rapport tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja — għas-sena finanzjarja 2018).

    (6)  Il-Fondi SIE huma magħmula mill-Fondi ta’ Koeżjoni tal-QFP preċedenti, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS).

    (7)  Ibbażat fuq ċifri pprovduti mill-Kummissjoni tal-allokazzjoni lill-Istati Membri ta’ EUR 464,9 biljun taħt il-programmi tal-Fondi SIE u ta’ EUR 1 087,2 biljun f’approprjazzjonijiet ta' impenn taħt il-QFP 2014–2020, kif aġġustati permezz tal-aġġustament tekniku għall-2018–COM(2017) 473.

    (8)  L-akbar wieħed kien il-baġit emendatorju Nru 3, li pprovda EUR 500 miljun favur il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija bħala parti mit-“tieni segment” tal-baġit ta’ EUR 3 biljun għall-Faċilità matul il-perjodu 2018–2019, kif maqbul mid-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta’ Marzu 2016.

    (9)  Ara l-paragrafi 2.5–2.16 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna, u r-risposti korrispondenti tal-Kummissjoni.

    (10)  Għall-FAEŻR, il-prefinanzjament jitħallas biss fl-ewwel tliet snin tal-perjodu 2014–2020 (f’konformità mal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013).

    (11)  Ara l-paragrafi 1.51–1.53 tar-Rapport Annwali 2012 tagħna.

    (12)  Mill-ammont ta’ EUR 11,4 biljun disponibbli f’approprjazzjonijiet ta’ pagament mill-2018 li ma ntużawx, kien biss marġni żgħir tal-MGP ta’ EUR 219-il miljun (EUR 183 miljun fi prezzijiet tal-2011) li ġie riportat għall-2020. Ara d-dokument COM(2019)310, p. 7.

    (13)  Il-limitu massimu tal-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2019 huwa ta’ EUR 166,7 biljun u jinkludi l-MGP. Anki jekk l-MGP ta’ EUR 12,9 biljun jitnaqqas, il-limitu massimu xorta waħda se jkun ogħla mill-EUR 148,2 biljun f’approprjazzjonijiet ta' pagament fil-baġit ivvotat għall-2019.

    (14)  Ara l-abbozz ta’ baġit għall-2020: COM(2019) 400.

    (15)  COM(2018) 687 final — Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Previżjoni fuq terminu twil ta’ flussi ta’ dħul u flussi ta’ ħruġ futuri tal-baġit tal-UE (2019–2023).

    (16)  Ippubblikata f’April 2019.

    (17)  Ara n-Nota 15 f’qiegħ il-paġna.

    (18)  Dan kien ikkonfermat mill-baġit ivvotat għall-2019, li kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 148,2 biljun — EUR 18,5 biljun taħt il-limitu massimu ta’ EUR 166,7 biljun.

    (19)  L-Intestatura 1b — Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: EUR 48,5 biljun u l-Intestatura 2 — Tkabbir sostenibbli: Riżorsi Naturali: EUR 15,2 biljun.

    (20)  Ara r-Rapport Annwali 2017 tagħna, il-paragrafi 2.13–2.19.

    (21)  Dawn il-garanziji huma appoġġati mill-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni, li jipprovdi riżervi ta’ likwidità kontra telf potenzjali. Dan il-fond irid jinżamm f’livell ta’ 9 % tas-self garantit pendenti fi tmiem is-sena. Meta jsiru talbiet għal pagament ta’ garanziji, il-pagamenti jsiru mill-fond ta’ garanzija.

    (22)  Ara l-paragrafi 2.42–2.45 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna u n-Noti 4.1.1–4.1.3 tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018.

    (23)  Il-baġit tal-UE jappoġġa diversi obbligazzjonijiet: obbligazzjonijiet reali fil-karta tal-bilanċ, obbligazzjonijiet baġitarji bħal impenji pendenti u obbligazzjonijiet kontinġenti, li prinċipalment huma garanziji.

    (24)  Ir-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 34).

    (25)  L-iżborżamenti jirrappreżentaw l-ammonti li jiġu pprovduti lill-benefiċjarji finali appoġġati mill-garanziji.

    (26)  SWD(2016) 297 final — Id-Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni intitolat: Evaluation (Evalwazzjoni), li jakkumpanja l-proposta tal-Kummissjoni COM(2016) 597 final.

    (27)  Ir-rapport l-aktar reċenti huwa COM(2018) 609 final — Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar garanziji koperti mill-baġit ġenerali — Is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2017.

    (28)  Ara n-Nota 2.4.1 tar-rapporti finanzjarji konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2018.

    (29)  COM(2018) 325 — Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar is-sistema ta’ Riżorsi Proprji tal-Unjoni Ewropea.

    (30)  Din ir-rata tintuża biex jiġi ddeterminat l-ammont ta’ flus u ta’ ekwivalenti ta’ flus meħtieġa fil-fond ta’ proviżjonament komuni biex jiġu onorati t-talbiet għal pagament ta’ garanzija.

    (31)  L-Artikolu 213 tar-Regolament Finanzjarju (ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046).

    (32)  L-Opinjoni Nru 1/2017 dwar il-proposta għal reviżjoni tar-“Regolament Finanzjarju”.

    (33)  Il-Grupp tal-BEI huwa magħmul mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), il-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI) u l-Pjattaforma tal-UE għall-Mikrofinanzi.

    (34)  Ir-Rapport Finanzjarju tal-Grupp tal-BEI 2018, p. 44.

    (35)  Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2019 — “Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi: Jeħtieġ li tittieħed azzjoni biex il-FEIS ikun suċċess totali”.

    (36)  Pereżempju, ara r-Rapport Speċjali Nru 19/2016, “L-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta’ strumenti finanzjarji — tagħlimiet li għandhom jinsiltu mill-perjodu tal-programm 2007–2013” u r-Rapport Speċjali Nru 1/2018 “Assistenza Konġunta ta' Appoġġ għal Proġetti fir-Reġjuni Ewropej (JASPERS) — wasal iż-żmien biex l-assistenza tiġi mmirata aħjar”.

    (37)  Dawn l-ammonti jinkludu l-impenji u l-pagamenti li saru mill-baġit tal-UE u mill-FEŻ.

    (38)  L-ogħla livell li ntlaħaq fl-2008 jikkoinċidi mal-bidu tal-10 FEŻ. L-ammont għoli fl-2008 huwa dovut għall-mod kif l-impenji taħt il-FEŻ jiġu kontabilizzati — l-impenji kollha għall-perjodu ta' programmazzjoni kollu jsiru fil-bidu tal-perjodu ta’ seba’ snin. Fil-każ tal-baġit tal-UE, l-impenji jiġu kontabilizzati kull sena.

    (39)  Il-Fond ta’ Garanzija tal-FEIS huwa mmaniġġjat mill-Kumissjoni, filwaqt li l-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjonijiet Esterni huwa mmaniġġjat mill-BEI.

    (40)  Ara l-paragrafu 72 tad-dokument P8_TA-PROV (2019)0036 — Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2019 dwar ir-Rapport Annwali 2017 dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-BEI għall-2017 (2018/2151(INI)).

    ANNESS 2.1

    MANDATI MOGĦTIJA LILL-BEI MILL-UE — KATEGORIJI PRINĊIPALI

    Il-BEI infurmana li huma jikklassifikaw il-mandati mogħtija mill-UE f’sitt kategoriji prinċipali bbażati fuq l-istruttura, it-tfassil u l-implimentazzjoni sottostanti tal-fondi tas-sħab.

    Kategoriji ta’ mandati

    Eżempji

    Il-Mandat ta’ Kondiviżjoni tar-Riskju — il-fondi tas-sħab jiġu mmobilizzati biex jipprovdu protezzjoni tal-ewwel biċċa telf għall-operazzjonijiet eliġibbli. Dan il-mandat huwa bbażat fuq mekkaniżmu għall-kondiviżjoni tar-riskji assoċjati mat-tranżazzjonijiet ta’ bażi fil-portafoll (jew fis-subportafoll) ta’ self, li jkunu bbażati fuq kundizzjonijiet predefiniti ta’ kondiviżjoni tar-riskju u f’konformità mal-objettivi ta’ mobilizzazzjoni stabbiliti għall-kontribuzzjoni mogħtija mill-BEI u mis-sħab tiegħu.

    Innovfin — Finanzjament tal-UE għall-Innovaturi huwa programm taħt Orizzont 2020, il-programm tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jinkludi għodod ta’ finanzjament li jkopru firxa wiesgħa ta’ self, ta’ garanziji u ta’ finanzjament fil-forma ta’ ishma azzjonarji.

    FEIS — Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi huwa inizjattiva li tniedet b’mod konġunt mill-Grupp tal-BEI u mill-Kummissjoni, bl-għan li tikkontribwixxi sabiex tingħeleb id-diskrepanza fl-investiment li attwalment teżisti fl-UE.

    Il-Mandati ta’ Garanzija tal-Portafoll — is-sieħeb jipprovdi garanzija li tkopri proporzjon predefinita tal-esponiment tal-BEI, fi ħdan il-limitu totali massimu.

    Il-Mandat ta’ Self Estern (ELM) huwa l-qafas legali għall-għoti ta’ garanzija tal-UE lill-BEI biex jagħmel tajjeb għat-telf li jirriżulta minn self u minn garanziji għal self favur proġetti barra mit-territorju tal-UE.

    Il-Mandati ta’ Fondi relatati ma’ Investiment Dirett minn Partijiet Terzi — il-BEI jinvesti direttament fil-fondi tas-sħab.

    Faċilità ta’ Investiment ta’ Cotonou — Il-Ftehim ta’ Cotonou huwa ftehim bejn l-UE u l-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku. Il-BEI ġie fdat bil-ġestjoni tal-Faċilità ta’ Investiment stabbilita fi ħdan il-Ftehim ta’ Cotonou.

    Il-Mandati ta’ Finanzjament ikkombinat — il-BEI jitlob aċċess għal finanzjament estern li jingħata permezz ta’ għotjiet fuq bażi ta’ każ b’każ. Dan il-mandat huwa bbażat fuq kombinament ta’ self u ta’ strumenti finanzjarji oħra b’termini u karatteristiċi finanzjarji differenti (bħal għotjiet, self u garanziji).

    AIP — Il-Pjattaforma ta' Investiment għall-Afrika hija mekkaniżmu finanzjarju li jikkombina għotjiet ma’ riżorsi oħra bħal self minn Istituzzjonijiet tal-Finanzi għall-Iżvilupp sabiex jimmobilizza finanzjament addizzjonali għall-iżvilupp u jżid l-impatt tal-għajnuna mill-UE.

    NIP — Il-Pjattaforma ta’ Investiment tal-Viċinat hija mekkaniżmu mmirat għall-mobilizzazzjoni ta’ finanzjament addizzjonali biex jiġu ffinanzjati proġetti ta' infrastruttura bl-ogħla intensità ta' kapital f’pajjiżi sħab tal-UE koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat.

    Il- Fondi Fiduċjarji — il-fondi tad-donaturi jinġabru flimkien f’fond fiduċjarju mmaniġġjat mill-BEI; dawn il-fondi huma disponibbli jew biex jiġu użati esklussivament mill-BEI jew inkella għall-istituzzjonijiet finanzjarji eliġibbli kollha.

    EPTATF — Il-Fond Fiduċjarju għall-Assistenza Teknika tas-Sħubija tal-Lvant huwa fond fiduċjarju multidonatur u multisettorjali.

    ERIF — Il-Fond għall-Inizjattiva ta’ Reżiljenza għandu l-għan li jappoġġa l-kapaċità ta’ ekonomiji fil-Viċinat tan-Nofsinhar u fil-Balkani tal-Punent, b’segwitu għal appell mill-Kunsill Ewropew.

    Il-Mandati ta’ Strument ta’ Garanzija — il-BEI jidħol għall-impenn li jagħmel pagament jekk il-kundizzjonijiet speċifikati fil-garanzija jkunu seħħew.

    PF4EE — Il-Finanzjament Privat għall-Effiċjenza fl-Enerġija huwa ftehim konġunt bejn il-BEI u l-Kummissjoni, li jiġi ffinanzjat mill-programm LIFE u jipprovdi protezzjoni tar-riskju tal-kreditu lill-intermedjarji finanzjarji li jikkofinanzjaw proġetti ta’ effiċjenza fl-enerġija flimkien mal-BEI.

    ANNESS 2.2

    STRUMENTI FINANZJARJI TAL-UE LI HUMA MMANIĠĠJATI MILL-GRUPP TAL-BEI

     

    Strumenti finanzjarji — is-sitwazzjoni fil-31 ta’ Diċembru 2018.

    Immaniġġjati mill-

    1

    Setturi Kulturali u Kreattivi — Faċilità ta’ Garanzija

    FEI

    2

    Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self lill-Istudenti, Erasmus +

    FEI

    3

    Faċilità ta’ Garanzija tal-Intrapriżi żgħar u medji (SMEs) taħt il-Programm Kwadru għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (CIP)

    FEI

    4

    Faċilità ta’ Ekwità tal-Programm multiannwali għall-intrapriża u l-intraprenditorija (MAP) (ETFSU 2001)

    FEI

    5

    Bini tal-Kapaċitajiet għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali

    FEI

    6

    Faċilità għall-SMEs Innovattivi u b’Rata Għolja ta’ Tkabbir taħt is-CIP

    FEI

    7

    Proġetti Pilota għat-Trasferiment tat-Teknoloġija

    FEI

    8

    Garanziji għall-Mikrofinanzjament u l-Intraprenditorija Soċjali, u t-Tieqa għall-Bini tal-Kapaċitajiet għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali

    FEI

    9

    Fond Ewropew ta’ Mikrofinanzjament għall-Progress

    FEI

    10

    Faċilità Ewropea ta’ Garanzija ta’ Mikrofinanzjament għall-Progress

    FEI

    11

    Faċilità ta’ Garanzija ta’ Self taħt il-programm tal-UE għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME)

    FEI

    12

    Faċilità ta’ Ekwità għat-Tkabbir taħt COSME

    FEI

    13

    Faċilità ta’ Garanzija I taħt il-Faċilità ta’ Żvilupp u Innovazzjoni tal-Intrapriżi tal-Balkani tal-Punent (WB EDIF)

    FEI

    14

    Faċilità ta’ Garanzija II taħt il-WB EDIF

    FEI

    15

    Faċilità ta’ Garanzija II taħt il-WB EDIF — Tieqa għas-Serbja

    FEI

    16

    Faċilità ta’ Garanzija taħt il-WB EDIF — Impjieg taż-Żgħażagħ

    FEI

    17

    Inizjattiva tal-UE għall-SMEs

    FEI

    18

    Orizzont 2020 FEI — Faċilità tal-Ekwità ta’ InnovFin għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (R&I)

    FEI

    19

    Faċilità Finanzjarja bil-Qsim tar-Riskju taħt il-Programm Kwadru 7

    FEI/BEI

    20

    Orizzont 2020 — Finanzjament tal-UE għall-Innovaturi (InnovFin) Faċilità ta’ Garanzija għall-SMEs

    FEI/BEI

    21

    Orizzont 2020 — Faċilità tas-Servizzi ta’ Self ta’ InnovFin għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

    BEI

    22

    Strumenti ta’ Finanzjament Privat għall-Effiċjenza fl-Enerġija (PF4EE)

    BEI

    23

    Strument ta’ Dejn għall-Kondiviżjoni tar-Riskji taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

    BEI

    24

    Faċilità ta' Finanzjament tal-Kapital Naturali (NCFF)

    BEI

    25

    Pjattaforma ta’ Investiment tal-Viċinat (NIP) — Żona ta’ Kummerċ Ħieles Profonda u Komprensiva tal-UE

    BEI

    26

    Faċilità tal-Kapital ta’ Riskju għall-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar (iffinanzjata taħt in-NIP)

    BEI

    27

    Programm tal-EU għall-Kummerċ u l-Kompetittività fil-Marokk, it-Tuneżija, l-Eġittu u l-Ġordan (iffinanzjat taħt in-NIP)

    BEI

    28

    Pjattaforma ta’ Investiment għall-Afrika (AIP)

    BEI

    29

    Faċilità ta’ Investiment għall-Asja Ċentrali (IFCA)

    BEI

    30

    Faċilità ta’ Investiment għall-Asja (AIF)

    BEI

    31

    Faċilità ta’ Investiment għall-Amerka Latina (FIAL)

    BEI

    32

    Faċilità ta’ Investiment għall-Karibew (CIF)

    BEI

    33

    Faċilità ta’ investiment għall-Paċifiku (IFP)

    BEI


    KAPITOLU 3

    Kisba ta’ riżultati mill-baġit tal-UE

    WERREJ

    Introduzzjoni 3.1
    Parti 1 — X’jgħidulna l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE? 3.2–3.35
    Taqsima A — L-indikaturi juru varjazzjoni sinifikanti fil-kisbiet u jissuġġerixxu progress globali moderat 3.7–3.20
    Intestatura 1a: L-indikaturi juru li l-progress li nkiseb minn Erasmus+ u l-FEIS kien tajjeb filwaqt li l-progress kien moderat għal Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa 3.13
    Intestatura 1b: L-indikaturi juru li fil-qasam tal-Koeżjoni l-progress kien relattivament baxx, minħabba bidu tardiv tal-programm 3.14
    Intestatura 2: Fuq il-bażi tal-indikaturi, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat il-progress għall-biċċa l-kbira mill-infiq fil-qasam tar-“Riżorsi Naturali” 3.15
    Intestatura 3: L-indikaturi għal “Sigurtà u ċittadinanza” juru li żewġ programmi kisbu progress tajjeb, wieħed kiseb progress moderat u ieħor waqa’ lura 3.16–3.17
    Intestatura 4: L-indikaturi juru progress kumplessivament raġonevoli għall-programmi “Ewropa Globali” 3.18–3.19
    Strumenti speċjali: Informazzjoni insuffiċjenti dwar il-progress li nkiseb 3.20
    Taqsima B — L-indikaturi mhux dejjem ipprovdew stampa tajba tal-progress reali 3.21–3.35
    Ħafna indikaturi ma ntgħażlux b’mod tajjeb 3.22–3.27
    Għal ħafna indikaturi ma kienx possibbli li jiġi kkalkulat il-progress 3.28–3.30
    Għal xi wħud mill-programmi, id-data disponibbli kienet ta’ kwalità insuffiċjenti 3.31–3.33
    Xi programmi jinkludu miri li mhumiex ambizzjużi biżżejjed 3.34–3.35
    Parti 2 — Riżultati tal-awditi tal-prestazzjoni mwettqa mill-Qorti: konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet prinċipali 3.36–3.71
    Introduzzjoni 3.36
    Intestaturi 1a “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” u 1b “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” 3.37–3.49
    Intestatura 2 “Riżorsi naturali” 3.50–3.52
    Intestatura 3 “Sigurtà u ċittadinanza” u Intestatura 4 “Ewropa Globali” 3.53–3.61
    Intestatura 5 “Amministrazzjoni” 3.62–3.64
    Rapporti dwar il-“Funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku u sostenibbiltà tal-Unjoni Monetarja” 3.65–3.71
    Parti 3 — Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet 3.72–3.78
    Aħna analizzajna l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha li ġew indirizzati lill-Kummissjoni fl-2015 3.73–3.74
    Il-Kummissjoni kif indirizzat ir-rakkomandazzjonijiet tagħna? 3.75–3.78
    Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 3.79–3.85
    Konklużjonijiet 3.79–3.83
    Rakkomandazzjonijiet 3.84–3.85

    Anness 3.1 —

    Lista ta’ programmi inklużi fil-kampjun tagħna

    Anness 3.2 —

    Rakkomandazzjonijiet li ġew indirizzati lill-Istati Membri fl-2018

    Anness 3.3 —

    Status dettaljat tar-rakkomandazzjonijiet li saru fl-2015, għal kull rapport

    Anness 3.4 —

    Titjib miksub u d-dgħufijiet li fadal fir-rigward tar-rakkomandazzjonijiet li ġew implimentati parzjalment, għal kull rapport

    Anness 3.5 —

    Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal kwistjonijiet relatati mal-qafas tal-prestazzjoni

    Introduzzjoni

    3.1.

    Kull sena, f’dan il-kapitolu, aħna nanalizzaw għadd ta’ aspetti relatati mal-prestazzjoni, jiġifieri r-riżultati miksuba mill-baġit tal-UE, li jiġi implimentat mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri (1). Din is-sena aħna ħarisna lejn:

    1.

    x’jgħidulna l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE;

    2.

    ir-riżultati prinċipali mir-rapporti speċjali dwar il-prestazzjoni li wettaqna fl-2018;

    3.

    u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-rapporti speċjali, li ppubblikajna fl-2015.

    Parti 1 — X’jgħidulna l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE?

    3.2.

    F’dawn l-aħħar sentejn, aħna eżaminajna l-approċċ tal-Kummissjoni fir-rigward tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni bi tqabbil mal-prattika tajba. Aħna vvalutajna wkoll jekk il-Kummissjoni kinitx użat b’mod adegwat l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. Din is-sena, aħna analizzajna l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ppubblikata mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, eżaminajna l-indikaturi tal-prestazzjoni:

    (i)

    fid-dikjarazzjonijiet tal-programm li jakkumpanjaw l-Abbozz ta’ Baġit 2019 (2),

    (ii)

    fil-Ħarsa Ġenerali lejn il-Prestazzjoni tal-Programmi għall-Baġit tal-UE għall-perjodu 2014-2020 (PPO), li nħarġet għall-ewwel darba f’Mejju 2018 (3).

    3.3.

    Il-PPO jiddedika żewġ paġni għal kull programm. Dan jinkludi sommarju ta’ nofs paġna, kemm dwar l-objettivi ġenerali u speċifiċi kif ukoll dwar il-progress li sar għal għażla ta’ indikaturi, madankollu, ir-raġunament għall-għażla ma jiġix spjegat tajjeb. Il-pubblikazzjoni tal-PPO hija pass importanti ’l quddiem u turi r-rieda tal-Kummissjoni li tipproduċi rapporti li jkunu aktar faċli għall-qarrej. Il-Kummissjoni indikat li l-PPO kienet silta mid-dikjarazzjonijiet tal-programmi mehmuża mal-Abbozz ta’ Baġit 2019. Hija tfasslet biex tippreżenta l-programmi ta’ nfiq kollha tal-UE (2014-2020) b’mod konċiż u uniformi; biex tispjega dwar xiex kien kull programm u kif dan kien intenzjonat li jkun ta’ benefiċċju għaċ-ċittadini tal-UE, biex tipprovdi informazzjoni dwar l-istatus ta’ implimentazzjoni; biex tippreżenta l-qafas tal-prestazzjoni tal-programm; u biex tiġbed l-attenzjoni għal kisbiet ewlenin reċenti.

    3.4.

    Id-dikjarazzjonijiet tal-programmi jieħdu l-forma ta’ dokument ta’ 557 paġna li mhuwiex daqshekk faċli biex jinqara. Huwa ma jinkludix ħarsa ġenerali ta’ kemm hija tajba l-prestazzjoni tas-60 programm fil-QFP 2014-2020.

    3.5.

    Għall-analiżi tagħna, aħna għażilna 22 mis-60 programm ta’ nfiq, fosthom l-4 programmi li kellhom l-ogħla nfiq ippjanat għal kull waħda mill-5 intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020, kif ukoll żewġ programmi għal strumenti speċjali. It-22 programm li ġew magħżula koprew 97 % tal-programmazzjoni finanzjarja għall-perjodu ta’ 7 snin (ara l- Anness 3.1 għal-lista tal-programmi).

    3.6.

    Fit-Taqsima A, aħna nippreżentaw fil-qosor u f’livell aggregat l-informazzjoni pprovduta mill-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE. Kwalunkwe interpretazzjoni ta’ din l-analiżi għandha tqis il-limitazzjonijiet tal-informazzjoni pprovduta mill-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE, li aħna niddeskrivu fit-Taqsima B.

    Taqsima A — L-indikaturi juru varjazzjoni sinifikanti fil-kisbiet u jissuġġerixxu progress globali moderat

    3.7.

    Il-kejl ta’ dak li nkiseb permezz tal-prijoritajiet, tal-politiki u tal-programmi tal-UE jippreżenta sfida. Jista’ jkun diffiċli li jiġi iżolat l-effett tal-baġit tal-UE minn dak tal-baġits nazzjonali u tal-fatturi esterni. Madankollu, huwa essenzjali li jsir monitoraġġ effettiv tal-prestazzjoni biex wieħed jifhem is-sitwazzjoni, jiġu identifikati l-kwistjonijiet emerġenti u jittieħdu deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza bil-għan li tiġi żgurata prestazzjoni xierqa.

    3.8.

    Aħna ffukajna l-analiżi tagħna fuq l-informazzjoni kwantitattiva pprovduta mill-indikaturi tal-prestazzjoni. Bħalma osservajna fir-Rapport Annwali 2016 (4), il-Kummissjoni ma tipprovdix informazzjoni dwar l-affidabbiltà tad-data sottostanti fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi.

    3.9.

    Aħna nipprovdu żewġ settijiet ta’ informazzjoni dwar il-prestazzjoni għal kull programm li eżaminajna:

    Il-progress lejn il-mira jiġi kkalkulat bi tqabbil mal-linja bażi (5) skont id-data disponibbli fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi. Din il-metodoloġija hija użata b’mod mifrux u hija faċli biex tiġi kkalkulata (6). Il-Kummissjoni rreferiet għal dan l-approċċ fil-“Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar”, u tat parir biex: “Is-sinifikat mistenni tal-impatt jiġi vvalutat f’termini tal-bidliet relattivi bi tqabbil mal-linja bażi” (7).

    Il-progress lejn il-mira jiġi kkalkulat bi tqabbil mal-valur żero, kif indikat fil-PPO maħruġ mill-Kummissjoni (8). Iċ-ċifri ppreżentati huma differenti minn dawk fl-ewwel inċiż ta’ hawn fuq, minħabba li huma bbażati fuq għażla ta’ indikaturi magħmula mill-Kummissjoni u li ġeneralment ġew ikkalkulati bħala r-riżultat reali l-aktar reċenti diviż bil-valur fil-mira mingħajr ma jittieħed kont tal-linja bażi. Huma kienu jinkludu wkoll previżjonijiet tal-perċentwal ta’ progress lejn il-mira li huma ferm ogħla għal żewġ programmi, il-Fond ta’ Koeżjoni (FK) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR). Dan jispjega l-biċċa l-kbira mid-differenza bejn il-kalkoli tagħna li jsiru fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi u dawk ibbażati fuq il-PPO f’livell kumplessiv.

    Il- Kaxxa 3.1 turi d-differenzi bejn dawn iż-żewġ metodi li jintużaw biex jiġi kkalkulat il-progress.

    Kaxxa 3.1

    Metodi differenti għall-kalkolu tal-progress

     

     

    Linja bażi

    Riżultat reali

    Mira

    Progress

    Perċentwal tal-progress

     

     

    Progress lejn il-mira kkalkulat bi tqabbil mil-linja bażi

    40

    70

    100

    30

    30/(100-40)=50 %

     

     

    Progress lejn il-mira kkalkulat bi tqabbil mal-valur żero

    40

    70

    100

    70

    70/100=70 %

     

    Sors:

    Il-QEA.

    3.10.

    Il-perċentwali tal-progress ikkalkulat bi tqabbil mal-linja bażi huma l-valuri medji tal-indikaturi kollha minn programm li għalihom id-data meħtieġa kienet disponibbli fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi. Aħna nqisu li dawn il-valuri medji għandhom jipprovdu indikazzjonijiet siewja dwar il-prestazzjoni tal-programm, jekk l-indikaturi kollha tal-programm ikunu tal-kwalità meħtieġa. Għall-PPO tal-Kummissjoni, aħna kkalkulajna l-progress medju għall-indikaturi magħżula. Ikkalkulajna wkoll il-medji ponderati għal kull intestatura tal-QFP abbażi tal-programmazzjoni finanzjarja 2014-2020 għaż-żewġ tipi ta’ indikaturi tal-progress. Aħna nosservaw li din l-informazzjoni jista’ jkollha limitazzjonijiet u li biex tingħata stampa sħiħa tal-prestazzjoni jkun tajjeb li din tiġi kkomplementata b’informazzjoni kwalitattiva.

    3.11.

    Id-disponibbiltà tal-informazzjoni dwar il-prestazzjoni kienet tvarja skont il-mod ta’ ġestjoni tal-programm. Għal programmi taħt ġestjoni diretta mill-Kummissjoni, id-data l-aktar reċenti disponibbli kienet ġeneralment minn tmiem l-2017. Għal programmi taħt ġestjoni kondiviża, id-data l-aktar reċenti li ġiet ipprovduta mill-Istati Membri kienet ġeneralment minn tmiem l-2016. Id-data għal programmi taħt ġestjoni indiretta kienet prinċipalment mill-2017 jew mill-2016, iżda f’xi każijiet din kienet tmur lura għall-2015 jew saħansitra aktar qabel. B’mod ġenerali, għall-kampjun tagħna, id-data l-aktar reċenti kienet mill-2016, fi 42 % mill-każijiet, filwaqt li fi 48 % mill-każijiet din kienet mill-2017.

    3.12.

    Filwaqt li l-progress mistenni tal-indikaturi tal-prestazzjoni, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, mhuwiex lineari, mill-2014 sal-2020, li kieku dan kien hekk, il-perċentwal tiegħu kien ikun ta’ 43 % fl-2016 u ta’ 57 % fl-2017 (9). B’mod ġenerali, id- data li tqiegħdet għad-dispożizzjoni mill-Kummissjoni turi varjazzjoni sinifikanti fil-kisbiet tal-programmi, bi progress globali moderat (ara l- Kaxxa 3.2 ).

    Kaxxa 3.2

    Kampjun totali ta’ 22 programm — Il-progress kif jintwera mill-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE

     

    Intestatura tal-QFP

    Għadd ta’ indikaturi

    Progress medju lejn il-mira kkalkulat permezz ta’ metodoloġiji differenti (ara l-paragrafu 3.9)

     

     

    Total

    Progress mil-linja bażi li jista’ jitkejjel

    fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi

    fuq il-bażi tal-PPO

     

     

    1A - Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

    147

    57

    46 %

    71 %

     

     

    1B - Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

    87

    60

    31 %

    40 %

     

     

    2 - Riżorsi naturali

    105

    54

    31 %

    51 %

     

     

    3 - Sigurtà u ċittadinanza

    74

    48

    49 %

    64 %

     

     

    4 - Ewropa Globali

    65

    49

    49 %

    68 %

     

     

    Strumenti Speċjali

    2

    1

    100 %

    100 %

     

     

    Total

    480

    269

     

     

     

    Nota:

    Minħabba n-nuqqas ta’ data, il-kalkoli tal-medja ponderata tal-progress lejn il-mira jeskludu l-FAEG u l-FSUE (għall-kalkolu mwettaq kemm fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi kif ukoll fuq il-bażi tal-PPO).

    Sors:

    Il-QEA.

    Intestatura 1a: L-indikaturi juru li l-progress li nkiseb minn Erasmus+ u l-FEIS kien tajjeb filwaqt li l-progress kien moderat għal Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

    3.13.

    Aħna analizzajna l-indikaturi ta’ 4 mit-23 programm tal-Intestatura 1 A “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjieg” tal-QFP (ara wkoll il-Kapitolu 5):

    Il-progress imkejjel għall-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Orizzont 2020) kien moderat, b’perċentwal ta’ 40 % (ara l- Kaxxa 3.3 ). Il-PPO tal-Kummissjoni ta messaġġ aktar pożittiv dwar il-progress li sar. Ibbażat fuq is-seba’ indikaturi magħżula mill-Kummissjoni fil-PPO tagħha, aħna kkalkulajna progress medju ta’ 73 % lejn l-ilħuq tal-mira.

    Minħabba n-nuqqas ta’ data għal 31 mill-44 indikatur, ma kienx possibbli li jitkejjel il-progress tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE). L-indikaturi l-oħra urew progress moderat ta’ 37 %. Iċ-ċifri tal-PPO jirrappreżentaw biss it-total tal-ftehimiet ta’ għotja, jiġifieri l-assorbiment tal-baġit aktar milli l-prestazzjoni.

    Il-PPO tal-Kummissjoni kklassifika l-progress għall-Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, Taħriġ, Żgħażagħ u Sport (Erasmus+) b’rata ta’ 100 %. Madankollu, dan il-kejl qabbel ir-riżultati reali mal-objettiv intermedju għall-2017 aktar milli mal-mira għall-2020. Il-progress ikkalkulat bi tqabbil mal-linja bażi ta’ 69 %, huwa bbażat fuq is-26 indikatur li għalihom jista’ jiġi kkalkulat dan il-perċentwal.

    Il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) għandu bħala mira li jimmobilizza EUR 500 biljun f’investimenti sal-2020. Iċ-ċifra reali għall-2017 kienet ta’ EUR 256,3 biljun. Il-PPO qabbel ir-riżultati mal-mira ta’ EUR 315 biljun għal nofs l-2018 li inizjalment kienet ġiet stabbilita għall-ewwel tliet snin tal-operat. L-għażla tal-PPO ta’ 6 indikaturi turi l-miri intermedji tal-2017 inkisbu 100 % (10).

    Kaxxa 3.3

    Intestatura 1a tal-QFP — Il-progress kif jintwera mill-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE

     

    Programm

    Għadd ta’ indikaturi

    Progress medju lejn il-mira kkalkulat permezz ta’ metodoloġiji differenti (ara l-paragrafu 3.9)

     

     

    Total

    Progress mil-linja bażi li jista’ jitkejjel

    fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi

    fuq il-bażi tal-PPO

     

     

    Orizzont 2020

    52

    13

    40 %

    73 %

     

     

    FNE

    44

    13

    37 %

    23 %

     

     

    Erasmus+

    38

    26

    69 %

    100 %

     

     

    FEIS

    13

    5

    82 %

    100 %

     

     

    Total

    147

    57

     

     

     

     

    Medja ponderata

     

     

    46 %

    71 %

     

    Sors:

    Il-QEA.

    Intestatura 1b: L-indikaturi juru li fil-qasam tal-Koeżjoni l-progress kien relattivament baxx, minħabba bidu tardiv tal-programm

    3.14.

    Filwaqt li l-kalkolu tal-perċentwal tal-progress bi tqabbil mal-linja bażi (31 %) kien pjuttost baxx, iċ-ċifra li kkalkulajna fuq il-bażi tal-PPO tal-Kummissjoni (40 %) uriet progress moderat għall-Intestatura 1B “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” tal-QFP meta ġiet inkluża previżjoni aktar milli data reali. Dawn ir-riżultati jiġu prinċipalment spjegati mill-adozzjoni tardiva tal-leġiżlazzjoni u mid-dewmien sussegwenti fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ Koeżjoni, jiġifieri l-FK, il-FEŻR u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE). Din l-intestatura tinkludi erba’ programmi (ara wkoll il-Kapitolu 6), li kienu kollha parti mill-kampjun tagħna:

    L-indikaturi għall-FK u għall-FEŻR urew ftit li xejn progress anke minħabba li ġew irrappurtati biss ir-riżultati għal operazzjonijiet li kienu ġew implimentati bis-sħiħ (11). Anke jekk jiġu inklużi l-previżjonijiet, li s-sors tagħhom mhuwiex spjegat, iċ-ċifra li kkalkulajna fuq il-bażi tal-PPO tal-Kummissjoni uriet biss progress moderat ta’ 35 % għall-FK u 34 % għall-FEŻR (ara l- Kaxxa 3.4 ).

    Għall-FSE, il-perċentwal ta’ 75 % tal-progress bi tqabbil mal-linja bażi seta’ jiġi kkalkulat biss fuq il-bażi ta’ 3 indikaturi minn 13-il wieħed. Iċ-ċifra li kkalkulajna fuq il-bażi tal-PPO tal-Kummissjoni (12) kienet aktar baxxa, b’perċentwal ta’ 55 %.

    Għall-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, aħna kkalkulajna progress moderat ta’ 39 % mil-linja bażi għall-“Għadd ta’ persuni li jirċievu assistenza mill-Fond” li huwa l-uniku indikatur relatat ma’ objettiv speċifiku. Il-perċentwal tagħna ta’ 50 % tal-progress globali kien ogħla, billi l-uniku indikatur relatat mal-objettiv ġenerali dwar “Persuni f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali” wera progress ta’ 61 %.

    Kaxxa 3.4

    Intestatura 1b tal-QFP — Il-progress kif jintwera mill-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE

     

    Programm

    Għadd ta’ indikaturi

    Progress medju lejn il-mira kkalkulat permezz ta’ metodoloġiji differenti (ara l-paragrafu 3.9)

     

     

    Total

    Progress mil-linja bażi li jista’ jitkejjel

    fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi

    fuq il-bażi tal-PPO

     

     

    FEŻR

    50

    42

    13 %

    34 %

     

     

    FSE

    13

    3

    75 %

    55 %

     

     

    FK

    22

    13

    26 %

    35 %

     

     

    Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn

    2

    2

    50 %

    100 %

     

     

    Total

    87

    60

     

     

     

     

    Medja ponderata

     

     

    31 %

    40 %

     

    Sors:

    Il-QEA.

    Intestatura 2: Fuq il-bażi tal-indikaturi, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat il-progress għall-biċċa l-kbira mill-infiq fil-qasam tar-“Riżorsi Naturali”

    3.15.

    Il-medja ponderata tal-progress għall-Intestatura 2 “Riżorsi Naturali”, fuq il-bażi tal-kampjun tagħna, kienet ta’ 31 % (ara l- Kaxxa 3.5 ) — li, flimkien mal-Intestatura 1b tal-QFP, kienet l-aktar baxxa għall-intestaturi kollha tal-QFP. L-UE twettaq il-politika tagħha taħt l-Intestatura 2 tal-QFP permezz ta’ ħames programmi (ara wkoll il-Kapitolu 7), li l-akbar erbgħa minnhom ġew koperti fil-kampjun tagħna:

    Għall-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), prinċipalment minħabba nuqqas ta’ miri kwantitattivi, aħna stajna nikkalkulaw biss il-progress mil-linja bażi għal wieħed mis-27 indikatur inklużi fid-Dikjarazzjoni tal-Programmi. L-indikatur inkwistjoni — “Perċentwal ta’ infiq (FAEG u FAEŻR), flimkien ma’ statistika jew kontrolli kumplessivi” — mhuwiex suffiċjenti biex jipprovdi stampa rappreżentattiva tal-kisbiet tal-programm. Il-FAEG jirrappreżenta erbgħa minn kull ħamsa tal-infiq għall-Intestatura 2.

    Għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-progress kien ta’ 28 %, fuq il-bażi ta’ 24 indikatur. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, din iċ-ċifra kienet tirrifletti biss il-kisbiet fl-ewwel sena ta’ implimentazzjoni. Id-data l-aktar reċenti kienet mill-2016, u l-maġġoranza l-kbira tal-programmi tal-iżvilupp rurali li permezz tagħhom l-Istati Membri u r-reġjuni jimplimentaw il-FAEŻR kienu bdew fl-2015. Il-progress kien aħjar għall-10 indikaturi magħżula mill-Kummissjoni għall-PPO.

    Għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u l-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika (LIFE), aħna stajna nikkalkulaw il-progress ikkalkulat mil-linja bażi għal aktar minn nofs l-indikaturi. Għall-FEMS, ir-riżultat kien ta’ 58 % (ibbażat fuq 8 mill-15-il indikatur) u għal-LIFE dan kien ta’ 77 % (ibbażat fuq 21 mit-33 indikatur).

    Kaxxa 3.5

    Intestatura 2 tal-QFP — Il-progress kif jintwera mill-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE

     

    Programm

    Għadd ta’ indikaturi

    Progress medju lejn il-mira kkalkulat permezz ta’ metodoloġiji differenti (ara l-paragrafu 3.9)

     

     

    Total

    Progress mil-linja bażi li jista’ jitkejjel

    fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi

    fuq il-bażi tal-PPO

     

     

    FAEG

    27

    1

    M/A

    mhux applikabbli

     

     

    FAEŻR

    30

    24

    28 %

    51 %

     

     

    FEMS

    15

    8

    58 %

    33 %

     

     

    LIFE

    33

    21

    77 %

    89 %

     

     

    Total

    105

    54

     

     

     

     

    Medja ponderata minbarra l-FAEG

     

     

    31 %

    51 %

     

    Nota:

    Minħabba n-nuqqas ta’ data, il-kalkoli tal-medja ponderata tal-progress lejn il-mira jeskludu l-FAEG (għall-kalkolu mwettaq kemm fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi kif ukoll fuq il-bażi tal-PPO).

    Sors:

    Il-QEA.

    Intestatura 3: L-indikaturi għal “Sigurtà u ċittadinanza” juru li żewġ programmi kisbu progress tajjeb, wieħed kiseb progress moderat u ieħor waqa’ lura

    3.16.

    Mill-11-il programm taħt l-Intestatura 3 “Sigurtà u ċittadinanza” tal-QFP, aħna għażilna 4 (ara wkoll il-Kapitolu 8): il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna, il-Programm dwar l-Ikel u Għalf, u l-Programm Ewropa Kreattiva. Il-medja ponderata kkombinata tal-progress mil-linja bażi kienet ġeneralment raġonevoli, b’perċentwal ta’ 49 % (ara l- Kaxxa 3.6 ).

    3.17.

    Il-progress medju, meta seta’ jiġi kkalkulat u bl-użu ta’ data tal-2017, indika li kemm il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (53 %) kif ukoll il-Fond għas-Sigurtà Interna (56 %) kienu sejrin tajjeb. Il-Programm Ewropa Kreattiva wera progress moderat ta’ 41 %, filwaqt li l-Programm dwar l-Ikel u l-Għalf kien jidher li waqa’ lura u l-progress li nkiseb kien ta’ 20 %.

    Kaxxa 3.6

    Intestatura 3 tal-QFP - Il-progress kif jintwera mill-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE

     

    Programm

    Għadd ta’ indikaturi

    Progress medju lejn il-mira kkalkulat permezz ta’ metodoloġiji differenti (ara l-paragrafu 3.9)

     

     

    Total

    Progress mil-linja bażi li jista’ jitkejjel

    fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi

    fuq il-bażi tal-PPO

     

     

    Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

    23

    20

    53 %

    60 %

     

     

    Fond għas-Sigurtà Interna

    20

    19

    56 %

    55 %

     

     

    Ikel u Għalf

    7

    2

    20 %

    81 %

     

     

    Programm Ewropa Kreattiva

    24

    7

    41 %

    84 %

     

     

    Total

    74

    48

     

     

     

     

    Medja ponderata

     

     

    49 %

    64 %

     

    Sors:

    Il-QEA.

    Intestatura 4: L-indikaturi juru progress kumplessivament raġonevoli għall-programmi “Ewropa Globali”

    3.18.

    Aħna analizzajna 4 mill-15-il programm taħt l-Intestatura 4 “Ewropa Globali” tal-QFP: l-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI), l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) u l-Għajnuna Umanitarja (ara wkoll il-Kapitolu 9). Il-medja ponderata ta’ 49 % tal-progress mil-linja bażi kienet kumplessivament raġonevoli (għad-49 indikatur — minn total ta’ 65 — li għalihom din setgħet tiġi kkalkulata — ara l- Kaxxa 3.7 )

    3.19.

    Għall-programmi kollha, ħlief id-DCI, il-PPO tal-Kummissjoni wera livell ta’ progress ferm ogħla, minħabba l-għażla tal-indikaturi. Fil-każ tad-DCI, il-Kummissjoni kkalkulat eċċezzjonalment il-progress lejn il-mira bi tqabbil mal-linja bażi, mingħajr ma spjegat fil-PPO li kienet intużat din il-metodoloġija.

    Kaxxa 3.7

    Intestatura 4 tal-QFP - Il-progress kif jintwera mill-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE

     

    Programm

    Għadd ta’ indikaturi

    Progress medju lejn il-mira kkalkulat permezz ta’ metodoloġiji differenti (ara l-paragrafu 3.9)

     

     

    Total

    Progress mil-linja bażi li jista’ jitkejjel

    fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi

    fuq il-bażi tal-PPO

     

     

    DCI

    11

    11

    50 %

    31 %

     

     

    ENI

    24

    18

    46 %

    79 %

     

     

    IPA II

    19

    11

    41 %

    94 %

     

     

    Għajnuna umanitarja

    11

    9

    67 %

    93 %

     

     

    Total

    65

    49

     

     

     

     

    Medja ponderata

     

     

    49 %

    68 %

     

    Sors:

    Il-QEA.

    Strumenti speċjali: Informazzjoni insuffiċjenti dwar il-progress li nkiseb

    3.20.

    Id-dikjarazzjonijiet tal-programmi jindikaw li l-miri taż-żewġ strumenti speċjali tal-QFP 2014-2020 kienu ntlaħqu, għalkemm dan ma ġiex issostanzjat:

    Għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE), il-Kummissjoni kkunsidrat li l-mira għall-2017 kienet intlaħqet, u l-kombinament tal-miżuri li ttieħdu kien ikopri 100 % tal-popolazzjoni affettwata minn sitwazzjoni ta’ kriżi. Madankollu, l-informazzjoni relatata mar-riżultati reali li ġiet inkluża fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi li nħarġu f’Mejju 2018 ma tantx ipprovdiet informazzjoni dwar 4 mill-10 applikazzjonijiet għall-għajnuna li ġew riċevuti fl-2017.

    Bis-saħħa tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG), ġie rrappurtat li 57 % tal-ħaddiema li ngħataw is-sensja ġew integrati mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol. Dan il-perċentwal huwa ogħla mill-mira ta’ 50 %. Madankollu, l-objettiv inkluż fil-leġiżlazzjoni (13) kien differenti, billi huwa jirreferi għal “benefiċjarji li jsibu impjieg sostenibbli minnufih…”.

    Kaxxa 3.8

    Strumenti speċjali — Il-progress kif jintwera mill-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE

     

    Programm

    Għadd ta’ indikaturi

    Progress medju lejn il-mira kkalkulat permezz ta’ metodoloġiji differenti (ara l-paragrafu 3.9)

     

     

    Total

    Progress mil-linja bażi li jista’ jitkejjel

    fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi

    fuq il-bażi tal-PPO

     

     

    FSUE

    1

    0

    M/A

    M/A

     

     

    FEG

    1

    1

    100 %

    100 %

     

     

    Total

    2

    1

     

     

     

     

    Medja ponderata minbarra l-FSUE

     

     

    100 %

    100 %

     

    Nota:

    Minħabba n-nuqqas ta’ data, il-kalkoli tal-medja ponderata tal-progress lejn il-mira jeskludu l-FSUE (għall-kalkolu mwettaq kemm fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi kif ukoll fuq il-bażi tal-PPO).

    Sors:

    Il-QEA.

    Taqsima B — L-indikaturi mhux dejjem ipprovdew stampa tajba tal-progress reali

    3.21.

    F’din it-taqsima, aħna niffukaw fuq id-dgħufijiet li identifikajna fl-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li ġiet ipprovduta mill-Kummissjoni. L-atti legali li fuqhom huma bbażati l-programmi għall-QFP 2014-2020 jiddefinixxu l-indikaturi tal-prestazzjoni li l-Kummissjoni trid tirrapporta dwarhom.

    Ħafna indikaturi ma ntgħażlux b’mod tajjeb

    Fil-biċċa l-kbira, l-indikaturi ffukaw fuq l-inputs u l-outputs milli fuq ir-riżultati u l-impatti

    3.22.

    Il-monitoraġġ tal-prestazzjoni jirrikjedi li jinżamm rekord tal-inputs, l-outputs, ir-riżultati u l-impatti tal-programm (ara t- Tabella 3.1 ). L-indikaturi tal-input u tal-output huma importanti għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-programmi ta’ nfiq pubbliku. L-indikaturi tar-riżultati u tal-impatti huma aktar utli biex jiġi vvalutat il-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-programmi, u għalhekk huma aktar rilevanti għal rapporti ta’ livell għoli dwar il-prestazzjoni, bħad-dikjarazzjonijiet tal-programmi.

    Tabella 3.1

    Inputs, outputs, riżultati u impatti

     

     

    Definizzjoni tal-indikaturi

    Eżempji illustrattivi ta’ indikaturi mid-dikjarazzjonijiet tal-programmi

     

     

    Inputs

    Riżorsi finanzjarji, umani u materjali li jiġu mmobilizzati għall-implimentazzjoni tal-programm

    Investiment totali fl-iffrankar u fl-effiċjenza tal-enerġija (FAEŻR)

    Perċentwal tat-total tal-pagamenti diretti li huma diżakkoppjati (FAEG)

    Volum ta’ investiment fi proġetti ta’ interess komuni (FNE)

     

     

    Outputs (14)

    Ir-riżultati tanġibbli speċifiċi tal-intervent

    Għadd ta’ interventi biex jappoġġaw l-implimentazzjoni tas-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali (LIFE)

    It-total tat-tul ta’ linji tat-tram u tal-metro ġodda jew imtejba (FEŻR)

    L-għadd ta’ studenti u trainees li jipparteċipaw fil-Programm, skont il-pajjiż, is-settur, l-azzjoni u l-ġeneru (Erasmus +)

     

     

    Riżultati

    L-effetti immedjati tal-intervent b’referenza partikolari għad-destinatarji diretti

    Għadd ta’ impjiegi maħluqa permezz ta’ proġetti LEADER li jibbenefikaw minn appoġġ (FAEŻR)

    Tnaqqis fil-konsum annwali ta’ enerġija primarja f’ bini pubbliku (FEŻR)

    Applikazzjonijiet għal privattivi u privattivi miksuba fil-Qasam tat-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (Orizzont 2020)

     

     

    Impatti

    L-eżitu intenzjonat tal-intervent f’termini tal-impatt fuq l-ekonomija/is-soċjetà usa’ lil hinn minn dawk affettwati direttament mill-intervent

    Sehem ta’ esportazzjonijiet agrikoli tal-UE fis-suq dinji (FAEG)

    Valur ta’ produzzjoni tal-akkwakultura fl-UE (FEMS)

    Sehem ta’ sorsi rinnovabbli fil-konsum finali gross tal-enerġija (FK)

     

    Sors:

    Il-QEA.

    3.23.

    L-analiżi tagħna turi li aktar minn 60 % tal-indikaturi inklużi fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi kienu indikaturi tal-input jew tal-output (15) (ara l- Kaxxa 3.9 ). Din il-predominanza tal-indikaturi tal-input u ta’ output tillimita l-utilità tal-informazzjoni pprovduta dwar il-progress fl-ilħuq tal-objettivi (16).

    Kaxxa 3.9

    Proporzjon għoli ta’ indikaturi tal-input u ta’ indikaturi tal-output

    Image 23

    Sors:

    Il-QEA.

    Xi indikaturi tal-prestazzjoni ma kinux marbutin b’mod ċar mal-infiq tal-UE

    3.24.

    Waħda mill-funzjonijiet ewlenin tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi hija li tiġi “ipprovduta informazzjoni għal kull programm ta’ infiq dwar (…) il-progress li nkiseb f’dak li jirrigwarda l-prestazzjoni tal-programm (…) u l-kontribuzzjoni li ngħatat għall-politiki u għall-objettivi prinċipali tal-UE” (17). L-aħjar mod biex jintlaħaq dan l-għan huwa permezz tal-indikaturi tar-riżultati u tal-impatt li huma marbutin mill-qrib mal-objettivi tal-programm u jistgħu jiġu affettwati sinifikattivament mill-programm inkwistjoni (18).

    3.25.

    Aħna sibna każijiet fejn l-indikaturi li ntużaw kienu kważi kompletament irrelevanti għall-effetti tal-infiq tal-UE (ara t- Tabella 3.2 ). F’ċerti każijiet, id-dikjarazzjonijiet tal-programmi saħansitra ġibdu l-attenzjoni għall-fatt li l-programmi ma affettwawx l-indikaturi (19).

    Tabella 3.2

    Eżempji ta’ indikaturi li ma għandhomx rabtiet ċari mal-infiq u mal-objettivi tal-UE

     

    Programm

    Objettiv iddikjarat

    Indikatur

    Analiżi

     

     

    Għajnuna Umanitarja

    Li tiġi pprovduta assistenza ad hoc u għajnuna kif ukoll protezzjoni għal popolazzjonijiet f’pajjiżi terzi li jkunu vittmi ta’ diżastri naturali jew diżastri kkawżati mill-bniedem, sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet umanitarji li jirriżultaw minn dawn is-sitwazzjonijiet differenti.

    Għadd ta’ mwiet minħabba diżastri naturali

    L-indikatur huwa affettwat b’mod indirett ħafna mill-implimentazzjoni tal-programm

     

     

    FAEG

    Li l-Kummissjoni tiġi pprovduta b’aċċertament raġonevoli li l-Istati Membri stabbilew sistemi ta’ ġestjoni u kontroll (…) biex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-UE.

    Perċentwal ta’ nfiq (FAEG u FAEŻR) flimkien ma’ statistika jew kontroll kumplessiv.

    La l-objettiv u lanqas l-indikatur ma huma direttament relatati mar-riżultati tal-programm

     

    Sors:

    Il-QEA

    Ma hemm l-ebda indikatur għal ċerti aspetti ta’ xi wħud mill-objettivi tal-programmi

    3.26.

    Id-dikjarazzjonijiet tal-programmi għandhom struttura ġerarkika, b’objettivi li huma organizzati f’żewġ saffi: livell ogħla ta’ “objettivi ġenerali” u livell aktar baxx ta’ “objettivi speċifiċi” (20). Kull objettiv (ġenerali jew speċifiku) għandu mill-anqas indikatur wieħed, u normalment aktar minn wieħed. Fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, ir-rabtiet bejn l-objettivi ġenerali u dawk speċifiċi huma ċari, iżda dawn mhumiex indikati b’mod espliċitu fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi. Ċerti objettivi speċifiċi jistgħu jintrabtu ma’ aktar minn objettiv ġenerali wieħed, u viċi versa.

    3.27.

    L-analiżi li wettaqna tat-22 dikjarazzjoni tal-programmi magħżula biex jiġu eżaminati żvelat li ċerti aspetti tal-objettivi ma kinux koperti minn indikatur, bħal:

    FK: Objettiv Speċifiku 4 (“Promozzjoni tat-trasport sostenibbli u t-tneħħija ta’ konġestjoni f’netwerks tal-infrastruttura”) kellu 6 indikaturi, iżda l-ebda minnhom ma kienu jindirizzaw it-“tneħħija ta’ konġestjoni f’netwerks tal-infrastruttura”;

    DCI: Objettiv Speċifiku 1 (“Tnaqqis tal-faqar u trawwim tal-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli”) kellu 5 indikaturi, iżda l-ebda minnhom ma jkopru l-“iżvilupp ambjentali (…) sostenibbli”;

    FEŻR: Objettiv Speċifiku 9 (“Promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-ġlieda kontra l-faqar u kull diskriminazzjoni”) kellu 4 indikaturi li jittrattaw l-inklużjoni soċjali iżda l-ebda minnhom ma kienu jindirizzaw il-ġlieda kontra l-faqar u d-diskriminazzjoni.

    Għal ħafna indikaturi ma kienx possibbli li jiġi kkalkulat il-progress

    3.28.

    Fit-Taqsima A, aħna ppreżentajna l-perċentwali tagħna tal-progress għal diversi intestaturi tal-QFP. Madankollu, kif jidher fil- Kaxxa 3.10 hawn taħt, ma kienx possibbli li dan il-perċentwal jiġi kkalkulat għal kważi nofs l-indikaturi fil-kampjun tagħna (44 %), prinċipalment minħabba li:

    jew ma kienx hemm mira speċifika u kkwantifikata (eż. mira ddefinita bħala li “iżżid”, “iżżomm”, eċċ.); u/jew inkella

    il-valur tal-linja bażi ma ġietx ipprovduta;

    ma kien hemm l-ebda data disponibbli dwar il-progress li nkiseb;

    il-linja bażi, id-data dwar il-progress li nkiseb u l-mira ma ġewx ippreżentati fl-istess format.

    Kaxxa 3.10

    Għal kważi nofs l-indikaturi kollha mhuwiex possibbli li jiġi kkalkulat il-progress lejn il-mira

    Image 24

    Sors:

    Il-QEA.

    3.29.

    Il-FAEG u Orizzont 2020 jikkostitwixxu żewġ eżempji ta’ programmi li għalihom ma kienx possibbli li jiġi kkalkulat il-perċentwal tal-progress għal ħafna indikaturi (għal 26 mis-27 indikatur u għal 39 mit-52 indikatur, rispettivament). Għall-FSUE, kien hemm biss indikatur wieħed (21) li għalih ma setax jiġi kkalkulat il-progress, minħabba l-kwantità kbira ta’ data li kellu għad-dispożizzjoni.

    3.30.

    Ta’ spiss ma kienx hemm objettivi intermedji annwali. Fejn dawn kienu disponibbli, il-Kummissjoni kellha riżervi dwar l-użu tagħhom (22), filwaqt li aħna nikkunsidraw li dawn huma importanti għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni.

    Għal xi wħud mill-programmi, id-data disponibbli kienet ta’ kwalità insuffiċjenti

    Għal xi wħud mill-programmi, ħafna indikaturi ma kellhom l-ebda data dwar il-progress li nkiseb, li tkompli wara l-2015, jew inkella din kienet kompletament ineżistenti

    3.31.

    Aħna osservajna li għal xi wħud mill-programmi (ara l- Kaxxa 3.11 ), aktar minn 25 % tal-indikaturi ma kellhom l-ebda data li tkompli wara l-2015 dwar il-progress li nkiseb jew inkella din kienet kompletament ineżistenti. Aħna osservajna wkoll li l-qafas tal-prestazzjoni kien jinkludi ċerti indikaturi minkejja li kien magħruf li kien hemm xi problemi f’dak li jirrigwarda d-disponibbiltà tad-data (23).

    3.32.

    Fir-rakkomandazzjoni tiegħu dwar il-kwittanza għas-sena finanzjarja 2017, il-Kunsill enfasizza l-ħtieġa li tiġi inkluża “informazzjoni aġġornata fir-rappurtar dwar il-prestazzjoni rigward il-progress li jkun sar lejn l-ilħuq tal-miri” (24). B’mod simili, il-Parlament Ewropew fil-kwittanza tiegħu 2017 talab lill-Kummissjoni biex “tinkludi informazzjoni aġġornata fir-rappurtar dwar il-prestazzjoni, inkluż fl-AMPR, rigward il-progress li jkun sar lejn l-ilħuq tal-miri…” (25).

    Kaxxa 3.11

    Għal ħafna indikaturi ma hemm l-ebda data reċenti jew data reali

    Image 25

    Sors:

    Il-QEA.

    Problemi oħra relatati mal-kwalità tad-data

    3.33.

    Hemm għadd ta’ problemi oħra relatati mal-kwalità tad-data li jikkumplikaw aktar l-analiżi tal-progress, bħal:

    Bidliet sinifikanti fl-ambitu ta’ indikatur, li jirriżultaw f’inkonsistenzi bejn il-linja bażi, id-data dwar il-progress li nkiseb u l-mira, eż. l-Indikatur 2 tal-Objettiv Speċifiku 2 tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), jiġifieri “Għadd ta’ proġetti ffinanzjati mid-DCI biex jippromwovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet umani fil-pajjiżi benefiċjarji tad-DCI”. Il-kodiċijiet tas-Sistema Komuni ta’ Informazzjoni Relex (CRIS) użati għall-estrazzjoni tad-data għal dan l-indikatur ġew estiżi b’mod sinifikanti mis-sena 2016 “biex tiġi koperta firxa wiesgħa ta’ setturi inklużi fl-indikatur”.

    Formati differenti fil-linja bażi, fl-objettivi intermedji u fid-data dwar il-progress li nkiseb jagħmluha impossibbli li jiġi vvalutat il-progress li sar, eż. l-Indikatur 2 tal-Objettivi 8 sa 12 tal-Programm Orizzont 2020. Ir-riżultati (l-għadd ta’ applikazzjonijiet ta’ privattivi) għal dawn l-indikaturi mhumiex fl-istess format bħal dak tal-linja bażi u tal-mira, li juru l-“għadd ta’ applikazzjonijiet ta’ privattivi għal finanzjament ta’ EUR 10 miljun”.

    Linji bażi ta’ ċerti indikaturi li huma obsoleti u li jwasslu għal riżultati mhux realistiċi tal-“progress lejn il-mira” u tad-“distanza lejn il-mira”, eż. l-Indikatur 3 tal-Objettiv Ġenerali 1 tal Programm FEŻR, “Emissjonijiet ta’ Gassijiet Serra” (użat ukoll għall-Indikatur 1 tal-Objettiv Ġenerali 1 tal-Fond ta’ Koeżjoni). Il-linja bażi għat-tnaqqis ippjanat ta’ 20 % fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2020 hija s-sena 1990, iżda skont id-dikjarazzjonijiet tal-programmi, diġà kien seħħ tnaqqis ta’ 19,8 % qabel il-bidu tal-programmi fl-2014.

    Xi programmi jinkludu miri li mhumiex ambizzjużi biżżejjed

    3.34.

    Għadd ta’ programmi (17 mit-22 programm li ġew eżaminati) kienu jinkludu miri li aħna kkunsidrajna li ma kinux ambizzjużi. Kemm mira hija ambizzjuża tista’ tkun kwistjoni ta’ ġudizzju professjonali. Aħna identifikajna l-kategoriji li ġejjin li bla dubju nikkunsidraw li mhumiex ambizzjużi:

    1.

    Miri li ntlaħqu kompletament fl-ewwel ftit snin tal-perjodu ta’ 7 snin tal-implimentazzjoni tal-programm: eż. l-Indikatur FEMS, “Profitabbiltà tal-flotta tas-sajd tal-UE skont is-segment tal-flotta”, li għalih il-marġni ta’ profitt medju nett tal-flotta tas-sajd tal-UE ta’ bejn 10 u 12 % kien diġà ntlaħaq sal-2015;

    2.

    Miri partikolarment baxxi: eż. il-mira għall-indikatur tal-Fond ta’ Koeżjoni, “Total tat-tul ta’ linja ferrovjarja ġdida”, stabbilita għal 64 km (TEN-T) għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu kemm hu, jiġifieri madwar 9 km fis-sena għall-UE kollha (26).

    3.

    Miri ekwivalenti għal/qrib il-linja bażi: eż. l-Indikatur ta’ Orizzont 2020, “Applikazzjonijiet għal privattivi u privattivi miksuba fit-teknoloġiji abilitanti u industrijali differenti”, għall-Objettiv Speċifiku 5, “Tmexxija Industrijali”, il-mira kienet saħansitra aktar baxxa mil-linja bażi (27).

    3.35.

    Il- Kaxxa 3.12 turi l-programmi li għalihom il-proporzjon ta’ dawn l-indikaturi b’miri li ma kinux ambizzjużi kien ta’ 15 % jew aktar.

    Kaxxa 3.12

    Ħafna mill-miri għal xi programmi mhumiex ambizzjużi

    Image 26

    Sors:

    Il-QEA.

    Parti 2 — Riżultati tal-awditi tal-prestazzjoni mwettqa mill-Qorti: konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet prinċipali

    Introduzzjoni

    3.36.

    Kull sena, aħna nippubblikaw għadd ta’ rapporti speċjali li fihom neżaminaw kemm il-prinċipji tal-ġestjoni finanzjarja tajba qed jiġu applikati tajjeb fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE. Fl-2018, aħna ppubblikajna 35 rapport speċjali (28) (29). Huma koprew l-intestaturi kollha tal-QFP (30) u kien fihom 380 rakkomandazzjoni dwar firxa wiesgħa ta’ suġġetti (ara l- Kaxxa 3.13 ). Ir-risposti ippubblikati għar-rapporti tagħna juru li l-entitajiet awditjati aċċettaw bis-sħiħ 78 % tar-rakkomandazzjonijiet tagħna, meta mqabbel ma’ 68 % fl-2017 (ara l- Kaxxa 3.14 ). L- Anness 3.2 jagħti sommarju tar-rakkomandazzjonijiet li saru lill-Istati Membri fir-Rapporti Speċjali tagħna tal-2018.

    Kaxxa 3.13

    Ir-rakkomandazzjonijiet ikopru firxa wiesgħa ta’ suġġetti

    Image 27

    Sors:

    Il-QEA.

    Kaxxa 3.14

    L-entitajiet awditjati tagħna aċċettaw il-maġġoranza l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tagħna

    Image 28

    Sors:

    Il-QEA.

    Intestaturi 1a “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” u 1b “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”

    3.37.

    Fl-2018, aħna ppubblikajna 12-il rapport speċjali għal dawn l-intestaturi tal-QFP (31). Aħna nixtiequ niġbdu l-attenzjoni għal xi wħud mill-konklużjonijiet u mir-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jinsabu f’6 minn dawn ir-rapporti.

    (a)   Ir-Rapport Speċjali Nru 8/2018 — Durabbiltà tal-appoġġ mogħti mill-UE għal investimenti produttivi fin-negozji

    3.38.

    Aħna sibna li l-proġetti awditjati, b’mod ġenerali, wasslu l-output ippjanat u li, fil-biċċa l-kbira mill-każijiet, dan l-output kien għadu jeżisti u kien qed jintuża. Madankollu, f’wieħed minn kull ħames każijiet, ir-riżultati miksuba ma damux fit-tul. Aħna kkonkludejna li dan kien prinċipalment dovut għall-fatt li la l-Kummissjoni u lanqas l-awtoritajiet nazzjonali/reġjonali ma għamlu biżżejjed enfasi fuq id-durabbiltà tar-riżultati fil-ġestjoni kemm fil-livell tal-programmi kif ukoll fil-livell tal-proġetti.

    3.39.

    Aħna rrakkomandajna li:

    il-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lejn kif l-Istati Membri jindirizzaw id-durabbiltà tar-riżultati tal-proġetti matul il-proċess ta’ approvazzjoni tal-programmi operazzjonali; u

    l-Istati Membri jtejbu l-proċeduri u l-kriterji relatati mal-għażla tal-proġetti.

    (b)   Ir-Rapport Speċjali Nru 9/2018 — Sħubiji Pubbliċi-Privati (PPPs) fl-UE

    3.40.

    Aħna sibna li, filwaqt li l-PPPs kellhom il-potenzjal li jiksbu l-implimentazzjoni tal-politika b’mod aktar rapidu u jiżguraw livell tajjeb ta’ manutenzjoni matul il-ħajja tagħhom, il-PPPs awditjati li ngħataw appoġġ mill-UE, mhux dejjem kienu mmaniġġjati b’mod effettiv u ma pprovdewx valur adegwat għall-flus. Il-benefiċċji potenzjali tagħhom ta’ spiss ma nkisbux, billi — l-istess bħall-proġetti suġġetti għal proċedura ta’ akkwist tradizzjonali - dawn kienu suġġetti għal dewmien, żidiet fl-ispejjeż u użu insuffiċjenti tal-eżiti tal-proġetti. Barra minn hekk, kien hemm nuqqas ta’ analiżijiet adegwati dwar il-potenzjal għall-PPPs li jwasslu valur għall-flus addizzjonali, kif ukoll nuqqas ta’ strateġiji adegwati dwar l-użu tal-PPPs u ta’ oqfsa istituzzjonali u legali.

    3.41.

    Aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jevitaw il-promozzjoni ta’ użu aktar intensiv u mifrux tal-PPPs sakemm jiġu indirizzati l-problemi identifikati.

    (c)   Ir-Rapport Speċjali Nru 12/2018 — Broadband fl-Istati Membri tal-UE

    3.42.

    Aħna sibna li għalkemm b’mod ġenerali kien sar titjib fil-kopertura bil-broadband fl-UE kollha, mhumiex se jintlaħqu l-miri kollha li ġew issettjati għall-2020. Filwaqt li l-Istati Membri kollha kienu żviluppaw strateġiji għall-broadband, il-miri tal-istrateġiji li eżaminajna mhux dejjem kienu konsistenti ma’ Ewropa 2020. Barra minn hekk, mhux l-Istati Membri kollha li żorna kienu stabbilew ambjent legali u regolatorju xieraq għal dak li jikkonċerna l-kompetizzjoni bejn il-fornituri. Finalment, il-ħtiġijiet finanzjarji għall-infrastruttura tal-broadband f’żoni rurali u suburbani mhux dejjem ġew indirizzati b’mod xieraq.

    3.43.

    Aħna rrakkomandajna li:

    l-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet ġodda għall-perjodu wara l-2020;

    il-Kummissjoni Ewropea tikkjarifika l-applikazzjoni tal-linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat, u tappoġġa l-isforzi li l-Istati Membri jagħmlu biex irawmu aktar kompetizzjoni fil-forniment ta’ servizz tal-broadband; u

    il-Bank Ewropew tal-Investiment jiffoka l-appoġġ tiegħu fuq proġetti żgħar u ta’ daqs medju f’żoni fejn l-appoġġ mis-settur pubbliku ikun l-aktar meħtieġ.

    (d)   Ir-Rapport Speċjali Nru 17/2018 — Assorbiment

    3.44.

    Aħna sibna li għall-perjodi ta’ programmazzjoni 2007-2013 u 2014-2020, l-adozzjoni tardiva tal-qafas leġiżlattiv wasslet għal dewmien fil-programmi operazzjonali. Dan kellu effett indirett fuq il-mument li fih beda l-infiq tal-fondi allokati. Filwaqt li xi wħud mill-miżuri meħuda mill-Kummissjoni wasslu għal żieda kbira fl-assorbiment matul il-perjodu 2007-2013, ir-riżultati ftit li xejn ingħataw kunsiderazzjoni.

    3.45.

    Aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni:

    tipproponi skeda ta’ żmien biex l-awtoritajiet leġiżlattivi jiżguraw li l-implimentazzjoni tkun tista’ tibda fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni; u

    tiżgura li l-fokus ikun fuq it-twassil ta’ riżultati.

    (e)   Ir-Rapport Speċjali Nru 30/2018 — Id-Drittijiet tal-passiġġieri

    3.46.

    Aħna sibna li l-mezzi prinċipali tat-trasport pubbliku, huma koperti fir-regolamenti, u dan jagħmel il-qafas tal-UE għad-drittijiet tal-passiġġieri uniku fid-dinja. Madankollu, bosta passiġġieri ma kinux konxji biżżejjed tad-drittijiet tagħhom u ħafna drabi ma setgħux jibbenefikaw minnhom minħabba problemi relatati mal-infurzar. Barra minn hekk, filwaqt li d-drittijiet ewlenin huma maħsuba biex jipproteġu l-passiġġieri kollha, fl-erba’ mezzi kollha tat-trasport pubbliku, il-firxa tal-protezzjoni tiddependi mill-mezz ta’ trasport użat.

    3.47.

    Aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni:

    ittejjeb il-koerenza, iċ-ċarezza u l-effettività tal-qafas tal-UE għad-drittijiet tal-passiġġieri;

    tieħu azzjoni biex tippromwovi u tikkoordina t-tnedija ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mill-korpi nazzjonali ta’ infurzar;

    tindirizza, fil-proposti tagħha li għandhom l-għan li jemendaw ir-regolamenti eżistenti, il-ħtieġa li l-Korpi Nazzjonali tal-Infurzar jingħataw għodod ulterjuri għall-infurzar tad-drittjiet tal-passiġġieri.

    (f)   Ir-Rapport Speċjali Nru 28/2018 — Orizzont 2020

    3.48.

    Il-konklużjoni ġenerali tagħna f’dan ir-rapport speċjali kienet li l-maġġoranza tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni li ttieħdu mill-Kummissjoni kienu effettivi fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv minn fuq il-benefiċjarji f’Orizzont 2020, għalkemm mhux l-azzjonijiet kollha pproduċew ir-riżultat mixtieq u għad hemm lok għal titjib. Il-benefiċjarji jeħtieġu gwida u għodod aktar faċli għall-utent, u l-Kummissjoni għandha tkompli tittestja x-xerqien u l-utilizzabbiltà tal-iskemi ġodda ta’ finanzjament. L-istabbiltà fir-regoli hija importanti wkoll, u filwaqt li l-benefiċjarji jistgħu jadattaw għall-kumplessità, modifiki frekwenti tal-gwida jistgħu jikkawżaw konfużjoni u inċertezza.

    3.49.

    Aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

    tikkomunika aħjar mal-applikanti u mal-benefiċjarji;

    tintensifika l-ittestjar tas-somom f’daqqa;

    tesplora l-possibbiltajiet li tagħmel użu akbar mill-evalwazzjonijiet tal-proposti f’żewġ stadji;

    teżamina mill-ġdid il-kundizzjonijiet ta’ rimunerazzjoni għal evalwaturi esperti;

    iżżid ir-rikonoxximent tas-Siġill ta’ Eċċellenza;

    tiżgura l-istabbiltà tar-regoli u l-gwida għall-parteċipanti;

    ittejjeb il-kwalità tal-awditi esternalizzati;

    tissimplifika aktar l-għodod u l-gwida għall-SMEs.

    Intestatura 2 “Riżorsi naturali”

    3.50.

    Aħna ppubblikajna tmien rapporti speċjali li jikkonċernaw it-tkabbir sostenibbli kif ukoll ir-riżorsi naturali u l-azzjoni ambjentali u klimatika. Ippubblikajna wkoll dokument informattiv u analitiku dwar il-futur tal-politika agrikola komuni (PAK), segwit mill-Opinjoni 7/2018 dwar il-proposti għar-regolamenti relatati mal-Politika Agrikola Komuni għall-perjodu wara l-2020.

    3.51.

    Ir-rapporti speċjali tagħna li jittrattaw aspetti diversi tal-politika agrikola inkludew rakkomandazzjonijiet għal titjib fil-prestazzjoni tal-istrumenti, il-fondi u l-iskemi tal-PAK, kif ġej:

    Fir-Rapport Speċjali Nru 5/2018, aħna enfasizzajna li teżisti l-possibilità ta’ sinerġiji bejn il-politika dwar l-enerġija rinnovabbli u l-fondi li huma ddestinati biex jiffaċilitaw l-iżvilupp rurali sostenibbli, iżda osservajna li dawn is-sinerġiji għadhom fil-biċċa l-kbira mhumiex qed jiġu realizzati. Ir-rakkomandazzjonijiet tagħna indirizzaw is-sostenibbiltà tal-politika futura dwar l-enerġija rinnovabbli futura.

    Fir-Rapport Speċjali Nru 10/2018, aħna kkonkludejna li l-iskema ta’ pagament bażiku għall-bdiewa, minkejja li operazzjonalment tinsab miexja tajjeb, kellha impatt limitat fuq is-simplifikazzjoni, fuq l-immirar u fuq il-konverġenza tal-livelli ta’ għajnuna. Aħna rrakomandajna li l-miżuri proposti ta’ appoġġ għall-introjtu għall-bdiewa jkunu marbutin ma’ objettivi operazzjonali u ma’ linji bażi xierqa li magħhom tkun tista’ titqabbel il-prestazzjoni tagħhom.

    Ir-Rapport Speċjali Nru 11/2018 eżamina l-opzjonijiet il-ġodda għall-finanzjament ta’ proġetti tal-iżvilupp rurali, li minkejja li kienu aktar sempliċi, ma ffukawx fuq ir-riżultati. Aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni tivvaluta l-potenzjal li ma tibqax tibbaża r-rimborż fuq l-ispejjeż imġarrba iżda fuq ir-riżultati.

    3.52.

    Ir-rapporti speċjali l-oħra, li jkopru oqsma ta’ politika, bħall-enerġija, il-klima, l-ambjent, il-kwalità tal-arja u l-benessri tal-annimali, inkludew ukoll rakkomandazzjonijiet li l-għan tagħhom kien li jtejbu l-prestazzjoni tal-baġit tal-UE permezz ta’ sinerġiji msaħħa bejn is-setturi u obbligu ta’ rendikont akbar. Pereżempju:

    l-integrazzjoni tal-politika dwar il-kwalità tal-arja f’politiki oħra tal-UE, (ir-Rapport Speċjali Nru 23/2018);

    it-tisħiħ tar-rabtiet bejn is-sistema ta’ kundizzjonalità u l-benessri tal-annimali, (ir-Rapport Speċjali Nru 31/2018);

    it-titjib fil-koerenza bejn l-oqfsa tal-agrikoltura, tal-klima, tal-ambjent u tar-riċerka biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ħamrija (ir-Rapport Speċjali Nru 33/2018)

    it-titjib tal-elementi kritiċi tal-governanza u tal-obbligu ta’ rendikont fil-programm tal-UE għad-dimostrazzjoni tal-qbid u l-ħżin tal-karbonju b’mod li jkun sikur għall-ambjent u ta’ teknoloġiji innovattivi tal-enerġija rinnovabbli fuq skala kummerċjali (ir-Rapport Speċjali Nru 24/2018);

    it-titjib tal-għażla tal-proġetti li tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u rilevanti għall-proġetti ta’ prevenzjoni tal-għargħar (ir-Rapport Speċjali Nru 25/2018), kif ukoll għall-proġetti ta’ ġbir tal-karbonju jew għal dawk innovattivi tal-enerġija rinnovabbli (ir-Rapport Speċjali 24/2018).

    Intestatura 3 “Sigurtà u ċittadinanza” u Intestatura 4 “Ewropa Globali”

    3.53.

    Aħna ppubblikajna tmien rapporti speċjali li jikkonċernaw dawn l-intestaturi tal-QFP. Aħna nixtiequ niġbdu l-attenzjoni għal xi wħud mill-konklużjonijiet u mir-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jinsabu f’erbgħa minn dawn ir-rapporti.

    (a)   ir-Rapport Speċjali Nru 7/2018 - It-Turkija

    3.54.

    Aħna sibna li, b’mod ġenerali, l-assistenza kienet imfassla tajjeb u li l-proġetti kienu pproduċew l-output tagħhom. Madankollu, minħabba n-nuqqas ta’ rieda politika u minħabba l-fatt li l-Kummissjoni ftit li xejn kienet għamlet użu mill-kundizzjonalità, l-assistenza pprovduta mill-UE ma kinitx indirizzat biżżejjed xi wħud mill-ħtiġijiet fundamentali tal-pajjiż biex itejjeb il-governanza u l-istat tad-dritt tiegħu. Barra minn hekk, is-sostenibbiltà tar-riżultati kienet ta’ spiss f’riskju. Għalhekk, aħna qisna li l-effettività tal-finanzjament kienet biss limitata.

    3.55.

    Aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni, u fejn applikabbli, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna:

    jimmiraw lejn fondi tal-”Istrument għall-Assistenza ta’ qabel l-Adeżjoni” b’mod aktar speċifiku f’oqsma fejn ir-riformi jkunu għadhom ma seħħewx;

    itejbu l-valutazzjonijiet tal-approċċ settorjali;

    iżidu l-użu tal-kundizzjonalità;

    itejbu l-monitoraġġ tal-prestazzjoni tal-proġetti;

    inaqqsu d-dewmien bl-applikazzjoni selettiva tal-ġestjoni indiretta.

    (b)   ir-Rapport Speċjali Nru 20/2018 — L-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA)

    3.56.

    Aħna sibna li l-appoġġ tal-UE, iffinanzjat taħt il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, ftit li xejn kellu effett u kien jeħtieġ iffukar mill-ġdid. Għalkemm kien hemm stabbilit qafas strateġiku ġenerali, l-appoġġ mill-UE għall-APSA kien ilu ffukat fuq il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż operazzjonali bażiċi. Minħabba li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni Afrikana kienet dgħajfa, l-APSA kienet ilha għal bosta snin dipendenti ħafna fuq l-appoġġ tad-donaturi. Minkejja l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-UE għall-komponenti tal-APSA, il-kapaċità kienet tvarja b’mod konsiderevoli u kien għad hemm bosta sfidi.

    3.57.

    Aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni, u fejn applikabbli, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna:

    iħeġġu lill-Unjoni Afrikana biex tipparteċipa fl-APSA sabiex tikseb l-indipendenza finanzjarja u jiffukaw mill-ġdid l-appoġġ li jingħata mill-UE biex ma jibqax iffokat fuq l-ispejjeż operazzjonali iżda jiffoka fuq miżuri tal-bini ta’ kapaċità;

    jaċċertaw li l-interventi jkunu konsistentement ibbażati fuq ir-riżultati, inaqqsu d-dewmien fil-konklużjoni ta’ kuntratti u l-finanzjament retroattiv, itejbu l-monitoraġġ u jagħmlu użu koerenti mill-istrumenti ta’ finanzjament.

    (c)   ir-Rapport Speċjali Nru 27/2018 — Il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija

    3.58.

    Aħna sibna li, f’kuntest diffikultuż, il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija kienet immobilizzat EUR 3 biljun fi żmien qasir biex tipprovdi rispons rapidu għall-kriżi tar-refuġjati. Minkejja dan, hija ma kinitx laħqet għalkollox l-objettiv tagħha li tikkoordina dan ir-rispons b’mod effettiv. Il-proġetti awditjati pprovdew appoġġ utli lir-refuġjati; il-biċċa l-kbira minnhom kienu kisbu l-outputs tagħhom, iżda nofshom kienu għadhom ma kisbux l-eżiti mistennija minnhom. Barra minn hekk, aħna sibna li hemm lok għal żieda fl-effiċjenza ta’ proġetti ta’ assistenza fi flus kontanti. Għalhekk, aħna kkonkludejna li l-Faċilità setgħet tkun aktar effettiva, u setgħet tikseb aktar valur għall-flus.

    3.59.

    Aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni:

    tindirizza b’mod aktar effettiv il-ħtiġijiet tar-refuġjati f’dak li jirrigwarda infrastruttura muniċipali u appoġġ soċjoekonomiku;

    ittejjeb ir-razzjonalizzazzjoni u l-komplementarjetà tal-assistenza billi tiddividi l-kompiti b’mod ċar bejn id-diversi sorsi ta’ finanzjament;

    timplimenta strateġija għat-tranżizzjoni minn assistenza umanitarja għal assistenza għall-iżvilupp;

    ittejjeb l-effiċjenza ta’ proġetti ta’ assistenza fi flus kontanti;

    taħdem mal-awtoritajiet Torok biex ittejjeb l-ambjent operazzjonali għall-NGOs Internazzjonali;

    tintensifika l-monitoraġġ u r-rappurtar rigward il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija.

    (d)   Ir-Rapport Speċjali Nru 32/2018 — Il-Fond Fiduċjarju ta’ Emerġenza tal-UE (EUTF) għall-Afrika

    3.60.

    Aħna sibna li l-EUTF għall-Afrika kien għodda flessibbli. Madankollu, meta jiġu kkunsidrati l-isfidi mingħajr preċedent li ffaċċja, it-tfassil tiegħu kien jeħtieġ aktar fokus akbar. Fit-tnedija ta’ proġetti, l-EUTF għall-Afrika kien aktar rapidu meta mqabbel ma’ strumenti tradizzjonali, iżda ffaċċja sfidi simili li wasslu għal dewmien fl-implimentazzjoni. Minkejja li l-proġetti awditjati kienu fi stadju bikri, kienu bdew jipproduċu output.

    3.61.

    Aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni:

    ittejjeb il-kwalità tal-objettivi tal-EUTF għall-Afrika;

    tirrevedi l-proċedura tal-għażla tal-proġetti;

    tieħu miżuri biex tħaffef l-implimentazzjoni;

    ittejjeb il-monitoraġġ tal-EUTF għall-Afrika.

    Intestatura 5 “Amministrazzjoni”

    3.62.

    Fl-2018, aħna ppubblikajna tliet rapporti speċjali relatati mal-qasam tal-amministrazzjoni. Aħna nixtiequ niġbdu l-attenzjoni għal xi wħud mill-konklużjonijiet u mir-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jinsabu f’wieħed minn dawn ir-rapporti.

    (a)   Ir-Rapport Speċjali Nru 34/2018 — L-ispazji għal uffiċċji tal-istituzzjonijiet tal-UE

    3.63.

    Aħna sibna li l-istituzzjonijiet immaniġġjaw l-infiq tagħhom fuq l-ispazji għal uffiċċji b’mod effiċjenti, iżda l-istrateġiji immobiljari mhux dejjem ġew iddokumentati b’mod uffiċjali. L-istituzzjonijiet ikkooperaw u applikaw prinċipji simili fir-rigward tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Ir-rappurtar li jintbagħat lill-awtoritajiet baġitarji, madankollu, ma ppermettiex li jsir tqabbil u li titwettaq analiżi tal-effiċjenza. Il-mekkaniżmi ta’ finanzjament għall-proġetti l-kbar ta’ kostruzzjoni li analizzajna ta’ spiss kienu kumplessi u dan affettwa t-trasparenza baġitarja. Il-biċċa l-kbira minn dawn il-proġetti ddewmu, li f’xi każijiet dan wassal għal spejjeż addizzjonali.

    3.64.

    Aħna rrakkomandajna li l-Istituzzjonijiet:

    jaġġornaw u jiddokumentaw b’mod uffiċjali l-istrateġiji immobiljari tagħhom u jaġġornaw b’mod regolari d-dokumenti ta’ ppjanar;

    iżidu t-trasparenza baġitarja fir-rigward tal-użu tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament għal proġetti ta’ kostruzzjoni;

    jistabbilixxu proċeduri ta’ ġestjoni li jkunu adegwati kemm għall-proġetti l-kbar ta’ kostruzzjoni kif ukoll għal dawk ta’ rinnovazzjoni; u

    itejbu l-konsistenza tad-data u l-monitoraġġ tal-portafoll immobiljari.

    Rapporti dwar il-“Funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku u sostenibbiltà tal-Unjoni Monetarja”

    3.65.

    Fl-aħħar nett, aħna ppubblikajna wkoll erba’ rapporti speċjali dwar il-“Funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku u Sostenibbiltà tal-Unjoni Monetarja”. Aħna nixtiequ niġbdu l-attenzjoni għal xi wħud mill-konklużjonijiet u mir-rakkomandazzjonijiet ewlenin li jinsabu fi tlieta minn dawn ir-rapporti.

    (a)   Ir-Rapport Speċjali Nru 2/2018 — L-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni ta’ kriżijiet bankarji mill-BĊE.

    3.66.

    Dan l-awditu vvaluta l-effiċjenza operazzjonali tal-ġestjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta’ kompitu superviżorju speċifiku: il-ġestjoni ta’ kriżijiet. Il-BĊE kien stabbilixxa qafas għall-ġestjoni ta’ kriżijiet, iżda kien jeħtieġ li jindirizza xi difetti fit-tfassil u ċerti sinjali li l-implimentazzjoni ma kinitx effiċjenti. Ġew stabbiliti proċeduri għall-valutazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru tal-banek, u l-assessuri kellhom aċċess għal għodod u gwida utli. Madankollu, ir-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-pjanijiet ta’ rkupru ma ntużawx b’mod sistematiku għall-identifikazzjoni ta’ kriżijiet u r-rispons għalihom. Il-BĊE ma kellux sistema għall-użu ta’ skattaturi speċifiċi għall-banek, li setgħu jindikaw kull deterjorament possibbli fil-kundizzjoni finanzjarja ta’ bank. Barra minn hekk, is-sistemi u l-gwida għal valutazzjoni rapida ta’ intervent bikri ma kinux żviluppati biżżejjed, filwaqt li kien meħtieġ li jsir titjib fir-rappurtar tal-ġestjoni dwar il-kwalità tal-assi tal-banek dgħajfa u dwar il-kapaċità fuq il-post korrispondenti.

    3.67.

    Aħna rrakkomandajna li l-BĊE:

    ikompli jiżviluppa l-gwida tiegħu dwar il-valutazzjoni bikrija, inkluż ir-rispons rapidu għall-kriżijiet;

    jiddefinixxi sett ċar ta’ indikaturi għall-identifikazzjoni tal-kriżijiet u r-rispons tagħhom;

    itejjeb il-monitoraġġ u l-użu ta’ informazzjoni dwar il-pjanijiet ta’ rkupru.

    (b)   Ir-Rapport Speċjali Nru 3/2018 — Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP)

    3.68.

    Aħna eżaminajna l-implimentazzjoni, li saret mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku, li għandha l-għan li tidentifika, tipprevieni u tindirizza żbilanċi makroekonomiċi li jistgħu jaffettwaw b’mod negattiv l-istabbiltà ekonomika. Aħna sibna li, għalkemm b’mod ġenerali l-MIP kienet imfassla tajjeb, il-Kummissjoni ma kinitx qed timplimentaha b’mod li jkun jiżgura l-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi b’mod effettiv. B’mod ġenerali, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) maħruġa mill-Kummissjoni urew bosta dgħufijiet; il-klassifikazzjoni tal-Istati Membri li kellhom żbilanċi ma kinitx trasparenti, l-analiżi approfondita li twettqet mill-Kummissjoni, minkejja l-istandard tajjeb tagħha, kienet saret inqas viżibbli, u kien hemm nuqqas ta’ sensibilizzazzjoni pubblika rigward il-proċedura u l-implikazzjonijiet tagħha. Barra minn hekk, il-proċedura ma ffaċilitatx b’mod adegwat l-identifikazzjoni bikrija tal-iżbilanċi, billi l-indikaturi tagħha kienu bbażati fuq data skaduta u medji mobbli, b’hekk hija ma kinitx tieħu kont tal-avvenimenti reċenti.

    3.69.

    Aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni ttejjeb sostanzjalment ċerti aspetti tal-ġestjoni tagħha u tagħti prominenza akbar lill-MIP.

    (c)   Ir-Rapport Speċjali Nru 18/2018 — L-objettiv prinċipali tal-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir qiegħed jintlaħaq?

    3.70.

    Aħna sibna li f’bosta Stati Membri b’dejn għoli, il-PST ma kienx kiseb progress suffiċjenti lejn l-ilħuq tal-objettivi ta’ terminu medju f’perjodu ta’ żmien raġonevoli. Il-Kummissjoni Ewropea kienet użat is-setgħat diskrezzjonali tagħha b’mod estensiv fl-istabbilment tar-regoli għall-implimentazzjoni u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet individwali sabiex tnaqqas ir-rekwiżiti tal-aġġustament.

    3.71.

    Aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni:

    tbiddel ir-rati ta’ aġġustament meħtieġa inklużi fil-“matriċi tar-rekwiżiti” biex iżżid ir-rekwiżiti ta’ aġġustament għall-Istati Membri bi proporzjon ta’ dejn ta’ aktar minn 60 % u tindirizza l-effetti kumulattivi ta’ devjazzjoni awtorizzata meta jingħataw klawsoli multipli;

    tirriforma l-applikazzjoni attwali tal-klawsoli ta’ flessibbiltà, billi tillimita l-flessibbiltà għal spejjeż fiskali reali tar-riformi, u tiżgura li l-klawsola tal-investiment ma tkomplix tintuża fil-forma attwali tagħha, u li tiġi rriformata b’tali mod li tiżgura li l-infiq kollu addizzjonali li jirriżulta mid-devjazzjoni mill-perkors oriġinali lejn l-MTO (jiġifieri fis-snin kollha wara li tingħata din il-klawsola) ikun relatat ma’ investiment u jwassal għal żieda fl-investiment pubbliku meta mqabbel mal-PDG;

    tiżgura l-konsistenza bejn ir-rekwiżiti taħt il-parti preventiva u dawk taħt il-parti korrettiva;

    tinkludi rekwiżiti aktar ċari fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, u tipprovdi spjegazzjonijiet aħjar tar-rekwiżiti u tar-riskji li jinħolqu jekk dawn ma jiġux implimentati fil-ħin.

    Parti 3 — Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet

    3.72.

    Kull sena, aħna neżaminaw il-punt sa fejn l-entitajiet awditjati tagħna jkunu ħadu azzjoni b’rispons għar-rakkomandazzjonijiet tagħna. Dan is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tagħna huwa pass importanti fiċ-ċiklu tal-awditjar. Huwa jipprovdi feedback dwar l-impatt tax-xogħol tagħna u jinkoraġġixxi lill-entitajiet awditjati tagħna biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet li nagħmlu.

    Aħna analizzajna l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet kollha li ġew indirizzati lill-Kummissjoni fl-2015

    3.73.

    Fi snin preċedenti, aħna analizzajna biss għażla ta’ rakkomandazzjonijiet li kienu saru tliet snin qabel. Din is-sena, analizzajna l-185 rakkomandazzjoni kollha li ġew indirizzati lill-Kummissjoni fil-25 rapport speċjali li ġew adottati fl-2015. Aħna ma eżaminajniex l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni waħda minħabba li ma kinitx għadha rilevanti, u ma tajniex segwitu għat-48 rakkomandazzjoni li ġew indirizzati lill-Istati Membri.

    3.74.

    Biex inwettqu s-segwitu tagħna, aħna użajna analiżijiet dokumentarji u wettaqna intervisti mal-persunal tal-Kummissjoni. Biex niżguraw li jsir eżaminar ġust u bbilanċjat, aħna bgħatna s-sejbiet tagħna lill-Kummissjoni u ħadna kont tar-risposti tagħha fl-analiżi finali tagħna.

    Il-Kummissjoni kif indirizzat ir-rakkomandazzjonijiet tagħna?

    3.75.

    Mill-184 rakkomandazzjoni li ngħataw segwitu, il-Kummissjoni kienet implimentat bis-sħiħ 114 (62 %). Hija kienet implimentat 26 mir-rakkomandazzjonijiet li kien jifdal (14 %) fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, 33 (18 %) f’xi wħud mill-aspetti, u l-11 (6 %) l-oħra ma kinitx implimentathom (ara l- Kaxxa 3.15 ). L- Anness 3.3 juri l-istatus ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fid-dettall.

    Kaxxa 3.15

    Implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li għamilna fl-awditi tal-prestazzjoni li wettaqna fl-2015

    Image 29

    Sors:

    Il-QEA.

    3.76.

    F’ċerti oqsma, il-Kummissjoni kienet partikolarment risponsiva għar-rakkomandazzjonijiet tagħna. Għal tliet rapporti speċjali relatati mal-enerġija rinnovabbli fl-Afrika tal-Lvant (RS Nru 15/2015), mal-assistenza finanzjarja pprovduta lil pajjiżi li jinsabu f’diffikultajiet (RS Nru 18/2015), u mal-assistenza teknika lill-Greċja (RS Nru 19/2015), ir-rakkomandazzjonijiet kollha kienu ġew implimentati bis-sħiħ.

    3.77.

    Il-Kummissjoni ma aċċettatx 15-il rakkomandazzjoni u 17 aċċettathom parzjalment. Madankollu, 10 mis-17-il rakkomandazzjoni li ġew parzjalment aċċettati ġew eventwalment implimentati bis-sħiħ, filwaqt li 2 mir-rakkomandazzjonijiet li ġew irrifjutati ġew indirizzati bis-sħiħ u 2 oħra ġew indirizzati f’xi wħud mill-aspetti.

    3.78.

    Bħala konklużjoni, aħna osservajna li l-awditi tal-prestazzjoni tagħna kienu wasslu għal bosta titjib importanti, għalkemm xi wħud mid-dgħufijiet identifikati għadhom hemm. L- Anness 3.4 jiddeskrivi d-dgħufijiet li għad fadal għar-rakkomandazzjonijiet li kienu ġew implimentati parzjalment.

    Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

    Konklużjonijiet

    1.   L-indikaturi juru varjazzjoni sinifikanti fil-kisbiet u indikazzjoni ta’ progress globali moderat (il-paragrafi 3.7 sa 3.20)

    3.79.

    B’mod ġenerali, id-data inkluża fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi tindika li l-progress lejn il-miri tal-prestazzjoni huwa moderat. Il-bidu tardiv u kajman kemm għall-programmi ta’ Koeżjoni kif ukoll għal dawk tal-iżvilupp rurali, kien fattur limitanti importanti.

    2.   L-indikaturi mhux dejjem ipprovdew stampa tajba tal-progress reali (il-paragrafi 3.21 sa 3.35)

    3.80.

    Kemm il-kalkolu tal-progress lejn il-mira bi tqabbil mal-linja bażi kif ukoll il-progress lejn il-mira rrappurtat mill-Kummissjoni fil-PPO għandhom jiġu ttrattati b’attenzjoni minħabba diversi raġunijiet:

    (a)

    Ħafna indikaturi ma ntgħażlux b’mod tajjeb (il-paragrafi 3.22 sa 3.27)

    L-indikaturi ffukaw fuq l-inputs u fuq l-outputs aktar milli fuq r-riżultati u l-impatti;

    Ċerti indikaturi ma kejlux il-kisbiet tal-baġit tal-UE;

    Ma kien hemm l-ebda indikatur għal ċerti aspetti ta’ xi wħud mill-objettivi tal-programmi.

    (b)

    Għal ħafna indikaturi ma kienx possibbli li jiġi kkalkulat il-progress (il-paragrafi 3.28 sa 3.30)

    Għal kważi nofs l-indikaturi, ma kienx possibbli li jiġi kkalkulat il-progress lejn il-mira bi tqabbil mal-linja bażi. Filwaqt li dan jista’ jiġi spjegat permezz ta’ diversi fatturi, ir-raġuni prinċipali kienet in-nuqqas ta’ linja bażi, u ta’ ċifri relatati mal-progress li nkiseb u/jew mal-mira.

    (c)

    Għal xi wħud mill-programmi, id-data disponibbli kienet ta’ kwalità insuffiċjenti (il-paragrafi 3.31 sa 3.33)

    Għal xi wħud mill-programmi, bosta indikaturi ma kellhom l-ebda data dwar il-progress li nkiseb, li tkompli wara l-2015, jew inkella din kienet kompletament ineżistenti;

    Għadd ta’ problemi oħra relatati mal-kwalità tad-data kkumplikaw aktar l-analiżi tal-progress.

    (d)

    Xi programmi jinkludu miri li mhumiex ambizzjużi biżżejjed (il-paragrafi 3.34 sa 3.35)

    Ħafna programmi kienu jinkludu miri li aħna nikkunsidraw li ma kinux ambizzjużi. F’7 programmi, dawn il-miri kienu jikkostitwixxu mill-inqas 15 % tal-miri kollha.

    3.81.

    Il- Kaxxa 3.16 tagħti sommarju tal-konklużjonijiet tagħna dwar il-punt sa fejn il-programmi kienu partikolarment affettwati mid-dgħufijiet identifikati fil-punti (a) u (d) hawn fuq;

    (a)

    programmi li l-proporzjon tagħhom tal-indikaturi tal-input u tal-output kien ogħla minn 66 %;

    (b)

    programmi li għalihom, għal aktar minn 33 % tal-indikaturi, il-progress ma setax jitkejjel;

    (c)

    programmi li għalihom mill-inqas 25 % tal-indikaturi ma kellhom l-ebda data dwar il-progress li nkiseb, li tkompli wara l-2015, jew inkella din kienet kompletament ineżistenti;

    (d)

    programmi li għalihom mill-inqas 15 % tal-indikaturi kellhom miri li ma kinux ambizzjużi.

    Dan juri li ma hemm l-ebda programm fil-kampjun tagħna li mhuwiex affettwat minn dawn id-dgħufijiet.

    Kaxxa 3.16

    Sommarju tal-konklużjonijiet

     

    Programmi eżaminati u perċentwal tal-programmazzjoni finanzjarja 2014-2020 fil-kampjun f’kull kaxxa

    Progress medju lejn il-mira: Kalkolu mill-QEA (mil-linja bażi)

     

     

    Progress medju lejn il-mira, b’perċentwal ta’ 20 % jew inqas

    Progress medju lejn il-mira, b’perċentwal ta’ aktar minn 20 % jew inqas minn 50 %

    Progress medju lejn il-mira, b’perċentwal ta’ 50 % jew aktar

     

     

    Qafas tal-prestazzjoni li ma jippreżenta l-ebda waħda mill-erba’ dgħufijiet identifikati

     

     

     

     

     

    Qafas tal-prestazzjoni li jippreżenta waħda mill-erba’ dgħufijiet identifikati

    FEŻR, Ikel u għalf

    FAEŻR, ENI, IPA II

    Erasmus+, Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn, Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, Fond għas-Sigurtà Interna, DCI, Għajnuna Umanitarja, Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

     

     

    21 % tal-programmazzjoni finanzjarja fil-kampjun

    13 % tal-programmazzjoni finanzjarja fil-kampjun

    6 % tal-programmazzjoni finanzjarja fil-kampjun

     

     

    Qafas tal-prestazzjoni li jippreżenta mill-inqas tnejn mill-erba’ dgħufijiet identifikati

     

    Orizzont 2020, FNE, FK, Programm Ewropa Kreattiva

    FEIS, FSE, FEMS, LIFE

     

     

    17 % tal-programmazzjoni finanzjarja fil-kampjun

    11 % tal-programmazzjoni finanzjarja fil-kampjun

     

    Nota:

    Il-progress lejn il-mira ma setax jiġi kkalkulat għall-FAEG u għall-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (32 % tal-programmazzjoni finanzjarja fil-kampjun)

    Sors:

    Il-QEA

    3.82.

    Fil-paragrafi 3.36 sa 3.71, aħna nippreżentaw il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin minn għażla ta’ rapporti speċjali li ppubblikajna fl-2018.

    3.83.

    Din is-sena, is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet li saru fil-passat (ara l-paragrafi 3.72 sa 3.78) ikkonfermaw li, bħal fis-snin li għaddew, 76 % mir-rakkomandazzjonijiet li aħna eżaminajna kienu ġew implimentati bis-sħiħ jew fil-biċċa l-kbira mill-aspetti. Fi 18 % tal-każijiet, ir-rakkomandazzjonijiet kienu ġew implimentati biss f’xi wħud mill-aspetti, u kien għad hemm xi dgħufijiet sinifikanti. Perċentwal ta’ 6 % biss tar-rakkomandazzjonijiet ma kinux ġew implimentati.

    Rakkomandazzjonijiet

    3.84.

    L- Anness 3.5 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu tagħna għat-tliet rakkomandazzjonijiet li għamilna fil-Kapitolu 3 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna. It-tlieta li huma kienu ġew implimentati f’xi wħud mill-aspetti.

    3.85.

    Ibbażat fuq il-konklużjonijiet tagħna għall-2018, aħna nagħmlu r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

    Rakkomandazzjoni 3.1 — Jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi l-inklużjoni, fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi, ta’ indikaturi li:

    (a)

    permezz ta’ bilanċ aħjar bejn l-inputs, l-outputs, ir-riżultati u l-impatti jipprovdu informazzjoni aktar rilevanti dwar il-kisbiet tal-programmi ta’ nfiq tal-UE;

    (b)

    ikollhom rabta ċara mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-programmi ta’ nfiq tal-UE;

    (c)

    jirriflettu l-kisbiet tal-programmi ta’ infiq tal-UE aktar milli l-prestazzjoni tal-Kummissjoni u tal-korpi l-oħra li jimplimentawhom; u

    (d)

    ikopru l-objettivi tal-programmi.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: il-ħruġ fl-2022, tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi għall-Baġit 2023

    Rakkomandazzjoni 3.2 — Biex tkun tista’ tikkalkula l-progress lejn il-mira bi tqabbil mal-linja bażi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi oqfsa tal-prestazzjoni għall-programmi kollha li jkollhom il-karatteristiċi elenkati hawn taħt għal dak li jirrigwarda l-indikaturi tal-prestazzjoni. Jekk il-Kummissjoni tqis li dan mhuwiex utli għal indikatur speċifiku, jenħtieġ li hija tispjega l-għażla tagħha fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi.

    (a)

    linji bażi kwantitattivi, li jistipulaw is-sena għal-linja bażi;

    (b)

    objettivi intermedjarji kwantitattivi;

    (c)

    miri kwantitattivi, li jistipulaw is-sena tal-mira;

    (d)

    data li jkollha l-livell meħtieġ ta’ kwalità biex il-progress lejn il-mira bi tqabbil mal-linja bażi jkun jista’ jiġi kkalkulat faċilment.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: il-ħruġ fl-2022, tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi għall-Baġit 2023

    Rakkomandazzjoni 3.3 — Jenħtieġ li l-Kummissjoni timmira li tirċievi informazzjoni f’waqtha dwar il-prestazzjoni għall-indikaturi kollha tal-prestazzjoni, pereżempju billi tintroduċi għodod ġodda ta’ rappurtar fuq pjattaformi tal-Internet.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: it-tnedija tal-proġett fl-2021

    Rakkomandazzjoni 3.4 — Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddokumenta l-miri proposti, biex l-awtorità baġitarja tkun tista’ tivvaluta l-livell tagħhom ta’ ambizzjoni. Dan se jinvolvi li jiġu proposti miri għall-indikaturi kollha fil-programmi ta’ nfiq.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: il-ħruġ fl-2022, tad-dikjarazzjonijiet tal-programmi għall-baġit 2023

    Rakkomandazzjoni 3.5 — Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-Ħarsa Ġenerali lejn il-Prestazzjoni tal-Programmi, speċjalment billi:

    (a)

    tuża metodu wieħed għall-kalkolu tal-progress lejn il-mira bi tqabbil mal-linja bażi. Jekk il-Kummissjoni tqis li dan mhuwiex fattibbli għal indikatur speċifiku, jenħtieġ li hija tispjega l-approċċ tagħha fil-PPO;

    (b)

    tispjega r-raġunament li ntuża għall-għażla tal-indikaturi tal-prestazzjoni għal kull programm.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-Edizzjoni 2021 tal-Ħarsa Ġenerali lejn il-Prestazzjoni tal-Programmi


    (1)  L-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

    (2)  Ara l-“Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, id-Dokument ta’ Ħidma, il-Parti I — id-Dikjarazzjonijiet tal-programmi għan-nefqa operazzjonali, COM(2018) 600 — Mejju 2018”.

    (3)  Ara “Ħarsa Ġenerali lejn il-Prestazzjoni tal-Programmi għall-Baġit tal-UE għall-perjodu 2014-2020 — Silta mid-dikjarazzjonijiet tal-programmi għan-nefqa operazzjonali tal-Abbozz tal-Baġit 2019 — COM(2018) 600 — Mejju 2018”.

    (4)  Nota: fir-Rakkomandazzjoni 5 tal-Kapitolu 3 tar-Rapport Annwali 2016 (il-paragrafu 3.77), aħna tlabna lill-Kummissjoni biex “tindika fir-rapporti ewlenin dwar il-prestazzjoni jekk, sa fejn taf hi, l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni pprovduta tkunx ta’ kwalità suffiċjenti”.

    (5)  Il-linji bażi kienu jiddipendu fuq id-disponibbiltà ta’ informazzjoni iżda fil-prinċipju dawn kienu jikkorrispondu għad-data dwar l-aspett rilevanti tal-programm li kienet disponibbli fl-1.1.2014.

    (6)  Ara pereżempju “Measuring distance to the Sustainable Development Goal (SDG) targets — An assessment of where OECD countries stand” (Il-kejl tad-distanza għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) — Valutazzjoni tas-sitwazzjoni tal-pajjiżi OECD) — Ġunju 2017 — OECD, p. 15, it-Tabella 3: Vantaġġi u żvantaġġi ta’ proċeduri differenti ta’ normalizzazzjoni.

    (7)  Ara d-“Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni, Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar — SWD(2017)350 Finali — 7/7/2017”, p. 26.

    (8)  Kif spjegat fin-“Nota metodoloġika” tal-PPO, p. 2.

    (9)  Wara tlieta jew erba’ snin minn sebgħa, rispettivament.

    (10)  Nota: għall-kalkolu tal-progress bi tqabbil mal-linja bażi, aħna kkunsidrajna li l-linja bażi għall-indikaturi kienet żero anke jekk din l-informazzjoni ma ġietx inkluża fid-dikjarazzjonijiet tal-programmi.

    (11)  Tinsab għaddejja modifika tal-leġiżlazzjoni rilevanti, biex ikun jista’ jsir rappurtar għal operazzjonijiet implimentati parzjalment.

    (12)  Ibbażat fuq ħames indikaturi.

    (13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1927/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855).

    (14)  Għad-definizzjonijiet ta’ “Output”, “Riżultat” u “Impatt”, ara l-Artikolu 2 tar-“Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (Lulju 2018)” u l-paġna 49 tal-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar (SWD(2017) 350 final).

    (15)  F’xi każijiet, il-klassifikazzjoni tagħna tal-indikaturi kienet tvarja minn dik użata mill-Kummissjoni jew stipulata fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

    (16)  Dan il-punt jidher ukoll fid-dokument “OECD Best Practices for Performance Budgeting” (L-aħjar prattiki tal-OECD għal Ibbaġitjar ibbażat fuq il-Prestazzjoni) maħruġ mill-Kumitat tad-Direttorat għall-Governanza Pubblika tal-OECD (GOV/PGC/SBO(2018)7, 23 ta’ Novembru 2018). “L-aħjar prattika 3” tinkludi dan li ġej: Il-gvern juża taħlita ta’ miżuri tal-prestazzjoni, li jibbilanċjaw il-ħtieġa li jitkejlu l-eżiti ta’ politika fuq terminu itwal mal-ħtieġa li jiġi mmonitorjat il-progress fuq it-terminu qasir.

    (17)  COM(2018) 600 — Mejju 2018: Abbozz tal-Baġit Ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019; id-Dokument ta’ Ħidma, il-Parti I, id-Dikjarazzjonijiet tal-programmi għan-nefqa operazzjonali, p. 5.

    (18)  Fejn ikun rilevanti, anke mill-politika ta’ akkumpanjament li ma tinvolvix infiq (pereżempju permezz tar-regolament tal-UE).

    (19)  Ara pereżempju n-nota f’qiegħ il-paġna li jmiss għaż-żewġ indikaturi relatati mal-objettivi ġenerali tal-programm Għajnuna Umanitarja (Għadd ta’ mwiet minħabba diżastri naturali kif irreġistrat fid-database tal-EM-DAT u Għadd ta’ pajjiżi li ġew ikklassifikati bħala li jinsabu f’riskju għoli ħafna ta’ diżastri fl-indiċi INFORM): Għandu jiġi osservat li parti importanti ħafna tar-riżultati annwali u l-evoluzzjoni ta’ dan l-indikatur tiddependi fuq fatturi esterni li huma kompletament barra mill-kontroll tal-Kummissjoni. Huwa diffiċli li tiġi vvalutata l-kontribuzzjoni speċifika tal-għajnuna umanitarja għall-evoluzzjoni ta’ dan l-indikatur.

    (20)  Il-programmi kollha kellhom objettivi speċifiċi. Xi programmi, madankollu, ma kellhomx objettivi ġenerali.

    (21)  L-Għadd ta’ persuni fil-popolazzjoni li ġew megħjuna biex jegħlbu sitwazzjoni ta’ kriżi fejn il-kundizzjonijiet ta’ għejxien tagħhom ġew affettwati.

    (22)  Pereżempju, it-tabelli tal-prestazzjoni tal-Anness 11 tar-RAA tad-DĠ REGIO, jindikaw li rigward iċ-ċifri tal-objettivi intermedji inklużi fit-tabelli li ġejjin, għandu jiġi osservat li dawn huma biss stimi indikattivi li ma għandhom jintużaw biex jiġu identifikati każijiet ta’ prestazzjoni insuffiċjenti.

    (23)  Eż. L-indikatur 2 tal-Objettiv Speċifiku 1, tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI), dwar il-proporzjon ta’ studenti li jibdew l-ewwel sena tal-iskola primarja u li jaslu sal-aħħar sena, diżaggregati skont il-ġeneru, li għalih hemm nota f’qiegħ il-paġna li tindika li madankollu, għandu jiġi osservat li dan l-indikatur għadu mhuwiex disponibbli: il-metodoloġija għadha ma ġietx iddefinita u hemm nuqqas ta’ data. Skont l-Unesco, li hija minn ta’ quddiem f’dak li jirrigwarda l-indikaturi SDG fil-qasam tal-edukazzjoni, se jkunu meħtieġa minn 3 sa 5 snin qabel ma dan l-indikatur ikun jista’ jintuża.

    (24)  “Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward l-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2017”, il-Kapitolu 3, il-paragrafu 3.

    (25)  “Discharge 2017: EU general budget — Commission and executive agencies” (Kwittanza 2017: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi ” P8_TA(2019)0242, il-paragrafu 236.

    (26)  Filwaqt li n-netwerk komprensiv fl-UE jammonta għal aktar minn 138 000 km ta’ linji ferrovjarji.

    (27)  Il-linja bażi u l-mira kienu jikkonsistu minn applikazzjoni ta’ 3.2 u 3.0 ta’ privattivi rispettivament għal finanzjament ta’ EUR 10 miljun.

    (28)  https://www.eca.europa.eu

    (29)  Il-pubblikazzjonijiet tagħna tal-2018 kienu jinkludu wkoll disa’ pubblikazzjonijiet analitiċi: żewġ analiżijiet panoramiċi, sitt dokumenti informattivi u analitiċi u analiżi rapida dwar każ speċifiku.

    (30)  L-Intestaturi 1a (“Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”), 1b (“Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”), 2 (“Tkabbir sostenibbli: riżorsi naturali”), 3 (“Sigurtà u ċittadinanza”), 4 (“Ewropa Globali”) u 5 (“Amministrazzjoni”).

    (31)  Nota: ir-rapporti speċjali li jindirizzaw l-azzjoni ambjentali u klimatika tal-UE huma inklużi mal-Intestatura 2 hawn taħt.

    ANNESS 3.1

    LISTA TA’ PROGRAMMI INKLUŻI FIL-KAMPJUN TAGĦNA

    Intestatura tal-QFP

    Akronimu

    Isem il-programm

    1a

    FNE

    Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

    1a

    FEIS

    Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

    1a

    Erasmus +

    Programm tal-Unjoni għall-Edukazzjoni, it-Taħriġ, iż-Żgħażagħ u l-Isport

    1a

    Orizzont 2020

    Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni

    1b

    FK

    Fond ta’ Koeżjoni

    1b

    FEŻR

    Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

    1b

    FSE

    Fond Soċjali Ewropew

    1b

    Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn

    2

    FAEŻR

    Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali

    2

    FAEG

    Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija

    2

    FEMS

    Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd

    2

    LIFE

    Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika

    3

    Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

    3

    Programm Ewropa Kreattiva

    3

    Ikel u Għalf

    3

    Fond għas-Sigurtà Interna

    4

    DCI

    Strument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp

    4

    ENI

    Strument Ewropew ta’ Viċinat

    4

    IPA II

    Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni

    4

    Għajnuna Umanitarja

    Strumenti Speċjali

    FEG

    Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni

    Strumenti Speċjali

    FSUE

    Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea

    Sors:

    Il-QEA.

    ANNESS 3.2

    RAKKOMANDAZZJONIJIET LI ĠEW INDIRIZZATI LILL-ISTATI MEMBRI FL-2018

    Numru tar-RS

    Titlu tar-RS

    Numru u qasam/sommarju tar-rakkomandazzjoni li ġiet indirizzata lill-Istati Membri

    5/2018

    Enerġija rinnovabbli għal żvilupp rurali sostenibbli: sinerġiji sinifikanti huma possibbli iżda fil-biċċa l-kbira mhumiex qed jiġu realizzati

    1.

    Protezzjoni taż-żoni rurali tal-politika fil-politika futura dwar l-enerġija rinnovabbli (jiġifieri meta titfassal il-politika futura dwar l-enerġija rinnovabbli, b’kunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi u l-ħtiġijiet tal-komunità rurali u l-ekonomija)

    5.

    Titjib fl-għażla tal-proġetti billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-valur miżjud għaż-żoni rurali u l-vijabbiltà tal-proġetti

    Nota: ir-Rakkomandazzjoni 1 ġiet indirizzata lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, u r-Rakkomandazzjoni 5 ġiet indirizzata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

    6/2018

    Moviment Liberu tal-Ħaddiema — il-libertà fundamentali hija żgurata iżda orjentament aħjar tal-fondi tal-UE jkun ta’ għajnuna għall-mobbiltà tal-ħaddiema

    1.

    (a) Jitkejjel kemm iċ-ċittadini tal-UE huma konxji mill-għodod eżistenti għall-għoti ta’ informazzjoni dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema u r-rappurtar tad-diskriminazzjoni

    3.

    Isir titjib fil-ġbir u fl-użu tad-data dwar xejriet u flussi fil-mobbiltà tal-ħaddiema u l-iżbilanċi fis-suq tax-xogħol

    5.

    (b) Jitjieb il-monitoraġġ tal-effettività tal-EaSI-EURES, speċjalment fir-rigward ta’ kollokamenti f’impjieg.

    Nota: ir-Rakkomandazzjoni 1 (a), 3 u 5 (b) huma indirizzati kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri

    6.

    Jiġu indirizzati l-limitazzjonijiet tal-Portal tal-EURES dwar il-mobbiltà fix-xogħol

    8/2018

    Appoġġ mill-UE għal investimenti produttivi fin-negozji — jeħtieġ li jkun hemm fokus akbar fuq id-durabbiltà

    1.

    (a) Tiġi promossa d-durabbiltà tar-riżultati

    2.

    Tittieħed inkunsiderazzjoni d-durabbiltà fil-proċeduri tal-għażla

    3.

    Tiġi enfasizzata d-durabbiltà fil-monitoraġġ u fir-rappurtar

    4.

    Tittieħed inkunsiderazzjoni d-durabbiltà fl-evalwazzjonijiet

    Nota: ir-Rakkomandazzjoni 4 hija indirizzata kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri

    5.

    (b) Jiġu applikati miżuri korrettivi ċari b’mod konsistenti

    9/2018

    Sħubiji Pubbliċi-Privati fl-UE: Nuqqasijiet mifruxa u benefiċċji limitati

    1.

    Ma jiġix promoss użu aktar intensiv u mifrux tal-PPPs sakemm il-problemi identifikati jiġu indirizzati, u r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin ma jiġu implimentati b’suċċess

    Nota: ir-Rakkomandazzjoni 1 hija indirizzata kemm lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Istati Membri

    2.

    Jiġi mmitigat l-impatt finanzjarju tad-dewmien u tan-negozjati mill-ġdid dwar l-ispiża tal-PPPs imġarrba mis-sieħeb pubbliku

    3.

    (a) Is-selezzjoni tal-possibbiltà tal-PPPs tkun ibbażata fuq analiżijiet komparattivi sodi tal-aħjar għażla rigward l-akkwist pubbliku

    4.

    (a) Jiġu stabbiliti politiki u strateġiji ċari fil-qasam tal-PPPs

    5.

    (b) Isir titjib fil-qafas tal-UE biex tiżdied l-effettività tal-proġetti PPP

    12/2018

    Broadband fl-Istati Membri tal-UE: minkejja l-progress li sar, mhumiex se jintlaħqu l-miri kollha ta’ Ewropa 2020

    2.

    Ippjanar strateġiku (jiġifieri l-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet riveduti biex juru kif biħsiebhom jilħqu l-miri rilevanti ta’ livell għoli għall-broadband wara l-2020)

    4.

    Ambjent regolatorju (jiġifieri l-Istati Membri janalizzaw il-mandat tal-Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali skont il-qafas regolatorju rivedut tal-UE għat-telekomunikazzjoni)

    21/2018

    L-għażla u l-monitoraġġ ta’ proġetti taħt il-FEŻR u l-FSE fil-perjodu 2014-2020 għadhom prinċipalment orjentati lejn l-outputs

    1.

    Għażla orjentata lejn ir-riżultati (jiġifieri l-Istati Membri jkollhom kriterji tal-għażla li jirrikjedu li l-benefiċjarji jiddefinixxu tal-inqas indikatur wieħed reali tar-riżultati u valutazzjoni ta’ dawn ir-riżultati mistennija u tal-indikaturi fir-rapport ta’ valutazzjoni għall-applikazzjonijiet…)

    2.

    (A) Monitoraġġ orjentat lejn ir-riżultati (jiġifieri l-Istati Membri jinkludu indikaturi tar-riżultati kkwantifikati fil-ftehim ta’ għotja, li jikkontribwixxu għall-indikaturi tar-riżultati stabbiliti fil-livell tal-PO)

    33/2018

    Il-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni fl-UE: theddida dejjem akbar li tirrikjedi azzjoni addizzjonali

    1.

    Rakkomandazzjoni indirizzata lill-“Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri”: Fehim tad-degradazzjoni tal-art u tad-deżertifikazzjoni fl-UE

    Sors:

    Il-QEA.

    ANNESS 3.3

    STATUS DETTALJAT TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET LI SARU FL-2015, GĦAL KULL RAPPORT

    RS

    Titlu tar-rapport

    Nru

    Paragrafu tar-RS

    Implimentata bis-sħiħ

    Implimentati fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Mhux implimentati

    Ma setgħetx tiġi vverifikata

    Ma għadhiex rilevanti

    RS Nru 1/2015

    Trasport minn Passaġġi fuq l-Ilma Interni fl-Ewropa - L-ebda titjib sinifikanti fis-sehem modali u fil-kundizzjonijiet ta’ navigabbiltà mill-2001 'il hawn

    1

    Par. 52, Rakk 1(a)

     

     

     

     

    x

     

    2

    Par. 52, Rakk 1(b)

     

     

    x

     

     

     

    3

    Par. 54, Rakk 2(a)

     

     

    x

     

     

     

    4

    Par. 54, Rakk 2(b)

     

     

    x

     

     

     

    5

    Par. 54, Rakk 2(c)

     

     

     

     

    x

     

    RS Nru 2/2015

    Finanzjament mill-UE ta' impjanti tat-Trattament tal-Ilma Urban Mormi fil-baċin tax-Xmara Danubju - aktar sforzi huma meħtieġa biex l-Istati Membri jingħataw għajnuna sabiex jilħqu l-objettivi tal-UE għall-politika tal-ilma mormi

    1

    Par. 108, Rakk 1(a)

     

     

     

    x

     

     

    2

    Par. 108, Rakk 1(b)

    x

     

     

     

     

     

    3

    Par. 108, Rakk 1(c)

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 108, Rakk 1(d)

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 108, Rakk 1(e)

    x

     

     

     

     

     

    6

    Par. 110, Rakk 2(a)

     

     

    x

     

     

     

    7

    Par. 110, Rakk 2(b)

    x

     

     

     

     

     

    8

    Par. 115, Rakk 3(a)

     

     

     

    x

     

     

    9

    Par. 115, Rakk 3(b)

     

     

     

    x

     

     

    10

    Par. 115, Rakk 3(c)

     

    x

     

     

     

     

    11

    Par. 115, Rakk 3(d)

     

     

    x

     

     

     

    12

    Par. 115, Rakk 3(e)

    x

     

     

     

     

     

    13

    Par. 117, Rakk 4(a)

     

     

     

    x

     

     

    14

    Par. 117, Rakk 4(b)

     

    x

     

     

     

     

    15

    Par. 119, Rakk 5(a)

    x

     

     

     

     

     

    16

    Par. 119, Rakk 5(b)

     

     

     

    x

     

     

    RS Nru 3/2015

    Il-Garanzija għaż-Żgħażagħ tal-UE - ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji fil-ġejjieni għall-implimentazzjoni

    1

    Par. 89, Rakk 1

     

     

     

     

    x

     

    2

    Par. 90, Rakk 2

    x

     

     

     

     

     

    3

    Par. 91, Rakk 3

    x

     

     

     

     

     

    RS Nru 4/2015

    L-assistenza teknika - x’kontribut tat għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali?

    1

    Par. 90, Rakk 1

     

    x

     

     

     

     

    2

    Par. 90, Rakk 2

     

     

     

    x

     

     

    3

    Par. 90, Rakk 3

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 93, Rakk 4

     

     

    x

     

     

     

    RS Nru 5/2015

    L-istrumenti finanzjarji huma għodda ta' suċċess u promettenti fil-qasam tal-iżvilupp rurali?

    1

    Par. 98, Rakk 1

    x

     

     

     

     

     

    2

    Par. 99, Rakk 2

    x

     

     

     

     

     

    3

    Par. 100, Rakk 3

     

    x

     

     

     

     

    4

    Par. 101, Rakk 4

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 102, Rakk 5

     

     

     

     

    x

     

    6

    Par. 103, Rakk 6

     

     

     

     

     

    x

    RS Nru 06/2015

    L-integrità u l-implimentazzjoni tal-EU ETS

    1

    Par. 91, Rakk 1(a)

     

     

    x

     

     

     

    2

    Par. 91, Rakk 1(b)

    x

     

     

     

     

     

    3

    Par. 91, Rakk 1(c)

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 92, Rakk 2

     

     

    x

     

     

     

    5

    Par. 93, Rakk 3(a)

     

     

    x

     

     

     

    6

    Par. 93, Rakk 3(b)

     

    x

     

     

     

     

    7

    Par. 93, Rakk 3(c)

    x

     

     

     

     

     

    8

    Par. 93, Rakk 3(d)

     

     

     

     

    x

     

    9

    Par. 93, Rakk 3(e)

     

     

     

     

    x

     

    10

    Par. 94, Rakk 4(a)

    x

     

     

     

     

     

    11

    Par. 94, Rakk 4(b)

    x

     

     

     

     

     

    12

    Par. 94, Rakk 4(c)

     

     

     

     

    x

     

    13

    Par. 94, Rakk 4(d)

     

     

     

     

    x

     

    14

    Par. 94, Rakk 4(e)

     

     

     

     

    x

     

    15

    Par. 94, Rakk 4(f)

     

     

     

     

    x

     

    16

    Par. 96, Rakk 5(a)

    x

     

     

     

     

     

    17

    Par. 96, Rakk 5(b)

    x

     

     

     

     

     

     

     

    18

    Par. 96, Rakk 5(c)

     

     

     

     

    x

     

    19

    Par. 97, Rakk 6(a)

    x

     

     

     

     

     

    20

    Par. 97, Rakk 6(b)

     

     

     

     

    x

     

    21

    Par. 97, Rakk 6(c)

     

     

     

     

    x

     

    RS Nru 7/2015

    Il-missjoni tal-pulizija tal-UE fl-Afganistan: riżultati mħallta (SEAE)

    1

    Par. 81, Rakk 1

    x

     

     

     

     

     

    2

    Par. 85, Rakk 2(a)

     

     

    x

     

     

     

    3

    Par. 85, Rakk 2(b)

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 85, Rakk 2(c)

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 86, Rakk 3(a)

    x

     

     

     

     

     

    6

    Par. 86, Rakk 3(b)

     

     

    x

     

     

     

    7

    Par. 86, Rakk 3(c)

    x

     

     

     

     

     

    8

    Par. 86, Rakk 3(d)

     

     

    x

     

     

     

    9

    Par. 86, Rakk 3(e)

     

     

    x

     

     

     

    10

    Par. 86, Rakk 3(f)

     

     

    x

     

     

     

    11

    Par. 87, Rakk 4

     

     

     

     

    x

     

    12

    Par. 88, Rakk 5(a)

     

     

    x

     

     

     

    13

    Par. 88, Rakk 5(b)

     

    x

     

     

     

     

    RS Nru 8/2015

    L-appoġġ finanzjarju tal-UE qed jindirizza l-ħtiġijiet ta' mikroimprendituri b'mod adegwat?

    1

    Par. 68, Rakk 1

     

    x

     

     

     

     

    2

    Par. 68, Rakk 2

    x

     

     

     

     

     

    3

    Par. 69, Rakk 3

     

    x

     

     

     

     

    4

    Par. 72, Rakk 4

     

     

     

    x

     

     

    RS Nru 9/2015

    Appoġġ mill-UE għall-ġlieda kontra t-tortura u l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt

    1

    Par. 54, Rakk 1

    x

     

     

     

     

     

    2

    Par. 55, Rakk 2

    x

     

     

     

     

     

    3

    Par. 55, Rakk 3

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 55, Rakk 4

     

     

     

    x

     

     

    5

    Par. 56, Rakk 5

    x

     

     

     

     

     

    6

    Par. 56, Rakk 6

     

     

     

    x

     

     

    RS Nru 10/2015

    L-isforzi biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-akkwist pubbliku fin-nefqa tal-UE għall-Koeżjoni għandhom jiġu intensifikati

    1

    Par. 99, Rakk 1(a)

     

    x

     

     

     

     

    2

    Par. 99, Rakk 1(b)

     

     

     

     

    x

     

    3

    Par. 100, Rakk 2

     

     

     

    x

     

     

    4

    Par. 101, Rakk 3

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 104, Rakk 4

    x

     

     

     

     

     

    6

    Par. 102, Rakk 5

     

    x

     

     

     

     

    7

    Par. 105, Rakk 6(a)

     

     

    x

     

     

     

    8

    Par. 105, Rakk 6(b)

     

     

     

     

    x

     

    RS Nru 11/2015

    Il-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd huma mmaniġġjati tajjeb mill-Kummissjoni?

    1

    Par. 90, Rakk 1(a)

    x

     

     

     

     

     

    2

    Par. 90, Rakk 1(b)

     

     

    x

     

     

     

    3

    Par. 90, Rakk 1(c)

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 90, Rakk 1(d)

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 90, Rakk 1(e)

    x

     

     

     

     

     

    6

    Par. 93, Rakk 2(a)

     

     

    x

     

     

     

    7

    Par. 93, Rakk 2(b)

    x

     

     

     

     

     

    8

    Par. 93, Rakk 2(c)

    x

     

     

     

     

     

    9

    Par. 95, Rakk 3(a)

    x

     

     

     

     

     

    10

    Par. 95, Rakk 3(b)

    x

     

     

     

     

     

    11

    Par. 95, Rakk 3(c)

    x

     

     

     

     

     

    RS Nru 12/2015

    Il-prijorità tal-UE li tippromwovi ekonomija rurali bbażata fuq l-għarfien ġiet affettwata minn ġestjoni ħażina ta’ miżuri ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ konsulenza

    1

    Par. 94, Rakk 1(a)

     

     

     

     

    x

     

    2

    Par. 94, Rakk 1(b)

     

    x

     

     

     

     

    3

    Par. 94, Rakk 1(c)

     

     

     

     

    x

     

    4

    Par. 94, Rakk 1(d)

     

    x

     

     

     

     

    5

    Par. 96, Rakk 2(a)

     

     

     

     

    x

     

    6

    Par. 96, Rakk 2(b)

     

    x

     

     

     

     

    7

    Par. 98, Rakk 3(a)

     

    x

     

     

     

     

    8

    Par. 98, Rakk 3(b)

     

    x

     

     

     

     

     

     

    9

    Par. 100, Rakk 4(a)

     

     

     

     

    x

     

    10

    Par. 100, Rakk 4(b)

     

     

    x

     

     

     

    11

    Par. 102, Rakk 5

     

    x

     

     

     

     

    RS Nru 13/2015

    L-appoġġ tal-UE lil pajjiżi li jipproduċu l-injam taħt il-Pjan ta' Azzjoni FLEGT

    1

    Par. 58, Rakk 1

     

    x

     

     

     

     

    2

    Par. 58, Rakk 2

    x

     

     

     

     

     

    3

    Par. 58, Rakk 3

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 58, Rakk 4

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 59, Rakk 5

     

    x

     

     

     

     

    6

    Par. 59, Rakk 6

    x

     

     

     

     

     

    RS Nru 14/2015

    Il-Faċilità ta' Investiment tal-AKP: tipprovdi valur miżjud? (BEI)

    1

    Par. 40, Rakk 1

    x

     

     

     

     

     

    2

    Par. 41, Rakk 2

    x

     

     

     

     

     

    RS Nru 15/2015

    L-appoġġ taħt il-Faċilità għall-Enerġija AKP–UE għal enerġija rinnovabbli fl-Afrika tal-Lvant

    1

    Par. 42, Rakk 1(i)

    x

     

     

     

     

     

    2

    Par. 42, Rakk 1(ii)

    x

     

     

     

     

     

    3

    Par. 43, Rakk 2(i)

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 43, Rakk 2(ii)

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 43, Rakk 2(iii)

    x

     

     

     

     

     

    6

    Par. 43, Rakk 2(iv)

    x

     

     

     

     

     

    7

    Par. 43, Rakk 2(v)

    x

     

     

     

     

     

    8

    Par. 44, Rakk 3(i)

    x

     

     

     

     

     

    9

    Par. 44, Rakk 3(ii)

    x

     

     

     

     

     

    RS Nru 16/2015

    Titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija permezz tal-iżvilupp tas-suq intern tal-enerġija: jinħtieġu sforzi akbar

    1

    Par. 115, Rakk 1

    x

     

     

     

     

     

    2

    Par. 116, Rakk 2(a)

     

     

     

     

    x

     

    3

    Par. 116, Rakk 2(b)

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 117, Rakk 3

     

    x

     

     

     

     

    5

    Par. 118, Rakk 4

    x

     

     

     

     

     

    6

    Par. 121, Rakk 5(a)

    x

     

     

     

     

     

    7

    Par. 121, Rakk 5(b)

    x

     

     

     

     

     

     

     

    8

    Par. 122, Rakk 6(a)

    x

     

     

     

     

     

    9

    Par. 122, Rakk 6(b)

    x

     

     

     

     

     

    10

    Par. 122, Rakk 6(c)

    x

     

     

     

     

     

    11

    Par. 123, Rakk 7(a)

    x

     

     

     

     

     

    12

    Par. 123, Rakk 7(b)

     

     

    x

     

     

     

    13

    Par. 123, Rakk 7(c)

     

    x

     

     

     

     

    14

    Par. 125, Rakk 8

     

    x

     

     

     

     

    15

    Par. 126, Rakk 9

     

     

    x

     

     

     

    RS Nru 17/2015

    Appoġġ mill-Kummissjoni għat-timijiet ta’ azzjoni għaż-żgħażagħ: ir-riorjentament tal-finanzjament mill-FSE nkiseb, iżda ma kienx hemm fokus suffiċjenti fuq ir-riżultati

    1

    Par. 81, Rakk 1

     

     

     

     

    x

     

    2

    Par. 84, Rakk 2(a)

     

    x

     

     

     

     

    3

    Par. 84, Rakk 2(b)

     

     

    x

     

     

     

    4

    Par. 84, Rakk 2(c)

     

     

    x

     

     

     

    5

    Par. 84, Rakk 2(d)

    x

     

     

     

     

     

    6

    Par. 86, Rakk 3

     

    x

     

     

     

     

    RS Nru 18/2015

    Assistenza finanzjarja pprovduta lil pajjiżi li jinstabu f’diffikultajiet

    1

    Par. 182, Rakk 1

    x

     

     

     

     

     

    2

    Par. 183, Rakk 2

    x

     

     

     

     

     

    3

    Par. 184, Rakk 3

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 189, Rakk 4

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 190, Rakk 5

    x

     

     

     

     

     

    6

    Par. 191, Rakk 6

    x

     

     

     

     

     

    7

    Par. 192, Rakk 7

    x

     

     

     

     

     

    8

    Par. 194, Rakk 8

    x

     

     

     

     

     

    9

    Par. 204, Rakk 9

    x

     

     

     

     

     

    RS Nru 19/2015

    Jeħtieġ li tingħata aktar attenzjoni għar-riżultati biex jitjieb it-twassil tal-assistenza teknika lill-Greċja

    1

    Par. 75, Rakk 1

    x

     

     

     

     

     

    2

    Par. 76, Rakk 2

    x

     

     

     

     

     

    3

    Par. 76, Rakk 3

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 76, Rakk 4

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 76, Rakk 5

    x

     

     

     

     

     

    6

    Par. 78, Rakk 6

    x

     

     

     

     

     

    7

    Par. 78, Rakk 7

    x

     

     

     

     

     

    RS Nru 20/2015

    Il-kosteffettività tal-appoġġ taħt l-Iżvilupp Rurali tal-UE għal investimenti mhux produttivi fl-agrikoltura

    1

    Par. 74, Rakk 1(a)

     

     

    x

     

     

     

    2

    Par. 74, Rakk 1(b)

     

     

     

     

    x

     

    3

    Par. 75, Rakk 2(a)

     

     

     

     

    x

     

    4

    Par. 75, Rakk 2(b)

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 77, Rakk 3(a)

     

     

    x

     

     

     

    6

    Par. 77, Rakk 3(b)

     

     

     

     

    x

     

    7

    Par. 80, Rakk 4(a)

     

     

     

     

    x

     

    8

    Par. 80, Rakk 4(b)

    x

     

     

     

     

     

    9

    Par. 80, Rakk 4(c)

     

     

     

     

    x

     

    10

    Par. 80, Rakk 4(d)

    x

     

     

     

     

     

    11

    Par. 80, Rakk 4(e)

    x

     

     

     

     

     

    12

    Par. 81, Rakk 5(a)

     

     

     

     

    x

     

    13

    Par. 81, Rakk 5(b)

    x

     

     

     

     

     

    RS Nru 21/2015

    Analiżi tar-riskji relatati ma’ approċċ orjentat lejn ir-riżultati, għal azzjoni tal-UE fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni

    1

    Par. 83, Rakk 1

     

    x

     

     

     

     

    2

    Par. 83, Rakk 2

     

    x

     

     

     

     

    3

    Par. 83, Rakk 3

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 83, Rakk 4

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 83, Rakk 5

    x

     

     

     

     

     

    RS Nru 22/2015

    Is-superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mill-UE - stabbilita tajjeb iżda għadha mhix kompletament effettiva (ESMA)

    1

    Par. 110, Rakk 1

    x

     

     

     

     

     

    2

    Par. 110, Rakk 2

    x

     

     

     

     

     

    3

    Par. 110, Rakk 3

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 110, Rakk 4

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 110, Rakk 5

    x

     

     

     

     

     

    6

    Par. 110, Rakk 6

     

     

    x

     

     

     

    7

    Par. 110, Rakk 7

     

     

    x

     

     

     

    8

    Par. 110, Rakk 8

    x

     

     

     

     

     

    RS Nru 23/2015

    Il-kwalità tal-ilma fil-baċin tax-Xmara Danubju: sar progress fl-implimentazzjoni tad-direttiva qafas dwar l-ilma iżda għad fadal xi jsir

    1

    Par. 172, Rakk 1(a)

    x

     

     

     

     

     

    2

    Par. 172, Rakk 1(b)

    x

     

     

     

     

     

    3

    Par. 172, Rakk 1(c)

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 172, Rakk 1(d)

     

     

     

     

    x

     

    5

    Par. 172, Rakk 1(e)

     

     

     

     

    x

     

    6

    Par. 172, Rakk 1(f)

     

     

     

     

    x

     

    7

    Par. 182, Rakk 2(a)

    x

     

     

     

     

     

    8

    Par. 182, Rakk 2(b)

     

     

     

     

    x

     

    9

    Par. 182, Rakk 2(c)

     

     

     

     

    x

     

    10

    Par. 182, Rakk 2(d)

     

     

     

     

    x

     

    11

    Par. 191, Rakk 3(a)

    x

     

     

     

     

     

    12

    Par. 191, Rakk 3(b)

     

     

    x

     

     

     

    13

    Par. 191, Rakk 3(c)

    x

     

     

     

     

     

    14

    Par. 191, Rakk 3(d)

     

     

    x

     

     

     

    15

    Par. 191, Rakk 3(e)

     

     

    x

     

     

     

    16

    Par. 191, Rakk 3(f)

     

     

     

     

    x

     

    17

    Par. 191, Rakk 3(g)

     

     

     

     

    x

     

    RS Nru 24/2015

    L-indirizzar tal-frodi intra-Komunitarja tal-VAT: Tinħtieġ aktar azzjoni

    1

    Par. 113, Rakk 1

    x

     

     

     

     

     

    2

    Par. 114, Rakk 2

     

     

     

     

    x

     

    3

    Par. 114, Rakk 3

    x

     

     

     

     

     

    4

    Par. 115, Rakk 4(a)

    x

     

     

     

     

     

    5

    Par. 115, Rakk 4(b)

    x

     

     

     

     

     

    6

    Par. 115, Rakk 4(c)

    x

     

     

     

     

     

    7

    Par. 115, Rakk 4(d)

    x

     

     

     

     

     

    8

    Par. 115, Rakk 4(e)

    x

     

     

     

     

     

    9

    Par. 116, Rakk 5

     

     

     

     

    x

     

    10

    Par. 116, Rakk 6

     

     

     

    x

     

     

    11

    Par. 117, Rakk 7

     

     

     

    x

     

     

    12

    Par. 118, Rakk 8

    x

     

     

     

     

     

    13

    Par. 118, Rakk 9

     

     

     

     

    x

     

    14

    Par. 118, Rakk 10

     

     

     

     

    x

     

    15

    Par. 119, Rakk 11

     

     

     

     

    x

     

    16

    Par. 120, Rakk 12

    x

     

     

     

     

     

    17

    Par. 121, Rakk 13

    x

     

     

     

     

     

    18

    Par. 122, Rakk 14

     

     

     

     

    x

     

    RS Nru 25/2015

    L-appoġġ mill-UE għall-infrastruttura rurali: il-potenzjal li jinkiseb valur sinifikattivament akbar għall-flus

    1

    Par. 101, Rakk 1(a)

     

     

     

     

    x

     

    2

    Par. 101, Rakk 1(b)

     

     

    x

     

     

     

    3

    Par. 101, Rakk 1(c)

     

     

     

     

    x

     

    4

    Par. 101, Rakk 1(d)

     

     

    x

     

     

     

    5

    Par. 106, Rakk 2(a)

     

     

     

     

    x

     

    6

    Par. 106, Rakk 2(b)

     

    x

     

     

     

     

    7

    Par. 106, Rakk 2(c)

     

     

     

     

    x

     

     

     

    8

    Par. 106, Rakk 2(d)

     

     

     

     

    x

     

    9

    Par. 109, Rakk 3(a)

     

     

    x

     

     

     

    10

    Par. 109, Rakk 3(b)

     

     

     

     

    x

     

    ANNESS 3.4

    TITJIB MIKSUB U D-DGĦUFIJIET LI FADAL FIR-RIGWARD TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET LI ĠEW IMPLIMENTATI PARZJALMENT, GĦAL KULL RAPPORT

    RS

    Titlu tar-rapport

    Nru

    Paragrafu tar-RS

    Valutazzjoni Finali mill-QEA

    Titjib

    Dgħufijiet

    RS Nru 1/2015

    Trasport minn Passaġġi fuq l-Ilma Interni fl-Ewropa - L-ebda titjib sinifikanti fis-sehem modali u fil-kundizzjonijiet ta’ navigabbiltà mill-2001 'il hawn

    2

    Par. 52, Rakk 1(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-kriterji tal-għoti għas-sejħiet taħt l-FNE, inklużi dawk is-sejħiet li jagħtu prijorità lill-passaġġi fuq l-ilma interni (IWW), jirreferu għar-rilevanza, il-maturità, l-impatt u l-kwalità tal-azzjonijiet proposti.

    Ma hemmx titjib rigward il-fondi tal-FSIE. Il-Kummissjoni ma tistax timponi lill-Istati Membri biex jagħżlu proġetti aktar rilevanti u aktar avvanzati. Il-Kummissjoni ma tiffukax il-finanzjament tagħha fuq proġetti li għandhom pjanijiet avvanzati għall-eliminazzjoni ta’ ostakli fil-viċinanzi.

    3

    Par. 54, Rakk 2(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni qed twettaq studji relatati mal-potenzjal tat-trasport fuq l-ilma. Il-pjanijiet ta' ħidma annwali relatati mal-kurituri tan-netwerk ewlieni (CNC) fihom informazzjoni dwar il-benefiċċji potenzjali tan-navigazzjoni interna.

    Ma hemmx evidenza ta’ sforzi effettivi ta’ koordinazzjoni fl-Istati Membri.

    4

    Par. 54, Rakk 2(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-pjanijiet ta' ħidma annwali relatati mal-kurituri tan-netwerk ewlieni jiġu ffinalizzati flimkien mal-Istati Membri u jieħdu kont tal-informazzjoni l-aktar reċenti riċevuta mingħandhom u mingħand il-partijiet ikkonċernati, kif ukoll ir-riżultati tas-sejħiet għall-proposti l-aktar reċenti.

    Ma hemmx evidenza li l-Kummissjoni u l-Istati Membri qablu dwar objettivi speċifiċi u li jistgħu jintlaħqu kif ukoll dwar stadji importanti preċiżi għall-eliminazzjoni ta’ ostakli fil-kurituri, li l-korrodinazzjoni fost l-Istati Membri differenti hija effettiva u li l-pjanijiet ta' ħidma annwali adottati li huma relatati mal-kurituri tan-netwerk ewlieni, huma infurzabbli.

    RS Nru 2/2015

    Finanzjament mill-UE ta' impjanti tat-Trattament tal-Ilma Urban Mormi fil-baċin tax-Xmara Danubju - aktar sforzi huma meħtieġa biex l-Istati Membri jingħataw għajnuna sabiex jilħqu l-objettivi tal-UE għall-politika tal-ilma mormi

    6

    Par. 110, Rakk 2(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Għal agglomerazzjonijiet ta’ aktar minn 2 000 e.p., il-formati l-ġodda għar-rappurtar ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 17 tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi jipprovdu informazzjoni dwar l-investimenti previsti biex tinkiseb konformità.

    Din l-informazzjoni ma nġabritx għal agglomerazzjonijiet ta’ inqas minn 2 000 e.p.

    10

    Par. 115, Rakk 3(c)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Twettaq studju ddedikat. Ir-rakkomandazzjonijiet sussegwenti attwalment qed jitqiesu fil-qafas tal-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (UWWTD).

    Il-konklużjoni tad-DĠ ENV rigward ir-rakkomandazzjoni tagħna, jiġifieri l-ħtieġa għal kejl obbligatorju ta’ tifwir, għadha pendenti.

    11

    Par. 115, Rakk 3(d)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-kwalità tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji tjiebet, u għaldaqstant dan jippermetti li, f’xi każijiet, jitnaqqsu l-Impjanti tat-Trattament tal-Ilma Mormi (WWTP) li huma kbar iżżejjed.

    Għad hemm riskju ta’ impjanti tat-trattament tal-ilma mormi li jkunu kbar iżżejjed.

    14

    Par. 117, Rakk 4(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    F’Marzu 2016, il-Kummissjoni adottat il-Proposta għal Regolament dwar il-Prodotti Fertilizzanti.

    L-adozzjoni tar-Regolament dwar il-Prodotti Fertilizzanti li ġie rivedut għadha pendenti. L-inklużjoni tal-ħama tad-dranaġġ fil-lista ta’ fertilizzanti tiddependi fuq ir-riżultati ta’ studju tekniku kontinwu.

    RS Nru 4/2015

    L-assistenza teknika (AT) - x’kontribut tat għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali?

    1

    Par. 90, Rakk 1

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni implimentat formalment ir-rakkomandazzjoni. Biex tikkjarifika l-ambitu u l-applikazzjoni tal-AT, il-Kummissjoni ħarġet dokument ta’ gwida għall-Istati Membri. Biex timmonitorja l-implimentazzjoni mill-Istati Membri, il-Kummissjoni (bħalma rrakkomandajna) introduċiet, fit-tabella ta’ rappurtar, distinzjoni bejn l-ispejjeż amministrattivi u spejjeż oħra sabiex timmonitorja l-użu li l-Istati Membri jagħmlu mill-AT (ħlief in-netwerks rurali nazzjonali (NRN)).

    Dokument ta’ gwida pprovdut lill-Istati Membri dwar l-ambitu u l-ispejjeż eliġibbli tal-AT. Il-Kummissjoni introduċiet id-distinzjoni rrakkomandata bejn l-ispejjeż amministrattivi u spejjeż oħra fit-tabella ta’ monitoraġġ tal-AT.

    Il-valur miżjud tal-azzjonijiet meħuda b’segwitu għar-rakkomandazzjoni huwa dubjuż.

    Filwaqt li l-Kummissjoni implimentat ir-Rakkomandazzjoni Nru 1 (kjarifika u monitoraġġ), l-azzjoni tagħha ma indirizzatx is-sejba ta’ bażi tagħna li ġiet identifikata fir-rapport, jiġifieri li sehem kbir tal-infiq mill-Istati Membri fuq l-AT “effettivament jammonta għal appoġġ baġitarju”. L-użu tal-AT għall-ispejjeż amministrattivi ġenerali ma jmurx kontra r-Regolamenti tal-UE, u għalhekk huwa permess mill-Kummissjoni. Bħala parti mill-monitoraġġ, evalwazzjoni xierqa ta’ dawn l-ispejjeż u tqabbil bejn l-Istati Membri jistgħu jigħinu biex jiġu identifikati l-aħjar/l-agħar prattiki li għandhom jiġu inklużi fid-dokument ta’ gwida u fir-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

    4

    Par. 93, Rakk 4

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni introduċiet ir-rakkomandazzjoni għall-Istati Membri kollha biex jinkludu sistema ta’ prestazzjoni xierqa li tippermettilhom jivvalutaw il-kontribut tal-AT għall-politika, inklużi l-objettivi SMART.

    Skont l-evidenza disponibbli għall-awdituri, il-Kummissjoni ma ħaditx biżżejjed azzjonijiet għall-istabbiliment tal-qafas tal-prestazzjoni fil-livell tagħha. Hija ħeġġet lill-Istati Membri, permezz tar-rakkomandazzjoni li għamlet fl-ittri ta’ osservazzjoni tagħha għall-approvazzjoni tal-PŻR 2014-2020, biex jistabbilixxu indikaturi adegwati għall-AT, iżda dan mhuwiex obbligatorju. L-ebda informazzjoni dwar l-istat ta’ implimentazzjoni tal-qafas tal-prestazzjoni fil-livell tal-Istati Membri ma kienet disponibbli min-naħa tal-Kummissjoni. Ftit li xejn kien hemm datadisponibbli dwar il-monitoraġġ meħtieġ, u din id-datama ntużatx fil-prattika. L-indikaturi għall-NRN u għall-ispejjeż l-oħra (li jkopru wkoll l-appoġġ AT għall-bini tal-kapaċitajiet) mhumiex ibbilanċjati b’kont meħud tad-daqs relattiv tal-infiq relatat ma’ dawn l-elementi.

    RS Nru 5/2015

    L-istrumenti finanzjarji huma għodda ta' suċċess u promettenti fil-qasam tal-iżvilupp rurali?

    3

    Par. 100, Rakk 3

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Allinjament aħjar tal-ingranaġġ ma’ gruppi fil-mira speċifiċi fil-qasam tal-iżvilupp rurali u ingranaġġ standard ta’ 5 previst fil-faċilità ta' garanzija tal-FEI għas-settur agrikolu (jiġifieri kull EUR 1 investit mill-fondi tal-UE jirriżulta f’investiment totali ta’ EUR 5). Żieda fl-effetti rotanti marbutin mal-ġestjoni aktar stretta tal-fondi u tnaqqis fil-kapitalizzazzjoni eċċessiva.

    Il-Kummissjoni ma ddefinietx miri eżatti għall-effetti rotanti. L-impatt reali tal-ġestjoni aktar stretta tal-fondi fuq l-effetti rotanti jibqa’ mhux iddeterminat.

    RS Nru 6/2015

    L-integrità u l-implimentazzjoni tal-EU ETS

    1

    Par. 91, Rakk 1(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    F’Mejju 2019, task force speċjalizzata fid-derivattivi ta’ komoditajiet flimkien ma’ membri tal-ESMA (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u d-DĠ FISMA tal-Kummissjoni żviluppat attivitajiet ulterjuri. Il-Kummissjoni se twettaq valutazzjoni mill-ġdid tar-riskji potenzjali li huma marbutin mal-għoti ta’ eżenzjonijiet mill-MiFID II lil negozjanti li huma meħtieġa jikkonformaw u lil parteċipanti iżgħar fis-suq bħala parti mill-analiżi ta' nofs it-terminu tal-MiFID, fil-bidu tal-2020.

    Ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskji u l-miżuri korrettivi potenzjali għadhom pendenti.

    4

    Par. 92, Rakk 2

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    L-istudju, li se jkun il-bażi għall-valutazzjoni tal-istatus legali tal-ETS, ġie ffinalizzat u approvat f’Diċembru 2018. Dan l-istudju jippermetti lill-Kummissjoni tanalizza l-mod kif jeħtieġ li hija tirreaġixxi.

    Il-Kummissjoni għadha ma analizzatx in-natura legali tal-kwoti u tal-benefiċċji jew l-iżvantaġġi tagħhom, u għalhekk hija ma għandhiex informazzjoni dwar jekk hijiex meħtieġa xi azzjoni li tista’ potenzjalment tittieħed u dwar in-natura ta’ din l-azzjoni.

    5

    Par. 93, Rakk 3(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-MiFID II u l-MAR huma applikabbli, u dan jibdel l-istatus tal-kwoti kollha tal-ETS għal strumenti finanzjarji. Dan jinvolvi wkoll ir-rappurtar u l-ġbir tad-data, li jiffaċilitaw il-kontroll tat-tranżazzjonijiet taħt l-ETS. L-applikazzjoni tal-mekkaniżmu tar-reverse charge tal-VAT mill-biċċa l-kbira mill-Istati Membri tnaqqas ir-riskju tal-frodi tal-VAT.

    L-analiżi u r-rispons (korrettiv) reattiv, min-naħa tal-Kummissjoni, għall-pakkett MiFID II li ġie applikat reċentement għadhom pendenti. Barra minn hekk, għad hemm nuqqas ta’ koordinazzjoni transkonfinali.

    6

    Par. 93, Rakk 3(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Qafas ta’ kontroll imtejjeb skont il-MiFID II u l-abbozz tar-regolament il-ġdid dwar ir-reġistru. Skambju rinfurzat u sistematiku ta’ informazzjoni, gwida u kkordinazzjoni pprovduti mill-Kummissjoni lill-Istati Membri.

    Il-pakkett MiFID II huwa attwalment applikabbli u jeħtieġ li jiġi vvalutat fir-rigward tar-riżultati tiegħu. Ir-Regolament il-ġdid dwar ir-Reġistru ġie adottat mill-Kummissjoni, u b'segwitu għal perjodu ta’ skrutinju leġiżlattiv sat-12 ta’ Mejju 2019, il-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropeaattwalment hija pendenti. Huwa se jibda japplika mill-2021 u jista’ jiġi vvalutat biss wara din id-data.

    RS Nru 7/2015

    Il-missjoni tal-pulizija tal-UE fl-Afganistan: riżultati mħallta (SEAE)

    2

    Par. 85, Rakk 2(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Evidenza ta’ kurrikulu ta’ taħriġ qabel l-iskjerament għall-persunal internazzjonali li jiġi kkuntrattat u ssekondat.

    Ma hemmx evidenza reali tal-korsijiet ta’ taħriġ. Ma hemmx elementi speċifiċi għall-pajjiżi. Ma hemmx evidenza tat-taħriġ qabel l-iskjerament għall-persunal lokali.

    6

    Par. 86, Rakk 3(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Żieda fis-sensibilizzazzjoni tal-persunal tal-missjoni dwar il-kultura lokali permezz ta’ taħriġ speċifiku.

    L-evidenza disponibbli ma turix l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni għal min iħarreġ/għat-trainees lokali.

    8

    Par. 86, Rakk 3(d)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    l-entità awditjata pprovdiet xi evidenza tal-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet għall-attivitajiet ta’ mentoraġġ.

    Għall-fajls, l-istadji importanti u r-reġistri ta’ mentoraġġ ma ġiet identifikata l-ebda evidenza.

    9

    Par. 86, Rakk 3(e)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-membri kollha tal-persunal li jitilqu mill-missjoni huma meħtieġa jipprovdu informazzjoni bil-miktub għal finijiet ta’ handover, kif ukoll linji gwida speċifiċi għal diversi popolazzjonijiet u sitwazzjonijiet fil-mira.

    Fid-dokumentazzjoni ta’ sostenn ma kienx hemm linji gwida speċifiċi għall-mentors rigward il-handover.

    10

    Par. 86, Rakk 3(f)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Is-SEAE introduċa approċċ imtejjeb biex jirrinforza r-rabtiet bejn il-pjanijiet ta’ implimentazzjoni tal-missjonijiet u l-ippjanar/il-monitoraġġ operazzjonali.

    L-awdituri ma sabux struzzjonijiet/evidenzi speċifiċi għas-sinerġiji mal-attivitajiet ta’ mentoraġġ u biex jorbtu b’mod ċar l-objettivi tal-proġetti mal-istadji importanti tal-MIP.

    12

    Par. 88, Rakk 5(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Kemm il-Kummissjoni kif ukoll is-SEAE tejbu l-linji gwida tagħhom li jkopru r-riskji relatati mal-għeluq tal-missjonijiet. Elementi ta’ sostenn ċentrali standardizzat mill-Kwartieri Ġenerali diġà qed jiġu żviluppati jew ġew parzjalment stabbiliti, eż. il-Pjattaforma ta' Sostenn għall-Missjonijiet.

    L-ebda strateġija komprensiva u komuni tas-SEAE/tal-Kummissjoni għadha ma ġiet żviluppata sa issa għat-tnaqqis tal-persunal u għall-għeluq tal-missjonijiet tal-PSDK. Id-dgħufija li l-pjanijiet għall-għeluq tal-missjonijiet għandhom jiġu ppreżentati tliet xhur biss qabel it-tmiem tal-fażi operazzjonali tal-mandat ma ġietx rimedjata. Il-linji gwida disponibbli ma jindirizzawx b’mod komprensiv id-diversi riskji inerenti fil-proċess ta’ tnaqqis tal-persunal u ta’ għeluq tal-missjonijiet.

    13

    Par. 88, Rakk 5(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Żvilupp ta’ sostenn imtejjeb mill-Kwartieri Ġenerali: Pjattaforma ta' Sostenn għall-Missjonijiet, Sistema tal-IT ta’ Ppjanar tar-Riżorsi għall-Intrapriżi, sistema ta’ inventarju/kontabilistika standardizzata, proġett Warehouse II għall-provvediment ta’ kapaċitajiet imtejba: dawn kollha joffru ekonomiji ta' skala, eċċ.

    L-awdituri ma sabux struzzjonijiet/evidenzi speċifiċi dwar kif għandha tiġi evitata l-akkumulazzjoni tal-assi u kif għandha tiġi pprevenuta l-iskopertura għar-riskji finanzjarji li tirriżulta; huma lanqas ma għandhom eżempji ta’ struzzjonijiet/evidenza ċentrali f’waqthom mis-SEAE u mill-Kummissjoni għall-missjonijiet tal-PSDK biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni tal-assi.

    RS Nru 8/2015

    L-appoġġ finanzjarju tal-UE qed jindirizza l-ħtiġijiet ta' mikroimprendituri b'mod adegwat?

    1

    Par. 68, Rakk 1

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni ħarġet gwida dwar il-valutazzjoni ex antetal-programmi operazzjonali, dwar il-kundizzjonalità ex anteu dwar l-objettivi tematiċi. Hija pprovdiet ukoll gwida dettaljata separata għall-valutazzjonijiet ex antetal-istrumenti finanzjarji.

    Ma hemmx indikaturi speċifiċi għall-mikroimprendituri u għad ma hemmx informazzjoni disponibbli għall-perjodu 2014-2020 dwar kemm mill-finanzjament b'għotjiet jiġi allokat għall-mikroimprendituri.

    3

    Par. 69, Rakk 3

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Ir-rekwiżiti għall-istabbiliment ta’ strumenti finanzjarji għall-perjodu 2014-2020 jinkludu miżuri xierqa biex jiġu identifikati lakuni speċifiċi fis-suq u jitfasslu strumenti xierqa.

    Il-Kummissjoni għandha l-possibbiltà, billi tipparteċipa fil-kumitati ta’ monitoraġġ f’kapaċità konsultattiva, li tagħmel rakkomandazzjonijiet dwar il-kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet u dwar kull kwistjoni oħra rilevanti għall-implimentazzjoni tal-programm.

    Fir-rigward tal-iskemi ta’ għotjiet, sabiex tindirizza r-rakkomandazzjoni b’mod effettiv, il-Kummissjoni għandha tanalizza l-kriterji ta’ eliġibbiltà diskussi fil-kumitati ta’ monitoraġġ u tagħmel użu reali mill-possibbiltà li għandha biex tagħmel rakkomandazzjonijiet fejn ikun meħtieġ.

    RS Nru 10/2015

    L-isforzi biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-akkwist pubbliku fin-nefqa tal-UE għall-Koeżjoni għandhom jiġu intensifikati

    1

    Par. 99, Rakk 1(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni aġġornat il-kategorizzazzjoni fl-IMS, biex b’hekk issa tinkludi 26 subkategorija għall-iżbalji fl-akkwist pubbliku. Barra minn hekk, it-tħejjijiet għall-istabbiliment tal-għodda analitika attwalment qed jiġu ffinalizzati. Hekk kif it-tabelli operattivi mixtieqa jiġu ttestjati b’suċċess, l-għodda ssir disponibbli għall-utenti kollha. L-analiżijiet tad-databases diġà twettqu, u r-riżultati ġew ippreżentati lill-awtoritajiet nazzjonali.

    Attwalment, madwar kwart biss tal-każijiet fl-Istati Membri fihom informazzjoni dettaljata dwar is-subkategorija, li se tittejjeb bir-reġistrazzjoni ta’ każijiet ġodda u bl-għeluq ta’ dawk antiki. L-għodda ta’ analiżi u l-interfaċċi bejn l-IMS u d-databases tal-Istati Membri jinsabu fi stadju avvanzat, iżda għad iridu jiġu ffinalizzati.

    6

    Par. 102, Rakk 5

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Għal xi proċeduri ta’ ksur u interruzzjonijiet tal-pagamenti, ġew identifikati problemi sistematiċi fl-akkwist pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tkompli bl-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet tal-pagamenti, fejn ikunu ġġustifikati minn defiċjenzi serji relatati mal-akkwist pubbliku.

    F’każ ta’ defiċjenzi sistematiċi serji li ma jinqabdux u ma jiġux ikkoreġuti mill-Istati Membri qabel il-preżentazzjoni tal-kontiiet, l-awditi tal-legalità u tar-regolarità mwettqa mill-Kummissjoni għandhom iwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji netti għal żbalji fl-akkwist pubbliku. Fl-2018, il-Kummissjoni bdiet twettaq awditi tal-konformità.

    7

    Par. 105, Rakk 6(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Titjib fl-implimentazzjoni tal-istadji tal-akkwist elettroniku fl-Istati Membri. Dawn jinsabu fit-triq it-tajba biex jilħqu d-dati ta’ skadenza imposti mid-Direttiva.

    Stadji ulterjuri tal-akkwist elettroniku għad iridu jiġu implimentati, kif previst mid-direttiva (fatturazzjoni elettronika sa April 2019).

    Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jipparteċipaw b’mod attiv fid-database ARACHNE u biex jużawha.

    RS Nru 11/2015

    Il-Ftehimiet ta' Sħubija dwar is-Sajd huma mmaniġġjati tajjeb mill-Kummissjoni?

    2

    Par. 90, Rakk 1(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Is-servizzi tal-Kummissjoni jippromwovu dispożizzjonijiet tekniċi simili fl-SFPAs fil-livell reġjonali.

    Madankollu, peress li ma hemmx strateġiji reġjonali ddokumentati, għad irid isir progress fir-rigward tad-definizzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ strateġiji reġjonali, min-naħa tal-Kummissjoni.

    6

    Par. 93, Rakk 2(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Id-DĠ MARE ħa miżuri biex jissimplifika l-proċess ta' liċenzjar bħall-użu ta’ komunikazzjoni diretta mal-pajjiż terz sieħeb.

    Madankollu, il-proċeduri attwali għall-moitoraġġ tal-proċess ta’ liċenzjar għadhom affettwati minn dgħufijiet. Għad irid isir progress rigward il-monitoraġġ u s-segwitu tal-proċess ta’ liċenzjar, min-naħa tal-Kummissjoni.

    RS Nru 12/2015

    Il-prijorità tal-UE li tippromwovi ekonomija rurali bbażata fuq l-għarfien ġiet affettwata minn ġestjoni ħażina ta’ miżuri ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ konsulenza

    2

    Par. 94, Rakk 1(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Id-dokument ta’ gwida għall-Miżura 1 ġie aġġornat b’paragrafu dwar l-analiżi tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ.

    L-informazzjoni fid-dokument ta’ gwida ma tipprovdix biżżejjed dettalji dwar kif għandha titwettaq analiżi rikorrenti tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ.

    4

    Par. 94, Rakk 1(d)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni aġġornat id-dokument ta’ gwida għall-Miżura 2 b’paragrafu speċifiku dwar il-ħtieġa li l-Istati Membri jistabbilixxu servizzi ta’ konsulenza.

    Il-konformità mill-Istati Membri fir-rigward tal-istabbiliment ta’ servizzi ta’ konsulenza ma tiġix immonitorjata mill-Kummissjoni fi ħdan il-kumitati ta’ monitoraġġ u l-laqgħat ta’ analiżi annwali.

    6

    Par. 96, Rakk 2(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Id-dokumenti ta’ gwida għall-Miżura 2 u għall-akkwist pubbliku ġew aġġornati b’informazzjoni dwar il-prestazzjoni tas-servizzi interni.

    Il-monitoraġġ, mill-Kummissjoni, tal-proċeduri tal-Istati Membri kif meħtieġ bir-rakkomandazzjoni tagħna mhuwiex suffiċjenti.

     

     

    7

    Par. 98, Rakk 3(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Ir-rakkomandazzjoni lill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kontrolli fuq ir-raġonevolezza tal-ispejjeż ġiet implimentata, u r-rakkomandazzjoni rigward il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll tal-awtoritajiet maniġerjali, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskji ta’ frodi u r-raġonevolezza tal-ispejjeż tal-proġetti, ġiet implimenatata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti. Il-listi ta' kontroll il-ġodda tad-DĠ AGRI għall-ittestjar tal-konformità, li ilhom jiġu applikati mill-bidu tal-2018, saħħew il-kontrolli fuq ir-raġonevolezza tal-ispejjeż.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet il-“Guidance Document on Control and Penalty rules in Rural Development”(Dokument ta’ Gwida dwar ir-regoli relatati mal-Kontroll u l-Penali fl-Iżvilupp Rurali) għall-Istati Membri, li l-Anness 1 tiegħu fih il-lista ta’ kontroll, kif rrakkomandajna, għall-valutazzjoni tat-tfassil tas-sistemi ta' kontroll fir-rigward tar-riskji assoċjati mal-ispiża tal-proġetti tal-iżvilupp rurali.

    Il-Kummissjoni pprovdiet ftit evidenza tat-taħriġ addizzjonali li ngħata lill-awtoritajiet maniġerjali li ddiskutew il-kwistjoni tar-raġonevolezza tal-ispejjeż meta l-SCOs ma jintużawx. Minkejja li għandhom xi objettivi komuni, il-kontrolli fuq ir-raġonevolezza tal-ispejjeż u l-użu li jsir mill-SCOs mhumiex l-istess kwistjoni. L-opzjonijiet ta' spejjeż simplifikati jkopru biss parti żgħira mill-infiq totali fuq l-iżvilupp rurali (ara r-Rapport Speċjali Nru 11/2018) u għalhekk għad hemm il-ħtieġa li l-awtoritajiet maniġerjali jivvalutaw ir-raġonevolezza tal-ispejjeż. (Fil-pjattaforma tal-ENRD, il-Kummissjoni ma identifikatx l-aħjar prattika ulterjuri fil-proċeduri amministrattivi għall-valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-ispejjeż).

    8

    Par. 98, Rakk 3(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni ħadet bosta azzjonijiet, inklużi l-introduzzjoni u l-approvazzjoni ta’ Ftehimiet ta’ Sħubija, u approċċ aktar strett biex tiżgura l-komplemetarjetà tal-fondi tal-UE fil-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 meta mqabbel ma’ dak preċedenti.

    Is-suġġetti ta’ diskussjoni tal-gruppi ta’ bejn is-servizzi huma ġenerali u ma jkoprux miżuri individwali tal-programmi. Barra minn hekk, ir-rapport tagħna (ir-Rapport Speċjali Nru 16/2017) sab nuqqasijiet li kienu jaffettwaw il-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi tal-iżvilupp rurali f’termini ta’ komplementarjetà transettorjali u ta’ sinerġiji.

    10

    Par. 100, Rakk 4(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Id-dokument ta’ gwida għall-Miżura 1, “Trasferiment tal-għarfien u azzjonijiet ta’ informazzjoni”ġie aġġornat b’paragrafu dwar l-analiżi tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ.

    Id-dokument ta’ gwida aġġornat għall-Miżura 1 ma jipprovdix gwida ċara għall-eżekuzzjoni ta’ proċeduri ta’ feedback mill-Istati Membri. Minkejja li l-eżempju ta’ metodoloġija standard mir-rapport tagħna jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ, dan ma jissemmiex fit-test ta’ gwida, u l-fehim komuni jista’ jkun li l-metodoloġija hija maħsuba biss għall-analiżi tal-ħtiġijiet.

     

     

    11

    Par. 102, Rakk 5

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni bdiet twettaq awditi tal-konformità fil-qasam tal-għarfien u l-innovazzjoni.

    Bosta awditi ppjanati ma twettqux fil-prattika, u raġuni possibbli għal dan hija l-punteġġ baxx miksub mill-analiżi tar-riskju.

    L-awdituri tagħna jirrikonoxxu li d-DĠ AGRI beda jwettaq awditi tal-konformità fl-qasam tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni wara l-pubblikazzjoni tar-rapport speċjali tagħna f’dan il-qasam. Madankolu, skont il-Programm ta’ ħidma pluriennali (MAWP) 2016-2018 (p. 49) tad-DĠ AGRI, l-ispjegazzjoni għan-nuqqas ta’ awditi qabel l-RS Nru 12/2015 hija l-livell baxx ta’ nfiq matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013.

    Aħna ma għandna l-ebda aċċertament li l-profil tar-riskju tal-miżuri ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ konsulenza nżdied sal-punt iddikjarat fir-risposta tal-Kummissjoni.

    RS Nru 13/2015

    L-appoġġ tal-UE lil pajjiżi li jipproduċu l-injam taħt il-Pjan ta' Azzjoni FLEGT

    1

    Par. 58, Rakk 1

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni żviluppat pjan ta’ ħidma ġenerali għall-Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) għall-perjodu 2018-2022, li jinkludi attivitajiet b’dati ta' skadenza (snin fil-mira), il-parti responsabbli (il-KE u/jew l-Istati Membri) u r-riżultati tanġibbli mistennija.

    Il-KE kkonkludiet kuntratt ma’ organizzazzjoni esterna (CIFOR) li tippermetti l-ħolqien ta’ pjan ta' azzjoni komprensiv kif ukoll sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni b’indikaturi, miri u valuri bażi.

    Il-Kummissjoni qed tiżviluppa database dwar il-kisbiet tal-FLEGT, li tintraċċa l-progress li jkun sar mill-pajjiżi firmatarji għal VPA.

    Il-pjan ta’ ħidma li kellu jkopri l-perjodu 2016-2020, ġie konkluż għall-perjodu 2018-2022. Il-perjodu ta’ żmien differenti għandu impatt fuq il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-programm FLEGT (ara r-Rakkomandazzjoni 5).

    L-abbozz tal-pjan ta’ ħidma għadu mhuwiex formalment vinkolanti għall-Kummissjoni, u ma għandux l-approvazzjonijiet kollha meħtieġa.

    Barra minn hekk, huwa ma għandux baġit ta’ implimentazzjoni ddedikat, b’hekk il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u l-obbligu ta’ rendikont isiru aktar diffiċli.

    5

    Par. 59, Rakk 5

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-pjan ta’ ħidma, li se jservi bħala bażi għar-rappurtar meħtieġ, ġie abbozzat. Evalwazzjoni tal-FLEGT twettqet fl-2016 u ssostitwiet biss rapport ta’ progres.

    Il-Kummissjoni biħsiebha tħejji r-rapport ta’ progress li jmiss fl-2019. Hija għandha tkopri l-attivitajiet tal-pjan ta’ ħidma, li jinkludi l-elementi prinċipali ta’ rappurtar meħtieġa mir-rakkomandazzjoni tagħna.

    Sa issa, il-pjan ta’ ħidma għad ma għandux l-approvazzjonijiet kollha meħtieġa. Id-data ta' skadenza tar-rapport ta’ progress tal-2018 ma ġietx irrispettata.

    RS Nru 16/2015

    Titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija permezz tal-iżvilupp tas-suq intern tal-enerġija: jinħtieġu sforzi akbar

    4

    Par. 117, Rakk 3

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni għamlet progress fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-qafas legali.

    L-implimentazzjoni għadha għaddejja. L-ineffiċjenza tas-suq għad trid tiġi riżolta.

    12

    Par. 123, Rakk 7(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni tuża għodod biex timmudella s-swieq tal-enerġija, u l-metodoloġiji tal-analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji (CBA) qed jitjiebu kontinwament.

    Il-Kummissjoni aċċettat u implimentat parzjalment ir-rakkomandazzjoni. Il-ħolqien intern tal-kapaċitajiet analitiċi u ta’ mmudellar jista’ jkollu implikazzjonijiet konsiderevoli fir-rigward tar-riżorsi, jew għall-Kummissjoni jew inkella għall-ACER.

    13

    Par. 123, Rakk 7(c)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni taħdem mal-ENTSO-E u l-ENTSO-G biex il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet tiffunzjona bħala input għall-ippjanar tal-infrastruttura relatata mas-suq intern tal-enerġija fl-UE.

    L-approvazzjoni tal-mudell il-ġdid li għandu jiġi ppreżentat mill-ENTSOs hija pendenti.

    14

    Par. 125, Rakk 8

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni rfinat il-proċeduri tal-ippjanar tagħha u b’mod partikolari l-prijoritizzazzjoni u l-finanzjament ta’ proġetti ta’interess komuni.

    L-approvazzjoni tal-mudell il-ġdid li għandu jiġi ppreżentat mill-ENTSOs hija pendenti.

    15

    Par. 126, Rakk 9

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni adottat l-idea ta’ bażi tar-rakkomandazzjoni.

    Il-Kummissjoni ma għamlitx proposti legali.

    RS Nru 17/2015

    Appoġġ mill-Kummissjoni għat-timijiet ta’ azzjoni għaż-żgħażagħ: ir-riorjentament tal-finanzjament mill-FSE nkiseb, iżda ma kienx hemm fokus suffiċjenti fuq ir-riżultati

    2

    Par. 84, Rakk 2(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Ir-rekwiżit li jiġu spjegati l-effetti intenzjonati f’termini tal-effettività mistennija tagħhom fir-rigward tal-objettivi tal-UE u tal-programmi operazzjonali huwa kkodifikat fil-qafas legali tal-fondi SIE (ara l-Artikolu 30 tas-CPR).

    Dgħufijiet fl-applikazzjoni tar-rekwiżit li jiġi ġġustifikat l-impatt mistenni tal-bidliet fuq l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

    3

    Par. 84, Rakk 2(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Lista ta' kontroll li tiddokumenta l-konklużjonijiet tal-valutazzjoni tal-emendi għall-programmi operazzjonali (inkl. il-kontribut tal-programmi operazzjonali għall-istrateġija Ewropa 2020 u l-ksib ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi u l-qafas tal-prestazzjoni).

    Il-lista ta' kontroll ma ddokumentatx l-analiżi tar-raġonevolezza tar-riżultati addizzjonali.

    4

    Par. 84, Rakk 2(c)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Ir-riprogrammar/riallokazzjoni tal-fondi huma rrappurtati fir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni.

    L-effettività tal-passat u dik mistennija relatata mal-emendi għall-programmi operazzjonali ma tiġix irrappurtata b’mod suffiċjenti fir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni.

    6

    Par. 86, Rakk 3

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-listi ta' kontroll jiddokumentaw il-kontrolli ta’ plawżibbiltà u ta’ konsistenza mwettqa mill-Kummisjoni fuq id-datarrappurtata fir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni. Huma previsti li jsiru awditi tal-affidabbiltà tad-datadwar il-prestazzjoni.

    Ma hemmx evidenza tal-kontrolli sistematiċi tal-affidabbiltà tad-datarrappurtata fir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni jew tal-kontrolli fuq l-informazzjoni riċevuta b’segwitu għal talbiet ad hoc.

    RS Nru 20/2015

    Il-kosteffettività tal-appoġġ taħt l-Iżvilupp Rurali tal-UE għal investimenti mhux produttivi fl-agrikoltura

    1

    Par. 74, Rakk 1(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni ħarġet gwida teknika dwar ir-Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni. Barra minn hekk, hija tappoġġa lill-Istati Membri biex jirrappurtaw f’dawn ir-rapporti permezz ta’ laqgħat tal-Kumitati ta’ Monitoraġġ.

    Ir-rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni twettaq monitoraġġ permezz tar-rapport annwali ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri għadha għaddejja, u l-implimentazzjoni tagħha tista’ tiġi vverifikata biss wara l-evalwazzjoni interimtal-2019.

    5

    Par. 77, Rakk 3(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni introduċiet gwida biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu l-indikaturi tar-riżultati addizzjonali.

    Billi l-gwida mhix dokument vinkolanti u obbligatorju għall-Istati Membri, il-Kummissjoni ma tistax “tiżgura”l-livell sa fejn l-Istati Membri fil-fatt segwew il-gwida u ddefinew l-indikaturi speċifiċi addizzjonali. Il-punt sa fejn l-azzjonijiet tal-Kummissjoni żguraw il-monitoraġġ jew il-valutazzjoni rrakkomandati tal-kontribuzzjoni tal-NPIs matul l-evalwazzjonijiet għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 jista’ jiġi vvalutat biss mill-evalwazzjonijiet imtejba tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-2019.

    RS Nru 21/2015

    Analiżi tar-riskji relatati ma’ approċċ orjentat lejn ir-riżultati, għal azzjoni tal-UE fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni

    1

    Par. 83, Rakk 1

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal intitolat “A Revised EU International Cooperation and Development Results Framework in line with the Sustainable Development Goals of the 2030 Agenda for Sustainable Development and the New European Consensus on Development”(Qafas Rivedut tar-Riżultati tal-UE għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Kunsens Ewropew Ġdid dwar l-Iżvilupp) – SWD(2018)444 – ġie ppubblikat f’Ottubru 2018, u fih anness iddedikat espliċitament għat-terminoloġija relatata mar-riżultati.

    Gwida Prattika dwar il-Ġestjoni tal-Interventi tal-UE għall-Kooperazzjoni Internazzjonali, inklużi dokumenti li l-għan tagħhom huwa li jikkjarifikaw kunċetti ewlenin u terminoloġija relatata mar-riżultati, kienet għad mhix disponibbli fiż-żmien meta twettaq is-segwitu. Barra minn hekk, l-inkonsistenzi fl-użu tat-terminoloġija kienu għadhom preżenti f’dokumenti metodoloġiċi ewlenin. Pereżempju, dijagramma ppreżentata mill-Kummissjoni fis-sett ta’ għodod tagħha maħsubin għall-evalwaturi tal-azzjonijiet ta’ żvilupp kien għad fiha definizzjonijiet li kienu inkonsistenti mat-terminoloġija adottata fil-kuntest tal-qafas tar-riżultati. Barra minn hekk, f’xi wħud mid-dokumenti ta’ azzjoni għad ma hemmx miri u linji bażi.

    2

    Par. 83, Rakk 2

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni stabbiliet bosta miżuri biex tiżgura li tiġi stabbilita rabta ċara bejn l-azzjonijiet u r-riżultati mistennija, inkluż għall-kwistjonijiet trażversali. Fil-manwal għall-Monitoraġġ Orjentat lejn ir-Riżultati, hija stabbiliet notevolment struzzjonijiet u mudell għall-ikkompletar ta’ dokumenti ta’ azzjoni u dispożizzjonijiet rilevanti.

    xi linji gwida kienu għad iridu jiġu kkompletati, inkluża Gwida Prattika dwar il-Ġestjoni tal-Interventi tal-UE għall-Kooperazzjoni Internazzjonali.

    RS Nru 22/2015

    Is-superviżjoni tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu mill-UE - stabbilita tajjeb iżda għadha mhix kompletament effettiva (ESMA)

    6

    Par. 110, Rakk 6

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    L-ESMA aġġornat il-Mistoqsijiet u Tweġibiet tagħha dwar l-applikazzjoni tar-Regolament CRA billi żiedet taqsima ġdida (il-Parti V) dwar id-Divulgazzjoni u l-Preżentazzjoni tal-Klassifikazzjonijiet tal-Kreditu.

    Il-finalizzazzjoni tal-konsultazzjoni li tinsab għaddejja u l-pubblikazzjoni ta’ rapport finali fid-dawl tal-ħruġ tal-Linji gwida dwar ir-Rekwiżiti għad-Divulgazzjoni Applikabbli għall-Klassifikazzjonijiet tal-Kreditu.

    7

    Par. 110, Rakk 7

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Integrazzjoni tas-sistema CEREP fis-sistema ta’ rappurtar RADAR. Matul il-proċess ta’ integrazzjoni, l-ESMA eżaminat id-datafil-livell ta’ klassifikazzjoni fiż-żewġ sistemi, u kkoreġiet l-inkonsistenzi identifikati, u b’hekk kien hemm titjib fil-kwalità tad-data.

    Minkejja x-xogħol li l-ESMA wettqet sa issa biex ittejjeb il-kontenut tal-informazzjoni rreġistrata fis-sistema CEREP, id-divulgazzjonijiet li ġejjin għadhom mhumiex disponibbli: ir-rati medji ta' inadempjenza, il-matriċi medji ta’ tranżizzjoni, id-downloads għal bosta mistoqsijiet, l-informazzjoni u l-ispjegazzjonijiet tal-korrezzjonijiet ta’ żbalji li saru fil-passat fid-datarrappurtata, l-informazzjoni dwar il-bidliet li saru fil-metodoloġiji.

    RS Nru 23/2015

    Il-kwalità tal-ilma fil-baċin tax-Xmara Danubju: sar progress fl-implimentazzjoni tad-direttiva qafas dwar l-ilma iżda għad fadal xi jsir

    12

    Par. 191, Rakk 3(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni tkompli twettaq il-valutazzjoni tar-rekwiżiti minimi b’referenza għall-eżistenza u r-rilevanza tagħhom, u tivvaluta l-eżistenza u l-adegwatezza tal-istandards tal-KAAT.

    Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni.

    14

    Par. 191, Rakk 3(d)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni identifikat opportunitajiet ta’ simplifikazzjoni potenzjali.

    Il-Kummissjoni diġà ħadet azzjonijiet konkreti biex timplimenta din ir-rakkomandazzjoni, u hija għandha tkompli tapplikahom fil-proċess ta’ rappurtar li jmiss skont id-Direttiva dwar in-Nitrati (2020) u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2022).

    15

    Par. 191, Rakk 3(e)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni qed tħejji u tippjana li toħroġ rakkomandazzjonijiet għal bosta Stati Membri rigward l-inklużjoni tal-irkupru tal-ispejjeż relatati mal-ambjent u mar-rriżorsi fir-rapport ta’ implimentazzjoni li jmiss.

    Fi ħdan l-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni, l-Istati Membri reċentement qablu li jaħdmu fuq rapport tekniku li jidentifika l-approċċi attwalment stabbiliti rigward l-irkupru tal-ispejjeż għas-servizzi tal-ilma f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 9 tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (inkluż il-qasam tat-tniġġis diffuż). Id-datau l-ħtiġijiet ta’ informazzjoni f’dan il-qasam mistennija jiġu eżaminati. Grupp ta’ Ħidma Ad Hocdwar l-Ekonomija se jiġi stabbilit biex iwettaq dan il-kompitu taħt id-direzzjoni tal-Grupp ta' Koordinazzjoni Strateġika. Dan il-kompitu huwa mistenni li jiġi ffinalizzat sa tmiem l-2020 (ara l-Programm ta’ Ħidma 2019 – 2021 relatat mal-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni Komuni).

    RS Nru 25/2015

    L-appoġġ mill-UE għall-infrastruttura rurali: il-potenzjal li jinkiseb valur sinifikattivament akbar għall-flus

    2

    Par. 101, Rakk 1(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Bħalma rrakkomandajna, il-Kummissjoni ppromwoviet l-adozzjoni tal-aħjar prattiki fil-mitigazzjoni tar-riskju ta’ effett deadweight billi żgurat li l-programmi tal-iżvilupp rurali jkun fihom arranġamenti effettivi dwar il-komplementarjetà. Qabel l-approvazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali tal-Istati Membri, id-DĠ AGRI bagħat lill-awtoritajiet maniġerjali osservazzjonijiet biex isir titjib, u talabhom biex dawn jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-verżjonijiet sussegwenti.

    Il-Kummissjoni ma ħarġet l-ebda dokument ta’ gwida speċifika dwar kif għandu jiġi mmitigat ir-riskju ta’ effett deadweight, jew dwar kif għandha tiġi evitata sostituzzjoni sempliċi ta’ fondi oħra mir-riżorsi tal-PŻR. Ma hemmx evidenza li l-effett ta’ deadweight ġie mmitigat b’mod effettiv għall-programmi tal-perjodu 2017-2020. Id-DĠ AGRI biħsiebu jagħmel valutazzjoni inizjali ta’ dan abbażi tal-evalwazzjoni interimtal-2019. Il-Kummissjoni ma għandhiex evidenza li r-riskju li l-fondi nazzjonali jiġu sostitwiti minn fondi FAEŻR ġie mmitigat.

    4

    Par. 101, Rakk 1(d)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Id-DĠ AGRI tejjeb l-eżaminar tal-arranġamenti għall-iżgurar tal-komplementarjetà bejn il-fondi tal-UE bis-saħħa tal-attenzjoni akbar li kienet qed tingħata lil dawn il-kwistjonijiet u bl-għajnuna tal-ftehimiet ta’ sħubija li nħolqu dan l-aħħar. Id-DĠ AGRI jistma li l-konklużjonijiet inizjali li jivvalutaw l-effettività tagħhom jistgħu jinsiltu mill-evalwazzjoni interimtal-2019, bħalma rrakkomandajna.

    L-effettività tal-arranġamenti għall-iżgurar tal-komplementarjetà bejn il-fondi differenti tal-UE għall-perjodu ta' programmazzjoni attwali għadha mhix magħrufa. Ir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni se jkunu disponibbli biss aktar tard fl-2019. Ir-Rapport Speċjali Nru 16/2017 tagħna sab nuqqasijiet li kienu jaffettwaw il-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi tal-iżvilupp rurali f’termini ta’ komplementarjetà transettorjali u ta’ sinerġiji.

    6

    Par. 106, Rakk 2(b)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Ir-rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni ssaħħaħ il-kontrolli fuq ir-raġonevolezza tal-ispejjeż ġiet implimentata, u r-rakkomandazzjoni rigward il-kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jiżguraw l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll tal-awtoritajiet maniġerjali, b’mod partikolari fir-rigward tar-riskju ta’ frodi u r-raġonevolezza tal-ispejjeż tal-proġetti, ġiet implimenatata fil-biċċa l-kbira mill-aspetti. Il-listi ta' kontroll il-ġodda tad-DĠ AGRI għall-ittestjar tal-konformità, li ilhom jiġu applikati mill-bidu tal-2018, saħħew il-kontrolli fuq ir-raġonevolezza tal-ispejjeż. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet il-“Guidance Document on Control and Penalty rules in Rural Development”(Dokument ta’ Gwida dwar ir-regoli relatati mal-Kontroll u l-Penali fl-Iżvilupp Rurali) għall-Istati Membri, li l-Anness 1 tiegħu fih il-lista ta’ kontroll, kif rrakkomandajna, għall-valutazzjoni tat-tfassil tas-sistemi ta' kontroll fir-rigward tar-riskji assoċjati mal-ispiża tal-proġetti tal-iżvilupp rurali.

    Il-Kummissjoni ma pprovdietx evidenza ulterjuri li l-awtoritajiet maniġerjali ngħataw taħriġ addizzjonali dwar ir-raġonevolezza tal-ispejjeż wara s-segwitu li aħna wettaqna fl-2017. Fil-pjattaforma tal-ENRD, il-Kummissjoni ma identifikatx l-aħjar prattika ulterjuri rigward il-proċeduri amministrattivi għall-valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-ispejjeż.

     

     

    9

    Par. 109, Rakk 3(a)

    Implimentati f’xi wħud mill-aspetti

    Il-Kummissjoni pprovdiet ġwida dwar l-evalwazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali lill-awtoritajiet maniġerjali permezz tas-sit web tan-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Helpdesk tiegħu għall-Evalwazzjoni.

    Il-ġbir ta’ dataneċessarja għall-valutazzjoni tal-indikaturi tal-prestazzjoni u r-riżultati tal-programmi inġenerali għadu insuffiċjenti. Skont ir-risposta għall-awditu ta’ segwitu, il-Kummissjoni biħsiebha tivvaluta l-informazzjoni li tippermetti li jinsiltu konklużjonijiet dwar l-effiċjenza u l-effettività tal-fondi minfuqa matul l-evalwazzjonijiet previsti mis-CMEF, fl-2019.

    ANNESS 3.5

    SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL KWISTJONIJIET RELATATI MAL-QAFAS TAL-PRESTAZZJONI

    Sena

    Rakkomandazzjoni tal-QEA

    Analiżi mill-QEA tal-progress li sar

    Implimentatabis-sħiħ

    Qed tiġi implimentata

    Mhux implimenta

    Mhux applikabbli

    Evidenza insuffiċjenti

    Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

    F’xi wħud mill-aspetti

    2015

    Rakkomandazzjoni 1: Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonkretizza l-objettivi ta' livell għoli tal-leġiżlazzjoni dwar Orizzont 2020 f'objettivi o-pe-razz-jo-na-li fil-livell tal-programmi ta' ħidma, sabiex, bil-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-programmi ta' ħidma u tas-sejħiet huma jkunu jistgħu jintużaw b’mod effettiv bħala motivaturi għall-prestazzjoni.

     

     

    x

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 2: Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkjarifika aktar ir-rabtiet bejn l-istrateġija Ewropa 2020 (2010-2020), il-qafas finanzjarju pluriennali (2014-2020), u l-prijoritajiet tal-Kummissjoni (2015-2019) permezz ta', pereżempju, l-ippjanar strateġiku u l-proċess ta' rappurtar (2016-2020). Dan kieku jsaħħaħ l-arranġamenti ta' monitoraġġ u rappurtar, u jippermetti li l-Kummissjoni tirrapporta b'mod effettiv dwar il-kontribut tal-baġit tal-UE lejn l-objettivi ta' Ewropa 2020.

     

     

    x

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 3: Jenħtieġ li l-Kummissjoni, fl-attivitajiet kollha tagħha, tuża t-termini “input”, “output”, “riżultat” u “impatt” b'mod konsistenti u f'konformità mal-linji gwida tagħha għal regolamentazzjoni aħjar.

     

     

    x

     

     

     

    Sors:

    Il-QEA.


    KAPITOLU 4

    Dħul

    WERREJ

    Introduzzjoni 4.1–4.4
    Deskrizzjoni qasira tad-dħul 4.2–4.3
    Ambitu u approċċ tal-awditjar 4.4
    Regolarità tat-tranżazzjonijiet 4.5
    Eżaminar ta’ elementi tas-sistemi ta’ kontroll intern u tar-rapporti annwali tal-attività 4.6–4.22
    Dgħufijiet fil-ġestjoni tal-RPT mill-Istati Membri 4.7–4.10
    Dgħufijiet fil-verifikazzjonijiet li l-Kummissjoni twettaq tar-rapporti dwar l-RPT tal-Istati Membri 4.11–4.13
    L-għadd ta’ riżervi tal-ING u tal-VAT baqgħu ma nbidlux globalment, filwaqt li l-punti miftuħa tal-RPT żdiedu 4.14–4.15
    Aħna osservajna dewmien fl-insegwiment u fl-għeluq tal-punti miftuħa tal-RPT, min-naħa tal-Kummissjoni 4.16
    Il-Kummissjoni tistenna li tagħlaq iċ-ċiklu ta’ verifikazzjoni pluriennali tagħha tal-ING fl-2019, u se tibqa’ tivvaluta l-impatt tal-globalizzazzjoni fuq il-kontijiet nazzjonali sal-2024 4.17–4.20
    Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza 4.21–4.22
    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 4.23–4.25
    Konklużjoni 4.23
    Rakkomandazzjonijiet 4.24–4.25

    Anness 4.1 —

    Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għad-dħul

    Anness 4.2 —

    Għadd ta’ riżervi tal-ING, ta’ riżervi tal-VAT u ta’ punti miftuħa tal-RPT, li kienu pendenti fil-31.12.2018, skont l-Istat Membru

    Anness 4.3 —

    Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għad-dħul

    Introduzzjoni

    4.1.

    Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għad-dħul, li jinkludi riżorsi proprji u dħul ieħor. Il- Kaxxa 4.1 tagħti ripartizzjoni tad-dħul fl-2018.

    Kaxxa 4.1

    Dħul — Ripartizzjoni fl-2018

    Image 30

    Total tad-dħul għall-2018 (1) EUR 159,3 biljun

    (1)

    Dan l-ammont jirrappreżenta d-dħul effettiv fil-baġit tal-UE. Fir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, l-ammont ta’ EUR 163,1 biljun huwa kkalkulat bl-użu tas-sistema bbażata fuq id-dovuti.

    Sors:

    Il-kontijiet konsolidati 2018 tal-Unjoni Ewropea.

    Deskrizzjoni qasira tad-dħul

    4.2.

    Il-biċċa l-kbira mid-dħul (90 %) tirriżulta mit-tliet kategoriji ta’ riżorsi proprji:

    (a)

    Ir-riżorsa proprja bbażata fuq l-introjtu nazzjonali gross (ibbażata fuq l-ING) tipprovdi 66 % tad-dħul tal-UE, u tibbilanċja l-baġit tal-UE wara li d-dħul mis-sorsi l-oħra kollha jkun ġie kkalkulat. Kull Stat Membru jikkontribwixxi b’mod proporzjonali fuq il-bażi tal-ING tiegħu (1).

    (b)

    Ir- riżorsi proprji tradizzjonali (RPT) jipprovdu 13 % tad-dħul tal-UE. Dawn jinkludu prinċipalment dazji doganali fuq l-importazzjonijiet u jinġabru mill-Istati Membri. Il-baġit tal-UE jirċievi 80 % tal-ammont totali; l-Istati Membri jżommu l-20 % li jifdal biex ikopru l-ispejjeż tal-ġbir.

    (c)

    Ir-riżorsa proprja bbażata fuq it-taxxa fuq il-valur miżjud (ibbażata fuq il-VAT) tipprovdi 11 % tad-dħul tal-UE. Il-kontribuzzjonijiet taħt din ir-riżorsa proprja jiġu kkalkulati bl-applikazzjoni ta’ rata uniformi (2) għall-bażijiet ta’ valutazzjoni armonizzati tal-VAT tal-Istati Membri.

    4.3.

    Id-dħul jinkludi wkoll ammonti li jiġu riċevuti minn sorsi oħra. Is-sorsi l-aktar sinifikanti ta’ dawn is-sorsi huma l-kontribuzzjonijiet u r-rifużjonijiet li jirriżultaw mill-ftehimiet u l-programmi tal-Unjoni (3) (8 % tad-dħul tal-UE).

    Ambitu u approċċ tal-awditjar

    4.4.

    Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , aħna ksibna aċċertament għall-opinjoni tal-awditjar tagħna dwar id-dħul billi wettaqna valutazzjoni tas-sistemi ewlenin magħżula, ikkomplementata minn ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Aħna eżaminajna dan li ġej għad-dħul fl-2018:

    (a)

    kampjun ta’ 55 ordni ta’ rkupru (4) tal-Kummissjoni maħsub biex ikun rappreżentattiv tas-sorsi kollha ta’ dħul;

    (b)

    is-sistemi tal-Kummissjoni:

    (i)

    biex jiġi żgurat li d-data tal-Istati Membri dwar l-ING u l-VAT hija bażi xierqa għall-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet mir-riżorsi proprji, kif ukoll għall-kalkolu u l-ġbir ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet (5);

    (ii)

    għall-ġestjoni tal-RPT, il-verifikazzjoni tal-affidabbiltà tar-rappurtar li jsir mill-Istati Membri, u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom sistemi effettivi biex jiġbru, jirrappurtaw u jagħmlu disponibbli l-ammonti korretti tal-RPT;

    (iii)

    għall-ġestjoni tal-multi u l-penali; u

    (iv)

    għall-kalkolu tal-ammonti li jirriżultaw mill-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni.

    (c)

    is-sistemi għall-kontabilizzazzjoni tal-RPT (6) fi tliet Stati Membri magħżula (l-Italja, Franza u Spanja) (7); u

    (d)

    l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar ir-regolarità fir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ Baġit u tal-Eurostat.

    Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    4.5.

    Din it-taqsima tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħna dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet. Aħna bbażajna l-konklużjoni tagħna dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet tad-dħul li fuqhom huma bbażati l-kontijiet tal-UE, fuq il-valutazzjoni li wettaqna tas-sistemi tal-Kummissjoni għall-kalkolu u l-ġbir tad-dħul (8), u fuq l-eżaminar ta’ kampjun ta’ 55 ordni ta’ rkupru, li l-ebda waħda minnhom ma kienet milquta minn żball kwantifikabbli. L- Anness 4.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet.

    Eżaminar ta’ elementi tas-sistemi ta’ kontroll intern u tar-rapporti annwali tal-attività

    4.6.

    Kif spjegat fil-paragrafu 4.4, aħna għażilna u eżaminajna għadd ta’ sistemi. L-osservazzjonijiet li ġejjin ma jaffettwawx l-opinjoni globali tagħna dwar ir-regolarità tad-dħul tal-UE (ara l-Kapitolu 1). Madankollu, huma jiġbdu l-attenzjoni jew għal dgħufijiet li huma sinifikanti għal kategoriji individwali ta’ riżorsi proprji jew għal oqsma fejn il-kalkolu u l-ġbir tad-dħul jista’ jkun aħjar.

    Dgħufijiet fil-ġestjoni tal-RPT mill-Istati Membri

    4.7.

    Kull Stat Membru jibgħat lill-Kummissjoni rapport ta’ kull xahar dwar id-dazji doganali li huwa jkun ġabar (il-kontijiet A), kif ukoll rapport ta’ kull tliet xhur dwar id-dazji stabbiliti li jkunu għadhom ma nġabrux (il-kontijiet B). L-affidabbiltà ta’ dawn ir-rapporti hija kruċjali għall-kalkolu tal-RPT.

    4.8.

    Aħna analizzajna l-mod kif tfasslu l-kontijiet A u B fl-Italja, fi Franza u fi Spanja, kif ukoll il-proċeduri għall-ġbir tal-ammonti tal-RPT dovuti lill-baġit tal-UE.

    4.9.

    Aħna ma identifikajniex problemi sinifikanti fit-tfassil tar-rapporti ta’ kull xahar dwar id-dazji doganali li nġabru fl-Italja u fi Franza. Madankollu, fi Spanja, aħna sibna dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll għall-kompilazzjoni ta’ dawn ir-rapporti (ara l- Kaxxa 4.2 ).

    Kaxxa 4.2

    Dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll tal-RPT fi Spanja

    Aħna sibna nuqqas ta’ superviżjoni tal-bidliet li saru fis-sistema kontabilistika tal-RPT fi Spanja. Ir-rapport tal-kontijiet A tal-pajjiż għal Mejju 2018 kien fih entrata li fejn l-ammonti disponibbli għall-baġit tal-UE tnaqqsu b’nofs miljun euro. L-awtoritajiet nazzjonali ta’ Spanja spjegaw li uffiċjal tal-kontabbiltà kien daħħal din l-entrata manwalment bħala tpaċija għal entrata awtomatika li nħolqot mis-sistema kontabilistika fl-2008. Madankollu, ma kienx hemm evidenza li s-superjuri tiegħu kienu approvaw din l-entrata.

    Wara li l-każ ġie investigat, l-awtoritajiet Spanjoli kkonkludew li t-tnaqqis li seħħ f’Mejju 2018 ma kellux isir u kkoreġew dan l-iżball. Dan juri dgħufijiet fis-sistemi ta’ kontroll, li kellhom jipprevjenu li din l-entrata ssir.

    4.10.

    Fit-tliet Stati Membri li żorna, aħna osservajna dgħufijiet fil-ġestjoni tad-dazji stabbiliti li jkunu għadhom ma nġabrux. Dawn kienu jikkonċernaw prinċipalment id-dewmien fl-irkupru infurzat ta’ djun doganali u fir-reġistrazzjoni jew it-tħassir tardivi ta’ djun fis-sistema kontabilistika (9). Aħna sibna dgħufijiet simili fi Stati Membri oħra fis-snin preċedenti (10). Fl-ispezzjonijiet li twettaq, il-Kummissjoni għadha wkoll taqbad u tirrapporta nuqqasijiet relatati mal-kontijiet B. Preċedentement, aħna għamilna rakkomandazzjonijiet (11) fir-rigward tal-kontijiet B, iżda dawn għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ.

    Dgħufijiet fil-verifikazzjonijiet li l-Kummissjoni twettaq tar-rapporti dwar l-RPT tal-Istati Membri

    4.11.

    Aħna eżaminajna s-sistemi li l-Kummissjoni tuża biex tivverifika l-affidabbiltà tar-rappurtar li jsir mill-Istati Membri u biex tiżgura li dawn tal-aħħar ikollhom sistemi effettivi biex jiġbru, jirrappurtaw u jagħmlu disponibbli l-ammont korrett ta’ RPT. Aħna ffukajna fuq l-ispezzjonijiet annwali mwettqa mill-Kummissjoni fl-Istati Membri u fuq il-kontrolli tal-konsistenza tar-rapporti tal-kontijiet A u B.

    4.12.

    Aħna sibna li l-programm ta’ spezzjoni tal-2018 tal-Kummissjoni ma kienx sostnut biżżejjed minn valutazzjoni tar-riskju strutturata u dokumentata, u li ma kienx jikklassifika l-Istati Membri skont il-livell ta’ riskju jew jippreżenta l-impatt u l-probabbiltà tar-riskji. Għalhekk, aħna ma stajniex nikkonfermaw li l-ispezzjonijiet koprew b’mod xieraq l-oqsma bl-ogħla livell ta’ riskju.

    4.13.

    Barra minn hekk, aħna osservajna li l-Kummissjoni, meta rċeviet ir-rapporti dwar l-RPT ta’ kull xahar jew ta’ kull tliet xhur, la wettqet analiżi sistematika tal-bidliet mhux tas-soltu fir-rapporti u lanqas ma ġabret informazzjoni rilevanti li tispjega r-raġunijiet għal dawn il-bidliet.

    L-għadd ta’ riżervi tal-ING u tal-VAT baqgħu ma nbidlux globalment, filwaqt li l-punti miftuħa tal-RPT żdiedu

    4.14.

    Meta l-Kummissjoni tidentifika każijiet potenzjali ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regolamenti dwar ir-riżorsi proprji (12) fid-data pprovduta mill-Istati Membri, hija tħalli din id-data miftuħa biex ikunu jistgħu jsiru bidliet sakemm tkun sodisfatta li tkun konformi. Għal każijiet li jikkonċernaw l-ING jew il-VAT, din il-proċedura tissejjaħ l-issettjar ta’ riżerva; għal każijiet li jikkonċernaw l-RPT, il-proċedura korrispondenti tissejjaħ il-ħolqien ta’ punt miftuħ. Il-Kummissjoni tiddetermina l-impatt tar-riżervi u tal-punti miftuħa fuq il-baġit tal-UE, wara li tikseb l-informazzjoni meħtieġa mingħand l-Istati Membri.

    4.15.

    L- Anness 4.2 jipprovdi stampa ġenerali tar-riżervi u tal-punti miftuħa pendenti li jirriżultaw mill-verifikazzjonijiet u mill-ispezzjonijiet imwettqa mill-Kummissjoni. B’mod ġenerali, l-għadd ta’ riżervi tal-ING (13) u tal-VAT baqgħu l-istess bħal dawk tas-sena preċedenti, filwaqt li l-għadd ta’ punti miftuħa tal-RPT żdied b’14 %.

    Aħna osservajna dewmien fl-insegwiment u fl-għeluq tal-punti miftuħa tal-RPT, min-naħa tal-Kummissjoni

    4.16.

    L-analiżi li wettaqna tal-punti miftuħa tal-RPT magħżula li kellhom impatt finanzjarju żvelat li kien hemm xi dewmien fl-insegwiment u fl-għeluq ta’ dawn il-punti, min-naħa tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, aħna osservajna li 27 % tal-punti miftuħa kienu ilhom pendenti għal aktar minn ħames snin.

    Il-Kummissjoni tistenna li tagħlaq iċ-ċiklu ta’ verifikazzjoni pluriennali tagħha tal-ING fl-2019, u se tibqa’ tivvaluta l-impatt tal-globalizzazzjoni fuq il-kontijiet nazzjonali sal-2024

    4.17.

    Il-Kummissjoni kompliet twettaq il-verifikazzjonijiet pluriennali tagħha tal-ING fl-Istati Membri u hija tistenna li tkun ikkompletathom sa tmiem l-2019. Dawn il-verifikazzjonijiet jeżaminaw jekk il-proċeduri ta’ kompilazzjoni li l-Istati Membri jużaw għall-kontijiet nazzjonali tagħhom jikkonformawx mal-ESA 2010 (14), u jekk id-data dwar l-ING hijiex komparabbli, affidabbli u eżawrjenti (15).

    4.18.

    Fl-2018, il-Kummissjoni għamlet riżerva ġenerali relatata mal-istima li Franza pprovdiet fir-rigward tal-ING tagħha. Hija għamlet dan — eċċezzjonalment — minħabba li Franza ma kinitx ipprovdiet informazzjoni suffiċjenti dwar il-kompilazzjoni tal-ING tagħha (ara l- Kaxxa 4.3 ). In-nuqqas ta’ informazzjoni suffiċjenti min-naħa ta’ Franza jxekkel lill-Kummissjoni milli tikkompleta ċ-ċiklu ta’ verifikazzjoni b’mod f’waqtu u jżid ir-riskju li l-kontribuzzjonijiet tal-pajjiż ikunu jeħtieġu jiġu kkoreġuti fi stadju aktar tard. Dan jista’ jkollu wkoll impatt fuq il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri l-oħra.

    Kaxxa 4.3

    Il-Kummissjoni aġixxiet fil-pront biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE billi għamlet riżerva ġenerali fuq id-data dwar l-ING ta’ Franza

    Il-Kummissjoni tivverifika l-komparabbiltà, l-affidabbiltà u l-eżawrjenza tad-data użata mill-Istati Membri biex jikkompilaw l-ING tagħhom għall-fini tal-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet tar-riżorsi proprji. Dan jinkludi l-verifikazzjoni tal-inventarji tal-ING ipprovduti mill-Istati Membri. Dawn l-inventarji jiddeskrivu s-sorsi u l-metodi ta’ kompilazzjoni użati għall-istimar tal-ING.

    Il-kwalità tal-inventarju oriġinali tal-ING ta’ Franza ma kinitx ta’ kwalità suffiċjenti f’termini ta’ format, kontenut u dettalji. Għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq il-verifikazzjoni tagħha skont l-iskeda ta’ żmien maqbula mal-Istati Membri. Il-Kummissjoni użat id-data dwar l-ING ta’ Franza biex tikkalkula l-kontribuzzjoni mill-pajjiż, iżda madankollu hija għamlet riżerva ġenerali fuq din id-data minħabba tħassib dwar il-kwalità tagħha. Il-Kummissjoni tuża din il-kategorija ta’ riżervi, eċċezzjonalment, meta hija tikkunsidra li jkun hemm riskju sinifikanti li l-interessi finanzjarji tal-UE ma jiġux protetti.

    4.19.

    Fir-Rapport Annwali 2016 tagħna, aħna rrapurtajna li jkun meħtieġ li l-Kummissjoni twettaq xogħol addizzjonali biex tivvaluta l-impatt potenzjali tal-globalizzazzjoni fuq id-data dwar l-ING (16). Fl-2018, hija kompliet taħdem flimkien mal-Istati Membri fuq l-iżvilupp ta’ metodoloġija għall-valutazzjoni tal-impatt tal-globalizzazzjoni fuq il-kompilazzjoni ta’ data dwar l-ING, b’mod partikolari fir-rigward tar-rilokazzjoni ta’ kumpaniji multinazzjonali kbar.

    4.20.

    Il-Kummissjoni u l-Istati Membri qablu li jiffissaw tmiem l-2024 bħala d-data sa meta jrid isir it-titjib meħtieġ. Dan jimplika li, fi tmiem iċ-ċiklu ta’ verifikazzjoni, il-Kummissjoni se tkun meħtieġa tissettja riżervi relatati mal-globalizzazzjoni biex id-data dwar l-ING ipprovduta mill-Istati Membri tinżamm miftuħa f’każ li dawn ikunu jridu jagħmlu bidliet fl-istimi tagħhom tal-attivitajiet multinazzjonali.

    Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza

    4.21.

    L-informazzjoni pprovduta fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2018 ippubblikati mid-DĠ Baġit u mill-Eurostat tikkorrobora l-osservazzjonijiet u l-konklużjonijiet tagħna. Għat-tielet sena konsekuttiva, id-DĠ Baġit issettja riżerva fuq il-valur tal-RPT miġbur mir-Renju Unit, minħabba li l-pajjiż naqas milli jagħmel għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-UE d-dazji doganali li ma tħallsux b’riżultat ta’ importazzjonijiet sottovalutati ta’ tessuti u żraben miċ-Ċina. Aħna nosservaw li din is-sena l-ambitu tar-riżerva ġie estiż biex jinkludi t-telf potenzjali tal-RPT ta’ Stati Membri oħra minħabba s-sottovalutazzjoni msemmija hawn fuq, li għadha ma ġietx stmata.

    4.22.

    Fir-Rapport Annwali 2017 tagħna (17), aħna rrappurtajna dwar il-proċedura ta’ ksur (18) imnedija kontra r-Renju Unit minħabba li dan naqas milli jieħu miżuri adegwati biex jimmitiga r-riskju ta’ frodi doganali permezz ta’ sottovalutazzjoni. Fl-2018, il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lir-Renju Unit u kkalkulat li t-total tat-telf (prinċipali u mgħax) għall-baġit tal-UE ammonta għal EUR 2,8 biljun (19). F’Marzu 2019, il-Kummissjoni rreferiet il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    Konklużjoni

    4.23.

    L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta’ żball fid-dħul ma kienx materjali. Is-sistemi relatati mad-dħul li aħna eżaminajna kienu globalment effettivi. Il-kontrolli interni ewlenin tal-RPT li aħna vvalutajna fil-Kummissjoni u f’ċerti Stati Membri kienu parzjalment effettivi (ara l-paragrafi 4.7—4.13).

    Rakkomandazzjonijiet

    4.24.

    L- Anness 4.3 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna għall-ħames rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2015 tagħna. Il-Kummissjoni kienet implimentat rakkomandazzjoni waħda f’xi wħud mill-aspetti, filwaqt li tlieta kienu ġew implimentati fil-biċċa l-kbira mill-aspetti u waħda bis-sħiħ.

    4.25.

    Ibbażat fuq din l-analiżi u fuq is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2018, aħna nirrakkommandaw li l-Kummissjoni:

    Rakkomandazzjoni 4.1

    Timplimenta valutazzjoni tar-riskju aktar strutturata u dokumentata għall-ippjanar tal-ispezzjonijiet tagħha tal-RPT, inkluż analiżi tal-livell ta’ riskju għal kull Stat Membru kif ukoll tar-riskji relatati mat-tfassil tal-kontijiet A u B (ara l-paragrafu 4.12).

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa tmiem l-2020

    Rakkomandazzjoni 4.2

    Tirrinforza l-ambitu tal-kontrolli tagħha ta’ kull xahar u ta’ kull tliet xhur tar-rapporti tal-kontijiet A u B tal-RPT filwaqt li twettaq analiżi aktar profonda tal-bidliet mhux tas-soltu sabiex tiżgura reazzjoni fil-pront għal anomaliji potenzjali (ara l-paragrafi 4.9 u 4.13).

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa tmiem l-2020


    (1)  Il-kontribuzzjoni inizjali tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-ING previst. Id-differenzi bejn l-ING previst u dak finali jiġu aġġustati fis-snin sussegwenti, u jaffettwaw id-distribuzzjoni tar-riżorsi proprji bejn l-Istati Membri, aktar milli l-ammont totali li jinġabar.

    (2)  Rata mnaqqsa ta’ 0,15 % għall-ġbir tal-VAT tapplika għall-Ġermanja, in-Netherlands, u l-Iżvezja, filwaqt li r-rata għall-ġbir tal-VAT għall-Istati Membri l-oħra hija 0,3 %.

    (3)  Dawn jikkonsistu prinċipalment minn dħul relatat mal-FAEG u mal-FAEŻR (b’mod partikolari l-approvazzjoni ta’ kontijiet u l-irregolaritajiet), mill-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fi programmi ta’ riċerka, kif ukoll minn kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra għal programmi u attivitajiet tal-UE.

    (4)  Ordni ta’ rkupru hija dokument li fih il-Kummissjoni tirreġistra l-ammonti li jkunu dovuti lilha.

    (5)  Il-punt tat-tluq tagħna kien id-data maqbula dwar l-ING u l-bażi armonizzata tal-VAT imħejjija mill-Istati Membri. Aħna ma ttestjajniex direttament l-istatistika u d-data li l-Kummissjoni u l-Istati Membri pproduċew.

    (6)  L-awditu tagħna uża data mis-sistemi kontabilistiċi tal-RPT tal-Istati Membri miżjura. Aħna ma stajniex nawditjaw importazzjonijiet li ma ġewx iddikjarati jew dawk li kienu nqabżu mis-sorveljanza doganali.

    (7)  Dawn it-tliet Stati Membri ntgħażlu fuq il-bażi tad-daqs tal-kontribuzzjoni tagħhom tal-RPT u tal-valutazzjoni tar-riskju tagħna.

    (8)  Ara l-paragrafu 12 fl- Anness 1.1 .

    (9)  Aħna ma qbadna l-ebda impatt materjali fuq l-ammonti rekuperabbli mill-Istati Membri, li ġew irrappurtati fil-kontijiet konsolidati tal-UE.

    (10)  Ara l-paragrafu 4.15 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna, il-paragrafu 4.15 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna, il-paragrafu 4.18 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna, il-paragrafu 4.22 tar-Rapport Annwali 2014 tagħna, il-paragrafu 2.16 tar-Rapport Annwali 2013 tagħna, u l-paragrafi 2.32 u 2.33 tar-Rapport Annwali 2012 tagħna.

    (11)  Ara l- Anness 4.3 , ir-Rakkomandazzjoni Nru 2 u r-Rakkomandazzjoni Nru 3.

    (12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 609/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 dwar il-metodi u l-proċedura li jintużaw biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni r-riżorsi proprji tradizzjonali, dawk ibbażati fuq il-VAT u dawk ibbażati fuq l-ING u dwar il-miżuri li jissodisfaw il-ħtiġijiet fi flus kontanti (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 39) u r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 608/2014 tas-26 ta’ Mejju 2014 li jistabbilixxi miżuri li jimplimentaw is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 168, 7.6.2014, p. 29).

    (13)  Jeżistu żewġ kategoriji prinċipali ta’ riżervi tal-ING — speċifiċi u ġenerali. Ir-riżervi speċifiċi jistgħu jkunu speċifiċi għat-tranżazzjoni, trasversali jew speċifiċi għall-proċess. F’dan il-paragrafu, aħna qed nirreferu għar-riżervi speċifiċi għat-tranżazzjoni. Fi tmiem l-2018, ma kienx hemm riżervi trasversali miftuħa. Jeżistu riżervi speċifiċi għall-proċess, għall-Istati Membri kollha, sabiex jiġi żgurat li, matul iċ-ċiklu ta’ verifikazzjoni, huma jkunu jistgħu jieħdu inkunsiderazzjoni r-riżultati tax-xogħol imwettaq mill-Kummissjoni meta jikkalkulaw ir-riżorsi proprji bbażati fuq l-ING tagħhom għall-2010 ’l quddiem. Għar-riżervi ġenerali, ara l-paragrafu 4.18.

    (14)  L-ESA (is-Sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali) 2010 hija l-qafas kontabilistiku tal-UE, li huwa kompatibbli fuq livell internazzjonali. Hija tintuża biex tinħoloq deskrizzjoni sistematika u dettaljata ta’ ekonomija. Ara r-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1).

    (15)  Ara l-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 tal-15 ta’ Lulju 2003 fuq l-armonizzazzjoni tad-dħul gross nazzjonali bi prezzijiet tas-suq (Regolament GNI) (ĠU L 181, 19.7.2003, p. 1). Dan ġie sostitwit bir-Regolament (UE) 2019/516 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar l-armonizzazzjoni tad-dħul nazzjonali gross bi prezzijiet tas-suq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/130/KEE, Euratom u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1287/2003 (Regolament GNI) (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 19), ara b’mod partikolari l-Artikolu 5(2).

    (16)  Ara l-paragrafi 4.10 sa 4.13, u 4.23 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

    (17)  Ara l-paragrafu 4.17 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna.

    (18)  Din hija l-azzjoni ta’ infurzar prinċipali li l-Kummissjoni tista’ tieħu meta l-Istati Membri ma japplikawx il-liġi tal-UE.

    (19)  Il-klejms kontra r-Renju Unit jammontaw għal total ta’ EUR 3,5 biljun, inkluż dan il-każ ta’ ksur. Dan huwa rreġistrat fil-kontijiet konsolidati tal-UE għall-2018 bħala parti mill-ammont rekuperabbli mill-Istati Membri.

    ANNESS 4.1

    RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAD-DĦUL

     

    2018

    2017

    DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

    Total tat-tranżazzjonijiet:

    55

    55

    IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

    Livell ta’ żball stmat

    Ħieles minn żball materjali

    Ħieles minn żball materjali

    ANNESS 4.2

    GĦADD TA’ RIŻERVI TAL-ING, TA’ RIŻERVI TAL-VAT U TA’ PUNTI MIFTUĦA TAL-RPT, LI KIENU PENDENTI FIL-31.12.2018, SKONT L-ISTAT MEMBRU

    Image 31

     

    “Punti miftuħa” tal-RPT

    Riżervi tal-VAT

    Riżervi tal-ING

    TOTAL fil-31.12.2018

    402

    96

    9

    TOTAL fil-31.12.2017

    354

    92

    7

    Sors: Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (1).


    (1)  Iċ-ċifri għar-riżervi tal-ING jirrappreżentaw biss ir-riżervi speċifiċi għat-tranżazzjoni (li jkopru l-kompilazzjoni ta’ komponenti tal-kontijiet nazzjonali speċifiċi fi Stat Membru). Hemm ukoll riżervi tal-ING speċifiċi għall-proċess li għadhom pendenti għall-Istati Membri kollha, u li jkopru l-kompilazzjoni tad-data mill-2010 ’l quddiem (ħlief għall-Kroazja, fejn dawn ir-riżervi jkopru l-perjodu mill-2013 ’il quddiem), u riżerva ġenerali waħda għal Franza (ara l-paragrafu 4.18).

    ANNESS 4.3

    SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAD-DĦUL

    Sena

    Rakkomandazzjoni tal-Qorti

    Analiżi mill-QEA tal-progress li sar

    Implimentata bis-sħiħ

    Qed tiġi implimentata

    Mhux implimentata

    Mhux applikabbli

    Evidenza insuffiċjenti

    Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

    F’xi wħud mill-aspetti

    2015

    Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

    Rakkomandazzjoni 1: tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-operaturi ekonomiċi jiġu ttrattati b'mod simili fl-Istati Membri kollha fir-rigward tal-preskrizzjoni tan-notfiki tad-dejn wara awditu a posteriori.

     

    X

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 2: tipprovdi lill-Istati Membri bi gwida biex itejbu l-ġestjoni tagħhom tal-entrati rreġistrati fil-kontijiet B.

     

    X

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 3: tiżgura li l-Istati Membri jiddikjaraw b'mod korrett u jagħmlu disponibbli l-ammonti miġbura mill-kontijiet B.

     

    X

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 4: tiffaċilita sa fejn possibbli l-irkupru tad-djun doganali mill-Istati Membri, fejn id-debituri ma jkunux ibbażati fi Stat Membru tal-UE.

     

     

    X

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 5: ittejjeb il-kontrolli fuq il-kalkoli tal-kontribuzzjonijiet miż-ŻEE/mill-EFTA u fuq il-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni.

    X

     

     

     

     

     

    Noti dwar l-analiżi li wettaqna tal-progress li sar:

    Rakkomandazzjoni 1: Il-Kummissjoni pproponiet Direttiva dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet (li għadha ma ġietx approvata mill-Kunsill), u kkunsidrat li twettaq inkjesta fl-Istati Membri kollha bil-ħsieb li tibda investigazzjonijiet legali fejn ikun meħtieġ.

    Rakkomandazzjoni 2: Il-Kummissjoni wettqet bosta attivitajiet informattivi u ħarġet żewġ dokumenti ta’ gwida li jikkontribwixxu għat-titjib fil-ġestjoni tal-kontijiet B mill-Istati Membri. Madankollu, fil-fehma tagħna, il-Kummissjoni tista’ tipprovdi gwida aktar prattika dwar kif l-entrati fil-kolonni differenti tar-rapporti tal-kontijiet A u B għandhom isiru (kif meħtieġ mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2018/194 tat-8 ta’ Frar 2018) (ara l-paragrafu 4.10).

    Rakkomandazzjoni 3: L-inkonsistenzi bejn ir-rapporti tal-kontijiet A u B ta’ xi wħud mill-Istati Membri ġew eliminati. Fil-każ ta’ Stat Membru wieħed, din il-problema għadha tippersisti, iżda mhux daqs fis-snin preċedenti. Il-Kummissjoni tindika li hija se tkompli tagħti segwitu għall-problema sakemm din tiġi riżolta (ara l-paragrafu 4.10).

    Rakkomandazzjoni 4: Id-dħul fis-seħħ tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU) fl-2016 ipprovda mezzi addizzjonali li jiżguraw il-ġbir ta’ data rilevanti. Madankollu, dan it-titjib ma solviex il-problema kompletament. Il-Kummissjoni qed tivvaluta l-effettività tad-dispożizzjonijiet tal-KDU fl-indirizzar tal-problemi li aħna identifikajna f’dak li jirrigwarda l-irkupru ta’ djun doganali. Dan ix-xogħol għadu għaddej.

    Rakkomandazzjoni 5: Il-Kummissjoni tejbet u saħħet il-proċeduri u l-listi ta’ kontroll għall-kalkoli tal-kontribuzzjonijiet miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE)/ mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u l-mekkaniżmi ta’ korrezzjoni.


    KAPITOLU 5

    Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

    WERREJ

    Introduzzjoni 5.1–5.8
    Deskrizzjoni qasira ta'“Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” 5.2–5.6
    Ambitu u approċċ tal-awditjar 5.7–5.8
    Parti 1: Regolarità tat-tranżazzjonijiet 5.9–5.36
    Għadd sinifikanti mill-iżbalji kwantifikabbli li nstabu kienu jikkonċernaw spejjeż għall-persunal li kienu ineliġibbli 5.16–5.17
    Żbalji spissi fi spejjeż diretti oħra 5.18
    Entitajiet privati, b’mod partikolari l-SMEs u l-parteċipanti ġodda, huma aktar suxxettibbli għal żball 5.19
    Il-biċċa l-kbira mill-iżbalji kwantifikabbli kienu jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni tal-ħin kif ukoll id-dewmien fid-distribuzzjoni tal-fondi 5.20–5.21
    Orizzont 2020: spejjeż għall-infrastruttura kbira tar-riċerka – proċeduri ta’ verifikazzjoni ex ante li kienu kkumplikati u li ftit li xejn kellhom impatt fuq il-prevenzjoni tal-iżbalji 5.22
    Erasmus+: Diverġenza bejn ir-regoli nazzjonali u dawk tal-UE 5.23
    Erasmus+: Aktar titjib huwa meħtieġ għall-ġestjoni tal-għotjiet fl-EACEA 5.24–5.26
    Ir-rapporti annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja 5.27-5.30
    Analiżi tal-informazzjoni dwar ir-regolarità pprovduta mill-entità awditjata 5.31–5.36
    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 5.37–5.40
    Konklużjoni 5.37–5.38
    Rakkomandazzjonijiet 5.39–5.40
    Parti 2: Problemi relatati mal-prestazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni 5.41–5.43
    Il-biċċa l-kbira mill-proġetti kisbu l-outputs u r-riżultati mistennija minnhom 5.43

    Anness 5.1 —

    Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

    Anness 5.2 —

    Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

    Introduzzjoni

    5.1.

    Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għas-Subintestatura 1a “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” tal-QFP. Il- Kaxxa 5.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din is-subintestatura fl-2018.

    Kaxxa 5.1

    Subintestatura ‘Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi’ tal-QFP – Ripartizzjoni fl-2018

    Image 32

    Image 33

    (1)

    F’konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 13).

    Sors:

    Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2018.

    Deskrizzjoni qasira ta’ “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

    5.2.

    Il-programmi ffinanzjati mill-infiq li huwa allokat għal din is-subintestatura jinsabu fil-qofol tal-proġett Ewropew u għandhom l-għan li jrawmu soċjetà inklużiva, jistimulaw it-tkabbir u joħolqu impjiegi fl-UE.

    5.3.

    Dan il-qasam ta’ politika jinkludi l-infiq fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ, in-netwerks trans-Ewropej fl-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, il-programmi spazjali u l-iżvilupp tan-negozju. Il-programmi prinċipali ffinanzjati taħt din is-subintestatura huma s-Seba’ Programm Kwadru (FP7) (1) u Orizzont 2020 (2) (H2020) għar-riċerka u l-innovazzjoni, kif ukoll Erasmus+ għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.

    5.4.

    Huwa jħaddan ukoll proġetti kbar ta’ infrastruttura, bħalma huma l-programmi spazjali Galileo (is-sistema globali ta’ navigazzjoni bis-satellita, tal-UE) u EGNOS (is-sistema Ewropea ta’ navigazzjoni b’kopertura ġeostazzjonarja); il-kontribut mill-UE għar-Reattur Termonukleari Internazzjonali u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE).

    5.5.

    Il-biċċa l-kbira mill-infiq fuq dawn il-programmi tiġi mmaniġġjata b’mod dirett mill-Kummissjoni, u tieħu l-għamla ta’ għotjiet lil benefiċjarji pubbliċi jew privati li jipparteċipaw fi proġetti. Il-Kummissjoni tipprovdi pagamenti bil-quddiem lill-benefiċjarji mal-iffirmar ta’ ftehim ta’ għotja jew ta’ deċiżjoni ta’ finanzjament, u tirrimborża l-ispejjeż iffinanzjati mill-UE li huma jikkomunikaw, filwaqt li tnaqqas minnhom il-pagamenti bil-quddiem. Fil-każ ta’ Erasmus+, l-infiq jiġi mmaniġġjat l-aktar minn aġenziji nazzjonali f’isem il-Kummissjoni (madwar 80 % tal-għotjiet), filwaqt li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) tittratta l-20 % li jifdal.

    5.6.

    Ir-riskju prinċipali għar-regolarità tat-tranżazzjonijiet huwa li l-benefiċjarji jiddikjaraw spejjeż ineliġibbli, li la jinqabdu u lanqas ma jiġu kkoreġuti qabel ma jsir rimborż. Ir-riskju huwa partikolarment għoli għal programmi li għandhom regoli kumplessi rigward ir-rimborż ta’ nfiq eliġibbli, bħall-Programmi ta’ Riċerka. Dawn ir-regoli jistgħu jiġu miżinterpretati mill-benefiċjarji, speċjalment dawk li huma inqas familjari mar-regoli, bħal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) u dawk li jipparteċipaw jew għall-ewwel darba jew inkella bħala pajjiżi terzi).

    Ambitu u approċċ tal-awditjar

    5.7.

    Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 biex nipprovdu valutazzjoni speċifika, aħna eżaminajna kampjun ta’ 130 tranżazzjoni, f’konformità mal- Anness 1.1 . Il-kampjun kien maħsub biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta’ nfiq taħt din is-subintestatura tal-QFP (3). Huwa kien jikkonsisti f’81 tranżazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni (22 taħt l-FP7 u 59 taħt H 2020) u 49 tranżazzjoni taħt programmi u attivitajiet oħra, notevolment Erasmus+, l-FNE u l-programmi spazjali. Il-benefiċjarji li ġew awditjati kienu bbażati fi 19-il Stat Membru u f’4 pajjiżi terzi. L-objettiv tagħna kien li nikkontribwixxu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni kumplessiva kif deskritt fl- Anness 1.1 .

    5.8.

    Aħna eżaminajna wkoll dan li ġej għal “Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi” fl-2018:

    l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar ir-regolarità fir-rapporti annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), tal-EACEA u tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-SMEs (EASME), il-konsistenza tal-metodoloġija għall-istimar tal-ammonti f’riskju, u tal-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri kif ukoll l-inklużjoni tagħhom fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR) tal-Kummissjoni.

    l-affidabbiltà tax-xogħol tal-awditjar ex post li twettaq mill-Kummissjoni rigward ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet f’H2020. Aħna wettaqna dan ix-xogħol fid-dawl tal-istrateġija tagħna li għandha l-għan li fil-futur jiġi applikat approċċ ta’ attestazzjoni.

    Għall- Parti 2 ta’ dan il-Kapitolu, ir-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni.

    Parti 1: Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    5.9.

    L- Anness 5.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-130 tranżazzjoni li eżaminajna, 54 (41,5 %) kien fihom żbalji. Abbażi tal-31 żball li kkwantifikajna, aħna nistmaw li l-livell ta’ żball għall-qasam kollu tas-Subintestatura 1a tal-QFP, inkluż l-infiq ta’ riskju baxx, huwa ta’ 2,0 % (4). Din iċ-ċifra hija aktar baxxa milli kienet f’dawn l-aħħar sentejn, meta l-livell ta’ żball stmat kien kemxejn ogħla minn 4 %.

    5.10.

    Jenħtieġ li jittieħed kont tad-diversità sinifikanti li hemm fil-programmi u fit-tipi ta’ nfiq inklużi fil-popolazzjoni awditjata tagħna għal din is-subintestatura kif ukoll l-livelli differenti ta’ riskju, u konsegwentement ta’ żball, li dan jinvolvi (ara l- Kaxxa 5.2 ).

    Kaxxa 5.2

    Ripartizzjoni tal-popolazzjoni awditjata tal-2018 għas-Subintestatura 1a tal-QFP

    Image 34

    Sors:

    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

    5.11.

    Il- Kaxxa 5.3 tagħti ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat minna għall-2018, b’distinzjoni bejn ir-riċerka u tranżazzjonijiet oħra.

    Kaxxa 5.3

    Ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat skont it-tip ta’ tranżazzjoni u l-karatteristiċi tal-iżball

    Image 35

    Sors:

    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

    5.12.

    Bħal fi snin preċedenti, l-infiq fuq ir-riċerka jibqa’ qasam ta’ riskju ogħla kif ukoll is-sors prinċipali ta’ żball. Aħna sibna żbalji kwantifikabbli li kienu relatati ma’ spejjeż ineliġibbli f’27 mill-81 tranżazzjoni li kkampjunajna fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni (8 taħt l-FP7 u 19 taħt H2020), u dawn kienu jirrappreżentaw 94 % tal-livell ta’ żball stmat minna għal din is-subintestatura fl-2018.

    5.13.

    Din hija l-ewwel sena li fiha H2020 irrappreżenta parti kbira mill-proġetti ta’ riċerka fil-kampjun tagħna (aktar minn 70 %). Il-miżuri ta’ simplifikazzjoni introdotti minn dan il-programm, b’mod partikolari l-istabbiliment ta’ rata fissa għal spejjeż indiretti u l-possibbiltà li l-benefiċjarji japplikaw għadd fiss annwali ta’ sigħat produttivi għall-kalkolu tar-rata ta’ kull siegħa, naqqsu r-riskju ta’ żball. Dan seta’ kkontribwixxa għat-tnaqqis fir-rata kumplessiva ta’ żball għas-subintestatura. Madankollu, minkejja t-titjib fit-tfassil tal-programm u fl-istrateġija ta’ kontroll użata mill-Kummissjoni, ir-riżultati tagħna juru li l-infiq fuq ir-riċerka waħdu xorta għadu milqut minn żball materjali. Il-Kummissjoni stess tistma li r-rata ta’ żball għal H2020 għadha ogħla mis-soll ta’ materjalità ta’ 2 % (ara l-paragrafu 5.28).

    5.14.

    Għal programmi u attivitajiet oħra, aħna qbadna żbalji kwantifikabbli f’4 mid-49 tranżazzjoni kkampjunata. L-iżbalji kienu jikkonċernaw proġetti taħt il-programmi Erasmus+ u CEF, u kienu jinkludu:

    (a)

    id-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għal attivitajiet ineliġibbli min-naħa tal-benefiċjarji jew il-kalkolu skorrett ta’ allowances għall-mobbiltà jew għall-ivvjaġġar ta’ studenti (Erasmus+); jew

    (b)

    il-kalkolu skorrett tal-ispejjeż għall-persunal jew, f’każ minnhom, l-inklużjoni ta’ VAT ineliġibbli fid-dikjarazzjoni tal-ispejjeż (CEF).

    5.15.

    Il-Kummissjoni kienet applikat miżuri korrettivi li affettwaw direttament erbgħa mit-tranżazzjonijiet li kkampjunajna. Dawn il-miżuri ftit li xejn kellhom impatt fuq il-kalkoli tagħna, billi huma naqqsu l-livell ta’ żball stmat minna għal dan il-kapitolu b’0,1 punt perċentwali biss. Fi tmien każijiet ta’ żbalji kwantifikabbli li saru mill-benefiċjarji, il-klejm għar-rimborż kien fih informazzjoni suffiċjenti biex il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali jew l-awditur indipendenti jipprevienu, jew jaqbdu u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma jaċċettaw l-infiq. Eżempji kienu jinkludu metodoloġija skorretta li ntużat għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal, u l-inklużjoni ta’ spejjeż oħra ineliġibbli fil-klejm għall-ispejjeż. Li kieku l-Kummissjoni għamlet użu xieraq mill-informazzjoni kollha li kellha għad-dispożizzjoni tagħha, il-livell ta’ żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun aktar baxx b’0,3 punti perċentwali.

    Għadd sinifikanti mill-iżbalji kwantifikabbli li nstabu kienu jikkonċernaw spejjeż għall-persunal li kienu ineliġibbli

    5.16.

    B’mudell ta’ finanzjament ibbażat fuq ir-rimborż tal-ispejjeż eliġibbli, ir-regoli għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal huma kumplessi, u l-kalkolu ta’ dawn l-ispejjeż jibqa’ sors prinċipali ta’ żball fil-klejms għall-ispejjeż. Filwaqt li, b’mod ġenerali, Orizzont 2020 għandu regoli ta’ finanzjament li huma ġeneralment aktar sempliċi minn dawk tal-FP7, f’xi aspetti l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal saret aktar kumplessa, u b’hekk żdied ir-riskju ta’ żball. Dawn l-osservazzjonijiet saru wkoll fir-Rapport Speċjali Nru 28/2018 tagħna (5) li fih aħna ġbidna l-attenzjoni għad-diffikultajiet li xi wħud mill-bidliet ħolqu għall-benefiċjarji.

    5.17.

    Element wieħed li ġie introdott f’H2020 u li ta’ spiss iwassal għal żbalji huwa r-regola li tirrikjedi l-użu tar-rata annwali ta’ kull siegħa mis-sena finanzjarja li tkun għalqet l-aktar reċentement, għad-dikjarazzjoni tal-ispejjeż relatati mas-sena sussegwenti (mhux magħluqa) tar-rappurtar. Din ir-regola hija diffiċli biex wieħed japplikaha, u mhux dejjem tkun tirrifletti l-ispejjeż reali tal-benefiċjarju billi ma tieħu inkunsiderazzjoni l-ebda żieda fis-salarju minn sena għal oħra.

    Żbalji spissi fi spejjeż diretti oħra

    5.18.

    Is-sehem ta’ spejjeż diretti oħra fil-livell ta’ żball stmat huwa ogħla minn tas-sena l-oħra. Xi wħud mill-iżbalji kienu relatati ma’ spejjeż ta’ tagħmir li bi żball kienu qed jiġu debitati bis-sħiħ, lil proġetti tal-UE. L-ispejjeż għall-infrastruttura kbira li ġew iddikjarati minn xi benefiċjarji wkoll ikkontribwew għal-livell ta’ żball stmat (aktar informazzjoni fil-paragrafu 5.22). Fost il-każijiet oħra ta’ żball kien hemm il-VAT ineliġibbli u r-rimborż ta’ spejjeż għall-ivvjaġġar li ma kinux relatai mal-proġett tal-UE awditjat.

    Entitajiet privati, b’mod partikolari l-SMEs u l-parteċipanti ġodda, huma aktar suxxettibbli għal żball

    5.19.

    Waħda mill-istrateġiji biex tingħata spinta lir-riċerka Ewropea hija li tiżdied il-parteċipazzjoni tas-settur privat, speċjalment negozji ġodda u SMEs. Aktar minn 50 % tal-iżbalji kwantifikabbli li nstabu (17 minn 31) kienu jinvolvu finanzjament għal benefiċjarji privati, għalkemm dawn it-tranżazzjonijiet kienu jirrappreżentaw biss 39 (30 %) mill-130 tranżazzjoni li ġew ikkampjunati. Parteċipanti ġodda u SMEs kienu jirrappreżentaw bejn wieħed u ieħor 10 % tal-kampjun kumplessiv, iżda s-sehem tagħhom mill-iżbalji kwantifikabbli huwa ta’ 30 %. Id-dikjarazzjoni skorretta tal-ispejjeż għas-salarji min-naħa tal-SMEs hija sors ta’ żball partikolarment prevalenti fl-awditi tagħna. Dawn ir-riżultati juru li l-SMEs u l-parteċipanti ġodda huma aktar suxxettibbli għal żball minn benefiċjarji oħra, xejra li hija kkonfermata wkoll mill-awditi mwettqa mill-Kummissjoni. Eżempju wieħed jingħata fil- Kaxxa 5.4 .

    Kaxxa 5.4

    Bosta żbalji fi klejm wieħed li sar minn SME

    SME waħda fis-settur tal-kura tas-saħħa fir-Renju Unit iddikjarat EUR 1,1 miljun fi spejjeż għall-persunal u għas-sottokuntrattar, kif ukoll spejjeż oħra matul il-perjodu ta’ rappurtar għall-ewwel proġett tagħha ffinanzjat mill-UE. Disgħa mill-10 entrati li awditjajna kien fihom żbalji materjali, li rrappreżentaw bejn 10 % u 36 % tal-valur tal-entrati individwali li ttestjajna. B’mod partikolari, il-benefiċjarju ma użax metodu ta’ kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal f’konformità mar-regoli ta’ H2020.

    Il-biċċa l-kbira mill-iżbalji kwantifikabbli kienu jikkonċernaw ir-reġistrazzjoni tal-ħin kif ukoll id-dewmien fid-distribuzzjoni tal-fondi

    5.20.

    Fost il-130 tranżazzjoni kkampjunati, aħna sibna wkoll 38 każ ta’ żbalji mhux kwantifikabbli li kienu relatati ma’ każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ finanzjament (6). Dawn il-każijiet tfaċċaw aktar ta’ spiss fi proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni, u prinċipalment kienu jikkonċernaw dgħufijiet fis-sistemi li l-benefiċjarji kienu jużaw għar-reġistrazzjoni tal-ħin, li ta’ spiss ma’ jissodisfawx ir-rekwiżiti bażiċi u għaldaqstant ma jipprovdux aċċertament adegwat dwar l-affidabbiltà tas-sigħat li jkunu nħadmu fuq il-proġetti ffinanzjati.

    5.21.

    Aħna sibna wkoll dewmien fid-distribuzzjoni tal-fondi tal-UE, min-naħa tal-koordinatur ta’ proġett, lill-parteċipanti l-oħra tal-proġett. Għalkemm xi wħud minn dawn il-każijiet ta’ dewmien kienu komprensibbli, dawn seta’ jkollhom konsegwenzi finanzjarji sinifikanti għall-parteċipanti tal-proġetti, speċjalment għall-SMEs.

    Orizzont 2020: spejjeż għall-infrastruttura kbira tar-riċerka – proċeduri ta’ verifikazzjoni ex ante li kienu kkumplikati u li ftit li xejn kellhom impatt fuq il-prevenzjoni tal-iżbalji

    5.22.

    Taħt H2020, il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw spejjeż kapitalizzati u operattivi għall-infrastruttura kbira tar-riċerka (LRI) jekk huma jikkonformaw ma’ ċertu kundizzjonijiet u wara li l-Kummissjoni tkun għamlitilhom valutazzjoni ex ante pożittiva tal-metodoloġija tagħhom għall-ispejjeż. Il-verifikazzjoni ex ante tirrikjedi żmien konsiderevoli u riżorsi oħra u tista’ tieħu sa sentejn u tinvolvi għadd kbir ta’ żjarat mill-Kummissjoni fil-bini tal-benefiċjarju. Dan kien il-każ fir-rigward ta’ wieħed mill-benefiċjarji li awditjajna, li kien iddikjara spejjeż għal-LRI. Barra minn hekk, minkejja l-verifikazzjoni ex ante estensiva, aħna sibna li xorta setgħu jsiru żbalji fl-applikazzjoni tal-metodoloġija. Fi tnejn minn tliet każijiet ta’ dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż għal-LRI, aħna sibna klejms eċċessivi sinifikanti ta’ dawn l-ispejjeż, li ammontaw għal EUR 75 000 (12 % tal-ispejjeż għal-LRI) u EUR 130 000 (30 % tal-ispejjeż għal-LRI) minħabba applikazzjoni skorretta tal-metodoloġija.

    Erasmus+: Diverġenza bejn ir-regoli nazzjonali u dawk tal-UE

    5.23.

    Fl-awditi tagħna, aħna osservajna li l-benefiċjarji tal-finanzjament li ngħata mill-UE kienu obbligati jsegwu regoli nazzjonali li ma kinux koerenti għalkollox mal-prinċipji tal-UE (ara l- Kaxxa 5.5 ).

    Kaxxa 5.5

    Eżempji ta’ każijiet fejn ir-regoli nazzjonali u dawk tal-UE mhumiex koerenti għalkollox

    Eżempju 1

    Taħt l-iskema Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali tal-Erasmus+, il-persunal li jakkumpanja lill-istudenti li jkunu fuq skambju huwa intitolat għal allowance ta’ kuljum li jvarja bejn EUR 90 u EUR 144 għal soġġorni li jdumu sa 14-il jum, u 70 % ta’ dan l-ammont għal soġġorni itwal. Fil-qafas tal-opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati, l-UE tħallas l-allowance lill-organizzazzjoni li timpjiega l-persunal li jakkumpanja lill-istudenti. Madankollu, fis-Slovenja, ir-regoli nazzjonali jistabbilixxu ammont ta’ EUR 44 kuljum għall-allowances ta’ kuljum (għall-ikliet biss) li aħna awditjajna, li huwa, saħansitra anki jekk jiġu inklużi l-ammonti li jitħallsu għall-akkommodazzjoni, sinifikattivament inqas mill-intitolamenti li jitħallsu lill-organizzazzjoni benefiċjarja mill-baġit ta’ Erasmus+.

    Eżempju 2

    Fis-Slovakkja, aħna awditjajna proġett ta’ Erasmus+ li ġie implimentat fi skola li l-baġit tagħha huwa marbut ma’ korp reġjonali superjuri. Aħna sibna li, sabiex tikkonforma mar-regoli finanzjarji nazzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi, meta l-iskola tirċievi l-finanzjament taħt Erasmus+ mingħand l-Aġenzija Nazzjonali, hija għandha l-obbligu li tittrasferixxi l-fondi lill-korp reġjonali superjuri. Imbagħad, din tirċievi l-fondi lura xi jiem wara meta dawn jiġu assenjati lill-iskola għall-proġett Erasmus+. Dawn it-trasferimenti finanzjarji bejn l-iskola u l-korp reġjonali mhumiex meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett, u jistgħu jinvolvu wkoll riskji finanzjarji u ta’ implimentazzjoni.

    Erasmus+: Aktar titjib huwa meħtieġ għall-ġestjoni tal-għotjiet fl-EACEA

    5.24.

    Fl-2017, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea (IAS) irrapporta dwar l-ewwel fażi tal-ġestjoni tal-għotjiet taħt Erasmus+ u Ewropa Kreattiva (mis-sejħa sal-iffirmar tal-kuntratti). Fl-2018, huwa nieda segwitu u kkonkluda li r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar tiegħu kienu ġew implimentati b’mod adegwat u effettiv.

    5.25.

    Fl-2018, l-IAS kompla billi awditja t-tieni fażi tal-ġestjoni tal-għotjiet (mill-monitoraġġ tal-proġetti sal-pagament). Dan wassal għal erba’ osservazzjonijiet u rakkomandazzjonijiet, li waħda minnhom hija “kritika” (il-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll intern), tnejn huma “importanti ħafna”, u waħda hija “importanti”. Ibbażat fuq awditu ta’ segwitu limitat, l-IAS iqis li wara l-azzjoni immedjata meħuda mill-EACEA, ir-riskji ta’ bażi ġew parzjalment mitigati. Għalhekk, l-IAS baxxa l-klassifikazzjoni tar-rakkomandazzjoni minn “kritika” għal “importanti ħafna”. Ir-rakkomandazzjonijiet kollha jibqgħu pendenti, għalkemm l-ebda waħda minnhom ma għadditilha d-data mmirata għall-implimentazzjoni, u l-implimentazzjoni tagħhom għadha għaddejja.

    5.26.

    Kif ġie ddikjarat fir-Rapport Annwali tal-Attività (RAA) 2018 tal-EACEA, u kif ġie kkonfermat fl-analiżi tagħna, l-Aġenzija tagħraf li jeħtieġ li jsir titjib maġġuri fir-rigward tal-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll intern tagħha, u għaldaqstant dan iwassal għal riżerva dwar is-sistema ta’ kontroll intern, għat-tieni sena konsekuttiva.

    Ir-rapporti annwali tal-attività jagħtu valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja

    5.27.

    Ir-rapporti annwali tal-attività li eżaminajna (7) taw valutazzjoni ġusta tal-ġestjoni finanzjarja eżerċitata mid-Direttorati Ġenerali u mill-aġenziji f’dak li jirrigwarda r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. B’mod ġenerali, l-informazzjoni pprovduta kienet tikkorrobora s-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna.

    5.28.

    Bħal fi snin preċedenti, ir-rapporti tad-DĠ kollha li jimplimentaw infiq fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni jinkludu riżerva għal pagamenti għar-rimborż ta’ klejms għall-ispejjeż taħt l-FP7 minħabba li r-rata tal-iżball residwu hija ogħla minn 2 % (8). Fil-każ ta’ Orizzont 2020, ibbażat fuq l-awditi proprji tagħha, il-Kummissjoni rrappurtat rata ta’ żball rappreżentattiva mistennija ta’ 3,32 % u rata tal-iżball residwu ta’ 2,22 %.

    5.29.

    Il-Kummissjoni stabbiliet proċedura biex tiżgura li l-iżbalji sistemiċi li jsiru mill-benefiċjarji u li jinqabdu f’awditu jiġu kkoreġuti fi proġetti li jkunu għaddejjin. Fir-rigward tal-programm FP7, il-proċedura ġiet implimentata fi 3 932 każ minn 6 821 proġett tad-DĠ RTD, u huwa possibbli li kien hemm xi żbalji sistemiċi. Għaldaqstant, sa tmiem l-2018, ir-rata ta’ implimentazzjoni għall-korrezzjoni ta’ żbalji sistemiċi kienet ta’ 57,6 % biss. Din hija aktar baxxa mir-rata ta’ implimentazzjoni li tkun mistennija f’dan l-istadju u żżid ir-riskju ta’ nuqqas ta’ rkupru.

    5.30.

    Aħna osservajna wkoll li, fi tmiem l-2018, id-DĠ RTD kellu 26 rakkomandazzjoni tal-IAS li kienu pendenti, u 9 minnhom kienet għadditilhom id-data mmirata għall-implimentazzjoni. L-ebda waħda mir-rakkomandazzjonijiet li kienet għadditilhom id-data mmirata għall-implimentazzjoni ma ġiet ikklassifikata bħala “importanti ħafna”. Rakkomandazzjoni pendenti li saret reċentement mill-IAS u li hija kklassifikata bħala “importanti ħafna” tikkonċerna l-monitoraġġ tal-konformità tal-benefiċjarji mal-obbligi kuntrattwali u mar-rekwiżiti ta’ rappurtar dwar id-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati tal-proġetti. Id-disseminazzjoni u l-isfruttament xierqa jikkontribwixxu għall-effettività kumplessiva tal-finanzjament għar-riċerka u l-innovazzjoni. Aħna osservajna li, relattivament ta’ spiss, ir-rapporti ta’ valutazzjoni tal-proġetti kienu jindikaw problemi relatati mal-konformità ma’ dawn ir-rekwiżiti, element li jikkorrobora l-ħtieġa għal aktar sforz f’dan ir-rigward (ara l-paragrafu 5.43).

    Analiżi tal-informazzjoni dwar ir-regolarità pprovduta mill-entità awditjata

    5.31.

    Bħala parti mill-istrateġija tagħna għall-perjodu 2018-2020, aħna għandna l-għan li nagħmlu użu aħjar mill-informazzjoni li l-Kummissjoni tipprovdi dwar ir-regolarità. Il-Kummissjoni tuża r-riżultati tax-xogħol tal-awditjar ex post tagħha bħala bażi għall-kalkolu tal-ammont f’riskju meta jsir il-pagament. Għal H2020, aħna għażilna kampjun ta’ 20 fajl tal-awditjar li kienu ngħalqu sal-1 ta’ Mejju 2018, mill-ewwel Kampjun Rappreżentattiv Komuni tal-Kummissjoni. L-objettiv tagħna kien li nkopru awditi li kienu twettqu kemm mill-Kummissjoni nfisha kif ukoll minn awdituri esterni kkuntrattati, u li nistabbilixxu jekk nistgħux nserrħu fuq ir-riżultati. B’mod aleatorju, aħna għażilna 5 awditi li kienu twettqu mis-Servizz tal-Awditjar Komuni (CAS) (9) u 15-il awditu li kienu ġew ikkuntrattati lil awdituri esterni, 5 għal kull waħda mit-3 kumpaniji privati tal-awditjar li kienu qed iwettqu awditi f’isem il-Kummissjoni. Aħna ma inkludejniex ir-riżultati ta’ dan ix-xogħol fl-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet għall-infiq tal-2018.

    5.32.

    Fl-ewwel fażi tal-valutazzjoni li wettaqna, aħna analizzajna l-fajls tal-awditjar (dokumenti ta’ ħidma u dokumentazzjoni ta’ sostenn) fil-CAS u fil-kumpaniji privati tal-awditjar. Ibbażat fuq din l-analiżi, aħna identifikajna 11-il awditu li fir-rigward tagħhom kellna nwettqu proċeduri addizzjonali tal-awditjar, prinċipalment minħabba l-ħtieġa li tinkiseb dokumentazzjoni addizzjonali ta’ sostenn u/jew minħabba diskrepanzi fid-dokumenti ta’ ħidma, li minħabba fihom ma stajniex nikkonfermaw il-konklużjonijiet tal-awditjar. Aħna wettaqna dawn il-proċeduri addizzjonali tal-awditjar jew permezz ta’ analiżi dokumentarja (dokumenti addizzjonali li ntalbu mingħand il-benefiċjarji fi tliet każijiet) jew inkella permezz ta’ żjara tal-awditjar li saret lill-benefiċjarju (tmien każijiet).

    5.33.

    Dawn il-proċeduri addizzjonali tal-awditjar żvelaw dgħufijiet fid-dokumentazzjoni, fil-konsistenza tal-ikkampjunar u fir-rappurtar, kif ukoll fil-kwalità tal-proċeduri tal-awditjar f’xi wħud mill-fajls analizzati. Pereżempju, aħna sibna ammonti ineliġibbli li ma nqabdux mill-awdituri minħabba ttestjar insuffiċjenti fl-awditu tagħhom, u żbalji fil-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal li ġew ikklejmjati. Għalkemm, f’xi każijiet, l-impatt finanzjarju ma kienx materjali, f’10 (10) mill-20 fajl tal-awditjar ikkampjunati, aħna ma stajniex inserrħu fuq il-konklużjonijiet tal-awditjar. Għalhekk, attwalment aħna ma nistgħux nużaw ir-riżultati tax-xogħol tal-awditjar imwettaq mill-Kummissjoni.

    5.34.

    Minbarra din ta’ hawn fuq, aħna sibna problema relatata mal-metodoloġija għall-kalkolu tar-rata ta’ żball għal H2020. L-awditi ex post jimmiraw għal kopertura massima tal-ispejjeż aċċettati, iżda rarament ikopru l-ispejjeż kollha. Ir-rata ta’ żball tiġi kkalkulata bħala sehem tal-ispejjeż aċċettati kollha, minflok tal-ammont li tassew ikun ġie awditjat. Dan ifisser li d-denominatur fil-kalkolu tal-iżball huwa ogħla, u għalhekk ir-rata ta’ żball tiġi ddikjarata b’mod insuffiċjenti. F’każ li l-iżbalji misjuba jkunu ta’ natura sistemika, l-iżball jiġi estrapolat u dan ipatti parzjalment għad-dikjarazzjoni insuffiċjenti msemmija hawn fuq. Madankollu, peress li ma titwettaqx estrapolazzjoni għal żbalji sistemiċi, ir-rata kumplessiva ta’ żball xorta waħda tiġi ddikjarata b’mod insuffiċjenti. Id-dikjarazzjoni insuffiċjenti tar-rata ta’ żball ma tistax tiġi kkwantifikata. Għalhekk, huwa impossibbli li jiġi determinat jekk l-impatt ta’ din id-dikjarazzjoni insuffiċjenti huwiex sinifikanti.

    5.35.

    B’riżultat ta’ dan, fl-2019, aħna se nimplimentaw ċiklu ulterjuri ta’ analiżijiet ta’ awditi aktar reċenti li ngħalqu wara li għamilna l-għażla inizjali tagħna, biex niksbu popolazzjoni akbar ta’ evidenza għall-awditjar li fuqha nkunu nistgħu nibbażaw il-valutazzjoni tagħna. Permezz ta’ dan, aħna se nkunu nistgħu nieħdu inkunsiderazzjoni kwalunkwe titjib sussegwenti meta mqabbel mal-awditi li ġew eżaminati fl-2018 li twettqu fil-bidu tal-programm H2020.

    5.36.

    Aħna analizzajna wkoll l-informazzjoni fl-AMPR 2018 tal-Kummissjoni rigward ir-riskju stmat meta jsir il-pagament għall-oqsma ta’ politika inklużi fis-Subintestatura 1a tal-QFP. Il-Kummissjoni ma tikkalkulax rata unika għas-subintestatura kollha iżda pjuttost żewġ rati separati – waħda għal Riċerka, Industrija, Spazju, Enerġija u Trasport (1,9 %), u oħra għal Politiki Interni Oħra (0,7 %). Ibbażat fuq iċ-ċifri tal-Kummissjoni, aħna kkalkulajna li r-rata għas-Subintestatura 1a tal-QFP fl-intier tagħha tkun ta’ 1,6 %. Dan il-perċentwal jinsab fi ħdan il-firxa tal-istima proprja tagħna tal-livell ta’ żball. Madankollu, fil-fehma tagħna, dan huwa ddikjarat b’mod insuffiċjenti minħabba l-problema metodoloġika deskritta fil-paragrafu 5.34 hawn fuq.

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    Konklużjoni

    5.37.

    L-evidenza kumplessiva għall-awditjar li ksibna u ppreżentajna f’dan il-kapitolu tindika li l-livell ta’ żball fl-infiq fuq “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” kien fis-soll ta’ materjalità. Għal din is-subintestatura tal-QFP, l-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet indika li l-livell kumplessiv ta’ żball stmat kien ta’ 2,0 % (ara l- Anness 5.1 ). Madankollu, ir-riżultati tagħna jindikaw li n-nefqa għar-riċerka tibqa’ qasam ta’ riskju ogħla kif ukoll is-sors prinċipali ta’ żball.

    5.38.

    L-ammont f’riskju meta jsir il-pagament stipulat fl-AMPR huwa fi ħdan il-firxa tal-istima tagħna tal-livell ta’ żball (ara l-paragrafu 5.36).

    Rakkomandazzjonijiet

    5.39.

    L- Anness 5.2 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna għall-erba’ rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2015 tagħna, u għall-erba’ rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2017 tagħna li d-data ta’ skadenza tagħhom kienet tmiem l-2018. Il-Kummissjoni kienet implimentat erba’ rakkomandazzjonijiet bis-sħiħ, u implimentat erbgħa fil-biċċa l-kbira mill-aspetti.

    5.40.

    Ibbażat fuq din l-analiżi u fuq is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2018, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

    Rakkomandazzjoni 5.1

    twettaq kontrolli aktar immirati tal-klejms għall-ispejjeż li jiġu ppreżentati mill-SMEs u mill-parteċipanti ġodda, u ssaħħaħ il-kampanja ta’ informazzjoni tagħha dwar ir-regoli ta’ finanzjament, filwaqt li timmira għal dawn il-benefiċjarji importanti.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2020

    Rakkomandazzjoni 5.2

    għall-Programm Kwadru għar-Riċerka li jmiss, tissemplifika aktar ir-regoli għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal u tivvaluta l-valur miżjud tal-mekkaniżmu għall-ispejjeż għall-infrastruttura kbira tar-riċerka, kif ukoll teżamina l-mod kif il-metodoloġija tagħha tista’ tittejjeb.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2020

    Rakkomandazzjoni 5.3

    fir-rigward ta’ H2020, tindirizza l-osservazzjonijiet li saru fil-kuntest tal-analiżi li wettaqna tal-awditi ex post rigward id-dokumentazzjoni, il-konsistenza tal-ikkampjunar u r-rappurtar, kif ukoll il-kwalità tal-proċeduri tal-awditjar.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa nofs l-2020

    Rakkomandazzjoni 5.4

    tindirizza fil-pront is-sejbiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni rigward:

    is-sistemi ta’ kontroll intern li jintużaw mill-EACEA relatati mal-proċess ta’ ġestjoni tal-għotjiet għal Erasmus+;

    il-monitoraġġ tal-konformità mal-obbligi kuntrattwali u mar-rekwiżiti ta’ rappurtar dwar id-disseminazzjoni u l-isfruttament fil-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: sa nofs l-2020

    Parti 2: Problemi relatati mal-prestazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni

    5.41.

    Aħna vvalutajna r-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-prestazzjoni ta’ 50 mill-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni kkampjunati (11). Minn dawn il-proġetti, 21 kienu diġà ġew ikkompletati. Aħna ma vvalutajniex direttament il-kwalità tar-riċerka li saret jew l-impatt tal-proġetti f’termini ta’ lħuq tal-objettiv tal-politika jiġifieri li jsir titjib fir-riċerka u l-innovazzjoni.

    5.42.

    Għal kull proġett, aħna analizzajna r-rapport ta’ valutazzjoni li jiġi kkompletat mill-Uffiċjal tal-Proġetti tal-Kummissjoni bħala parti mill-kontrolli qabel ma jsir ir-rimborż tal-ispejjeż iddikjarati. Aħna osservajna l-konklużjoni li kienet insiltet mill-Uffiċjali tal-Proġetti dwar jekk:

    il-progress li ġie rrappurtat fir-rigward tal-outputs u r-riżultati kienx konformi mal-objettivi stipulati fil-ftehim ta’ għotja;

    l-ispejjeż iddebitati għall-proġett kinux raġonevoli fid-dawl tal-progress li kien ġie rrappurtat;

    l-outputs u r-riżultati tal-proġett kinux ġew disseminati skont ir-rekwiżiti tal-ftehim ta’ għotja.

    Il-biċċa l-kbira mill-proġetti kisbu l-outputs u r-riżultati mistennija minnhom

    5.43.

    Skont ir-rapporti tal-Kummissjoni, il-biċċa l-kbira mill-proġetti kienu kisbu l-outputs u r-riżultati mistennija minnhom. Madankollu, ir-rapporti tal-Kummissjoni żvelaw ukoll li bosta proġetti kienu ġew milquta minn problemi li naqqsu mill-prestazzjoni tagħhom:

    F’10 każijiet, il-progress li ġie rrappurtat kien jikkonforma parzjalment biss mal-objettivi li dwarhom kien intlaħaq qbil mal-Kummissjoni, u f’2 każijiet il-progress irrappurtat ma kienx jikkonforma ma’ dawn l-objettivi.

    fi tliet każijiet, il-Kummissjoni qieset li l-ispejjeż irrappurtati ma kinux raġonevoli fid-dawl tal-progress li kien sar;

    f’10 każijiet, l-outputs u r-riżultati tal-proġetti kienu ġew disseminati parzjalment biss. F’żewġ każijiet, ma kienet saret l-ebda attività ta’ disseminazzjoni.


    (1)  Is-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u l-Iżvilupp teknoloġiku (2007-2013).

    (2)  Il-Programm Qafas tal-UE għar-Riċerka u l-Innovazzjoni għall-perjodu 2014-2020 (Orizzont 2020).

    (3)  Dan il-kampjun kien maqsum f’żewġ strati prinċipali fuq il-bażi tal-valutazzjoni li wettaqna tar-riskju għar-regolarità. L-ewwel strat kien jinkludi oqsma ta’ riskju għoli (notevolment l-FP7 u H2020) b’kopertura tal-awditjar intensifikata, u oqsma oħra ta’ riskju għoli (bħall-FNE). It-tieni strat kien ikopri nfiq ta’ riskju baxx bħan-nefqa amministrattiva u l-Programmi spazjali.

    (4)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta’ żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 0,7 % u 3,2 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

    (5)  Ir-Rapport Speċjali Nru 28/2018 “Il-maġġoranza tal-miżuri ta’ simplifikazzjoni integrati f’Orizzont 2020 iffaċilitaw il-ħajja tal-benefiċjarji, iżda għad hemm lok għal titjib”.

    (6)  Ħmistax-il tranżazzjoni kien fihom kemm żbalji kwantifikabbli kif ukoll żbalji mhux kwantifikabbli.

    (7)  Id-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (DĠ RTD), l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-SMEs (EASME).

    (8)  Il-Kummissjoni tirrapporta rata ta’ żball rappreżentattiva pluriennali ta’ 5,26 % għall-infiq tal-FP7. Hija tirrapporta biss ir-rati tal-iżball residwu, li jvarjaw iżda li dejjem ikunu ogħla minn 2 %, fil-livell ta’ kull DĠ involut.

    (9)  Is-Servizz tal-Awditjar Komuni għall-infiq fuq il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, Orizzont 2020, fil-Kummissjoni Ewropea (CAS), ospitat mid-DĠ RTD.

    (10)  Għal tnejn minn dawn il-każijiet, li jikkonċernaw il-proġetti tal-SMEs taħt l-ewwel fażi, is-CAS sempliċement iserraħ fuq il-proċeduri ta’ kontroll ex ante li jitwettqu minn servizzi oħra tal-Kummissjoni.

    (11)  Aħna vvalutajna l-prestazzjoni ta’ proġetti kollaborattivi li jinvolvu bosta parteċipanti, u eskludejna tranżazzjonijiet bħall-pagamenti relatati mal-mobbiltà lil riċerkaturi individwali.

    ANNESS 5.1

    RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL “KOMPETITTIVITÀ GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI”

     

    2018

    2017

    DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

    Total tat-tranżazzjonijiet:

    130

    130

    IMPATT STMAT TA’ ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

     

     

    Livell ta’ żball stmat

    2,0  %

    4,2  %

     

    Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

    3,2  %

     

     

    Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

    0,7  %

     

    ANNESS 5.2

    SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL “KOMPETITTIVITÀ GĦAT-TKABBIR U L-IMPJIEGI”

    Sena

    Rakkomandazzjoni tal-Qorti

    Analiżi mill-QEA tal-progress li sar

    Implimentata bis-sħiħ

    Qed tiġi implimentata

    Mhux implimentata

    Mhux applikabbli

    Evidenza insuffiċjenti

    Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

    F'xi wħud mill-aspetti

    2015

    Rakkomandazzjoni 1:

    jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u l-awdituri indipendenti jużaw l-informazzjoni rilevanti kollha disponibbli biex jipprevienu, jew biex jaqbdu u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma jsir rimborż;

     

    X

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 2:

    jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ gwida lill-benefiċjarji dwar id-differenzi speċifiċi f’Orizzont 2020 meta mqabbla mal-FP7 u programmi simili;

    X

     

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 3:

    jenħtieġ li l-Kummissjoni toħroġ linji gwida komuni lill-korpi ta' implimentazzjoni għall-infiq fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni, sabiex tiżgura li l-benefiċjarji jiġu ttrattati b'mod konsistenti meta jkunu qed jiġu applikati r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar għall-irkupru ta' spejjeż ineliġibbli;

    X

     

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 4:

    jenħtieġ li l-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni ta' korrezzjonijiet estrapolati bbażati fuq l-awditi ex post li hija twettaq tal-ispejjeż li jiġu rimborżati taħt l-FP7.

     

    X

     

     

     

     

    2017

    Sa tmiem l-2018, jenħtieġ li l-Kummissjoni:

    Rakkomandazzjoni 1:

    fir-rigward ta’ Orizzont 2020, tikkjarifika aktar ir-regoli relatati mal-ispejjeż għall-persunal, teżamina l-metodoloġija għall-kalkolu tal-ispejjeż għall-persunal, u tikkompleta l-lista ta’ kwistjonijiet applikabbli f’ċerti pajjiżi.

     

    X

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 2:

    fir-rigward tas-CEF, iżżid il-livell ta’ sensibilizzazzjoni tal-benefiċjarji f’dak li jirrigwarda r-regoli ta' eliġibbiltà, b’mod partikolari billi tagħmel distinzjoni ċara bejn kuntratt ta’ implimentazzjoni u sottokuntratt.

     

    X

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 3:

    tindirizza fil-pront id-dgħufijiet li jkunu ġew identifikati mill-IAS:

    fil-proċess ta’ ġestjoni tal-għotjiet Erasmus+ mill-EACEA;

    fil-monitoraġġ tal-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni.

    X

     

     

     

     

     


    KAPITOLU 6

    Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

    WERREJ

    Introduzzjoni 6.1-6.12
    Deskrizzjoni qasira ta’ “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” 6.2–6.6
    Objettivi ta’ politika u strumenti ta’ nfiq 6.2
    Implimentazzjoni u qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament 6.3–6.6
    Ambitu u approċċ tal-awditjar 6.7–6.12
    Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet 6.13–6.70
    Riżultati tal-analiżi li wettaqna tat-tranżazzjonijiet u t-twettiq mill-ġdid tax-xogħol tal-awditjar 6.14–6.40
    Infiq u proġetti ineliġibbli 6.19–6.24
    Każijiet ta’ ksur tar-regoli tas-suq intern 6.25–6.32
    Nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw l-użu ta’ strumenti finanzjarji 6.33–6.38
    Iż-żamma mhux iġġustifikata ta’ fondi tal-UE milli jingħataw lill-benefiċjarji wasslet għal pagamenti tardivi 6.39–6.40
    Il-valutazzjoni li wettaqna tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar 6.41–6.50
    Ix-xogħol ta’ aċċertament tal-Kummissjoni u r-rappurtar dwar ir-rata tal-iżball residwu fir-rapporti annwali tal-attività tagħha 6.51–6.70
    Aċċertament għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 6.51–6.64
    Arranġamenti tal-għeluq 6.65–6.70
    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 6.71–6.77
    Konklużjoni 6.71–6.75
    Rakkomandazzjonijiet 6.76–6.77
    Parti 2 — Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-proġetti 6.78–6.88

    Anness 6.1 —

    Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet

    Anness 6.2 —

    Informazzjoni dwar l-azzjoni tal-UE fl-Istati Membri

    Anness 6.3 —

    Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti

    Introduzzjoni

    6.1.

    Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għas-Subintestatura 1b “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” tal-QFP. Il-pagamenti suġġetti għall-awditu tagħna huma relatati mal-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013 u mal-implimentazzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020. Il- Kaxxa 6.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din is-subintestatura fl-2018. Għal aktar dettalji dwar il-popolazzjoni awditjata tagħna għall-2018 ara l-paragrafu 6.7.

    Kaxxa 6.1

    Subintestatura 1b “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” tal-QFP — ripartizzjoni fl-2018

    Image 36

    Image 37

    (1)

    Iċ-ċifra ta’ EUR 47,4 biljun tinkludi kemm il-pagamenti bil-quddiem kif ukoll il-pagamenti interim annwali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 li ma ġewx inklużi fil-kontijiet li fuqhom huma bbażati l-pakketti ta’ aċċertament li l-Kummissjoni kienet aċċettat fl-2018. F’konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 13), dawn il-pagamenti jitqiesu bħala prefinanzjament u b’hekk ma jagħmlux parti mill-popolazzjoni awditjata tagħna għar-Rapport Annwali 2018.

    Sors:

    Kontijiet konsolidati tal-UE għall-2018

    Deskrizzjoni qasira ta’ “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”

    Objettivi ta’ politika u strumenti ta’ nfiq

    6.2.

    L-infiq taħt din is-subintestatura jiffoka fuq it-tnaqqis tad-diverġenzi fl-iżvilupp bejn l-Istati Membri u r-reġjuni differenti tal-UE, u fuq it-tisħiħ tal-kompetittività tar-reġjuni kollha (1). Dawn l-objettivi huma implimentati permezz tal-fondi/l-istrumenti li ġejjin:

    il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), li għandu l-għan li jnaqqas l-iskwilibriji reġjonali prinċipali permezz ta’ appoġġ finanzjarju għall-ħolqien ta’ infrastruttura u ta’ investiment produttiv li joħloq l-impjiegi, prinċipalment għan-negozji;

    il-Fond ta’ Koeżjoni (FK), li bil-għan li jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli jiffinanzja proġetti relatati mal-ambjent u t-trasport fl-Istati Membri li għandhom ING per capita ta’ inqas minn 90 % tal-medja tal-UE;

    il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), li għandu l-għan li jħeġġeġ livell għoli ta’ impjieg u l-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi aħjar, u jinkludi miżuri li jitwasslu permezz tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (YEI) immirata lejn reġjuni b’rata għolja ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ;

    skemi oħra li huma iżgħar, bħall-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, il-Fond għal Għajnuna Ewropea għall-Persuni l-Aktar fil-Bżonn (FEAD) u l-kontribuzzjoni għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

    Implimentazzjoni u qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament

    6.3.

    L-Istati Membri ġeneralment jippreżentaw programmi operazzjonali (PO) pluriennali fil-bidu ta’ kull perjodu ta’ programmazzjoni għad-durata kollha ta’ QFP. Wara li l-Kummissjoni tkun approvat PO, ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni tiegħu taqa’ taħt ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni (2) u l-Istat Membru. Il-benefiċjarji jirċievu rimborż permezz tal-awtoritajiet fl-Istat Membru, filwaqt li l-baġit tal-UE jikkofinanzja l-ispejjeż eliġibbli mġarrba u mħallsa tal-operazzjonijiet approvati f’konformità mat-termini tal-PO.

    6.4.

    Il-qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament rivedut, stabbilit għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, għandu l-għan li jiżgura li r-rata tal-iżball residwu (3) għal dawn ir-rimborżi lill-PO tibqa’ taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 % stabbilit fir-regolament (4). L-elementi prinċipali tal-qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament rivedut huma:

    Ix-xogħol li twettaq mill-awtoritajiet tal-awditjar fir-rigward tal-infiq inkluż fil-kontijiet annwali. Dan ix-xogħol jirriżulta f’rapport annwali ta’ kontroll li jintbagħat lill-Kummissjoni bħala parti mill-“pakketti ta’ aċċertament” tal-Istati Membri (5). Dan jippreżenta r-rata tal-iżball residwu għall-PO (jew grupp ta’ PO) kif ukoll opinjoni tal-awditjar dwar ir-regolarità tal-infiq iddikjarat u l-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll.

    L-aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni twettaq prinċipalment kontrolli amministrattivi dwar il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-kontijiet qabel ma taċċettahom, u tirrilaxxa l-ammont ta’ 10 % li jkun inżamm preċedentement bħala garanzija (6).

    L-analiżijiet dokumentarji li l-Kummissjoni twettaq sussegwentement fir-rigward ta kull pakkett ta’ aċċertament u tal-awditi tar-regolarità fl-Istati Membri. Il-Kummissjoni twettaq dawn il-verifiki biex hija tkun tista’ tikkonkludi dwar ir-rati tal-iżball residwu rrappurtati mill-awtoritajiet tal-awditjar u biex tivvalidahom; imbagħad hija tippubblika dawn l-awditi fir-rapporti annwali tal-attività (RAA) għas-sena ta’ wara.

    6.5.

    Il-proċess li jrid jippreċedi l-għeluq tal-programmi operazzjonali mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013 huwa kumparabbli ma’ dak deskritt fil-paragrafu 6.4, li jinkludi l-valutazzjoni tal-pakketti ta’ aċċertament fil-perjodu 2014–2020.

    6.6.

    Aħna ddeskrivejna fid-dettal il-qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament fir-Rapport Annwali 2017 tagħna (7). Ara wkoll il- Figura 6.1  hawn taħt.

    Figura 6.1

    Qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020

    Image 38

    Sors:

    Il-QEA.

    Ambitu u approċċ tal-awditjar

    6.7.

    Fl-2018, il-Kummissjoni aċċettat kontijiet li kienu jinkludu infiq għal 248 minn 419-il PO approvat (madwar EUR 11,9 biljun). Dawn il-kontijiet kienu ġejjin mill-202 pakketti ta’ aċċertament li ġew ippreżentati mit-28 Stat Membru kollha għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għalqet, kompletament jew parzjalment (8), 217-il PO (madwar EUR 11,7 biljun) mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013. Il-popolazzjoni awditjata tagħna (madwar EUR 23,6 biljun) kienet magħmula kemm mill-infiq inkluż f’dawn il-pakketti ta’ aċċertament għas-sena kontabilistika 2016/2017 (il-perjodu 2014–2020) kif ukoll mill-infiq iċċertifikat mill-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni u li fuqu huma bbażati r-rapporti finali ta’ kontroll tal-awtoritajiet tal-awditjar għall-2007–2013.

    6.8.

    L-objettiv tagħna kien li nikkontribwixxu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni kumplessiva kif deskritt fl- Anness 1.1 . B’kont meħud tal-karatteristiċi tal-qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament għal dan il-qasam ta’ nfiq, aħna mmirajna wkoll li nivvalutaw kemm stajna noqogħdu fuq ix-xogħol imwettaq mill-awtoritajiet tal-awditjar u mill-Kummissjoni. Aħna wettaqna dan bil-ħsieb li possibbilment isir aktar użu mix-xogħol tagħhom fil-futur u, f’dak il-kuntest, li nidentifikaw fejn jeħtieġ isir aktar titjib.

    6.9.

    Għall- Parti 1 ta’ dan il-kapitolu, li tiffoka fuq ir-regolarità, u filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ppreżentati fl- Anness 1.1 , aħna eżaminajna dan li ġej għall-“Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” fl-2018:

    (a)

    kampjun ta’ 220 tranżazzjoni, maħsuba biex ikunu statistikament rappreżentattivi tal-firxa sħiħa ta’ nfiq taħt is-Subintestatura 1b tal-QFP, li l-awtoritajiet tal-awditjar kienu vverifikaw preċedentement;

    (b)

    ix-xogħol imwettaq mill-awtoritajiet tal-awditjar għall-validazzjoni tal-informazzjoni li tinsab fl-24 pakkett ta’ aċċertament/ta’ għeluq, dan ukoll bl-użu tal-kampjun ta’ 220 tranżazzjoni;

    (c)

    ix-xogħol tal-awditjar imwettaq mill-Kummissjoni, wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet, biex nivverifikaw l-aspetti li jirrigwardaw ir-regolarità tal-pakketti ta’ aċċertament għall-2014–2020;

    (d)

    ix-xogħol imwettaq mill-Kummissjoni hija u tanalizza u tivvalida r-rati ta’ żball irrappurtati fil-pakketti ta’ aċċertament/ta’ għeluq għall-2018. Aħna eżaminajna wkoll ir-rilevanza u l-affidabbiltà tal-informazzjoni relatata mar-regolarità inkluża fir-RAA tad-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL, kif ukoll l-inklużjoni tagħha fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR) tal-Kummissjoni.

    6.10.

    Aħna ħadna l-kampjun f’żewġ stadji. L-ewwel, għażilna 24 pakkett ta’ aċċertament/ta’ għeluq (15 mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 u 9 mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013) li kienu jkopru 53 mill-465 PO li għalihom il-Kummissjoni pproċediet għal likwidazzjoni mill-baġit tal-UE fl-2018. Minn dawn il-PO, aħna mbagħad għażilna tranżazzjonijiet li l-awtoritajiet tal-awditjar kienu vverifikaw preċedentement. L- Anness 6.2 fih ripartizzjoni tal-kampjun awditjat skont l-Istat Membru.

    6.11.

    Ix-xogħol tal-awditjar li wettaqna din is-sena kien l-istess bħal dak li ddeskrivejna fid-dettall fir-Rapport Annwali 2017 tagħna (9).

    6.12.

    Għall- Parti 2 ta’ dan il-kapitolu, aħna vvalutajna s-sistemi tal-Istati Membri għall-kejl u r-rappurtar tal-prestazzjoni. Aħna vverifikajna wkoll ix-xogħol imwettaq mill-awtoritajiet tal-awditjar u mill-Kummissjoni biex jiġu żgurati l-adegwatezza u l-affidabbiltà tad-data dwar il-prestazzjoni. Fejn erġajna wettaqna awditi ta’ operazzjonijiet li ġew fiżikament ikkompletati, aħna vvalutajna wkoll sa liema punt l-awtoritajiet irrappurtaw l-ilħuq tal-miri stabbiliti għall-indikaturi tal-output u tar-riżultati.

    Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    6.13.

    Din il-parti tal-kapitolu fiha tliet sottotaqsimiet. L-ewwel waħda tikkonċerna l-ittestjar li wettaqna tal-kampjun ta’ 220 tranżazzjoni li ħadna din is-sena, bil-ħsieb li nipprovdu fehim approfondit dwar is-sorsi prinċipali ta’ żbalji u materjal għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni kumplessiva. It-tieni sottotaqsima tikkonċerna l-valutazzjoni li wettaqna tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar, u t-tielet waħda hija relatata max-xogħol tal-Kummissjoni. Ir-riżultati tas-sottotaqsimiet kollha jipprovdu bażi biex nifformulaw konklużjonijiet dwar l-informazzjoni relatata mar-regolarità li tinsab fir-RAA taż-żewġ DĠ responsabbli u fl-AMPR tal-Kummissjoni.

    Riżultati tal-analiżi li wettaqna tat-tranżazzjonijiet u t-twettiq mill-ġdid tax-xogħol tal-awditjar

    6.14.

    L- Anness 6.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet li wettaqna. Fil-220 tranżazzjoni li eżaminajna, aħna identifikajna u kkwantifikajna 36 żball li ma kinux inqabdu mill-awtoritajiet tal-awditjar. B’kont meħud tas-60 żball li nstabu preċedentement mill-awtoritajiet tal-awditjar u tal-korrezzjonijiet applikati mill-awtoritajiet inkarigati mill-programmi (b’valur totali ta’ EUR 314 miljun għaż-żewġ perjodi ta’ programmazzjoni flimkien), aħna nistmaw li l-livell ta’ żball huwa ta’ 5,0 % (10). L-għadd u l-impatt tal-iżbalji li sibna għat-tranżazzjonijiet fil-perjodu 2014–2020 kienu ogħla minn dawk għat-tranżazzjonijiet relatati mal-għeluq għall-perjodu 2007–2013.

    6.15.

    L-awtoritajiet tal-awditjar kienu rrappurtaw 60 żball kwantifikabbli fil-pakketti ta’ aċċertament/ta’ għeluq għall-220 tranżazzjoni li kkampjunajna, u dawn kienu jikkonċernaw prinċipalment l-ispejjeż ineliġibbli (37) u l-akkwist pubbliku (18) segwiti min-nuqqas ta’ dokumentazzjoni essenzjali ta’ sostenn (3) (11).

    6.16.

    L-Istati Membri applikaw korrezzjonijiet finanzjarji, estrapolawhom kif kien meħtieġ, bil-ħsieb li jġibu r-rati tal-iżball residwu taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 %.

    6.17.

    Il- Kaxxa 6.2 turi r-ripartizzjoni tal-iżbalji li sibna skont il-kategorija. Hija turi wkoll ir-ripartizzjoni skont is-sors tal-iżbalji kollha misjuba, jiġifieri inkluż dawk irrappurtati mill-awtoritajiet tal-awditjar għat-tranżazzjonijiet li eżaminajna. L-ispejjeż ineliġibbli kkontribwew l-aktar għal-livell ta’ żball stmat minna, segwit min-nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u mar-regoli tal-akkwist pubbliku. Il-paragrafi 6.19 sa 6.40 jipprovdu aktar informazzjoni dwar dawn l-iżbalji.

    Kaxxa 6.2

    “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” — Ripartizzjoni tal-iżbalji

    Image 39

    Sors:

    Il-QEA.

    6.18.

    L-għadd u l-impatt tal-iżbalji li nqabdu juri li għad hemm dgħufijiet persistenti fir-regolarità tal-infiq iddikjarat mill-awtoritajiet maniġerjali. Din is-sejba tikkorrobora r-riżultati tal-awditi tal-konformità mwettqa mill-Kummissjoni matul l-2018, fejn ġie konkluż li f’5 każijiet minn 26 kien hemm nuqqasijiet sinifikanti fir-rekwiżit ewlieni Nru 4 li jikkonċerna l-verifikazzjonijiet adegwati tal-ġestjoni.

    Infiq u proġetti ineliġibbli

    6.19.

    Meta jiddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni, l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiċċertifikaw li dan ikun iġġarrab f’konformità ma’ għadd ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fir-regoli nazzjonali jew tal-UE, u li l-għajnuna tkun ingħatat lill-benefiċjarji jew għall-operazzjonijiet li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà tal-PO.

    6.20.

    L-infiq u l-proġetti ineliġibbli huma s-sorsi prinċipali ta’ żball kemm għall-FEŻR/l-FK kif ukoll għall-FSE. F’7 % tat-tranżazzjonijiet li eżaminajna, aħna sibna li l-proġetti la kienu jikkonformaw mar-regoli ta’ eliġibbiltà stabbiliti mill-UE u lanqas ma’ dawk stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat. Dawn il-każijiet jirrappreżentaw 44 % tat-total ta’ żbalji kwantifikabbli, jew madwar 1,9 punti perċentwali tal-livell ta’ żball stmat.

    6.21.

    Il-kawżi prinċipali tal-infiq ineliġibbli kienu attivitajiet relatati ma’ proġetti jew ma’ parteċipanti li ma kinux jissodisfaw ir-regoli ta’ eliġibbiltà. Nofs mill-operazzjonijiet li fihom sibna infiq ineliġibbli ġew milquta b’dan il-mod, u dawn kienu jirrappreżentaw 21 % tal-livell ta’ żball stmat.

    6.22.

    Skont ir-regoli tal-UE, l-infiq relatat mal-VAT jitqies bħala nfiq eliġibbli għal kofinanzjament fil-każ biss li ma jkunx jista’ jiġi rkuprat taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-VAT. Bħalma kien il-każ is-sena li għaddiet, aħna sibna 11-il proġett f’4 PO fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu ddikjaraw il-VAT rekuperabbli bħala nfiq eliġibbli. Minn dawn l-iżbalji, 8 nstabu fil-Polonja, kif irrappurtajna fl-aħħar rapport annwali tagħna. F’dawn il-każijiet kollha, l-awtoritajiet tal-awditjar interpretaw ir-regoli ta’ eliġibbiltà b’mod skorrett u ma rrappurtawx l-irregolaritajiet. Aħna ma kkwantifikajniex dawn it-8 żbalji minħabba li l-Kummissjoni kienet applikat korrezzjonijiet finanzjarji. Fl-analiżi rapida tagħna dwar il-każ speċifiku tal-VAT (12), aħna pprovdejna aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett u spjegajna li r-rimborż tal-VAT spiss ikun sors ta’ żbalji, billi ħafna drabi r-regoli ma jiġux applikati b’mod konsistenti.

    Miżuri ta’ simplifikazzjoni jistgħu jipprevjenu l-irregolaritajiet

    6.23.

    Meta r-rekwiżiti nazzjonali ta’ eliġibbiltà jmorru lil hinn minn dak li huwa meħtieġ mil-leġiżlazzjoni tal-UE dan joħloq sors sinifikanti ta’ kumplessità għall-benefiċjarji (13). Tlieta mill-iżbalji li qbadna setgħu jiġu evitati li kieku l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati ma kinux iddefinew kundizzjonijiet nazzjonali ta’ eliġibbiltà daqshekk kumplessi (ara eżempju fil- Kaxxa 6.3 ).

    Kaxxa 6.3

    Kundizzjonijiet nazzjonali ta’ eliġibbiltà kumplessi — eżempju

    Fil-każ ta’ PO Pollakk, ir-regoli ta’ eliġibbiltà kienu jinkludu kundizzjoni li tipprojbixxi l-użu ta’ għotja mill-UE jekk entità oħra tkun qed twettaq l-istess tip ta’ attività kummerċjali fl-istess bini. Dan ir-rekwiżit, li jmur lil hinn minn dak li huwa stabbilit fir-regolamenti tal-UE, ġie ripetut fil-ftehim ta’ għotja.

    Billi benefiċjarju partikolari, li kien avukat, stabbilixxa l-attività tiegħu fl-istess bini li kien qed jintuża minn impriża legali oħra, il-proġett ma kienx eliġibbli għal kofinanzjament.

    Aħna sibna kundizzjonijiet nazzjonali ta’ eliġibbiltà kumplessi fil-Ġermanja wkoll.

    6.24.

    Min-naħa l-oħra, l-użu ta’ opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati (SCOs) huwa miżura ta’ simplifikazzjoni li tista’ tnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji. Fejn awditjajna tranżazzjonijiet li fihom jintużaw l-SCOs, aħna sibna li dawn kienu inqas suxxxettibbli għal żbalji, iżda osservajna li l-SCOs għadhom jintużaw b’mod limitat f’każijiet fejn l-użu tagħhom jista’ jkun xieraq.

    Każijiet ta’ ksur tar-regoli tas-suq intern

    6.25.

    Din is-sena, aħna sibna 16-il każ ta’ ksur tar-regoli tas-suq intern u kkwantifikajna 8 minnhom. Fl-2018, il-każijiet prinċipali ta’ ksur kienu relatati mal-akkwist pubbliku jew mal-għajnuna mill-istat.

    Minkejja ħafna korrezzjonijiet, l-akkwist pubbliku jibqa’ sors sinifikanti ta’ żbalji

    6.26.

    Il-proċeduri tal-akkwist pubbliku huma strument ewlieni biex il-fondi pubbliċi jintnefqu b’mod ekonomiku u effettiv u biex jiġi stabbilit is-suq intern. Din is-sena, aħna eżaminajna 129 proċedura għal xogħlijiet, servizzi u provvisti. Il-maġġoranza l-kbira ta’ dawn il-proċeduri kienu għal proġetti kkofinanzjati mill-programmi operazzjonali taħt il-FEŻR/l-FK, li huma aktar suxxettibbli għal żbalji.

    6.27.

    Matul ix-xogħol tagħhom, l-awtoritajiet tal-awditjar kienu qabdu 18-il każ addizzjonali ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku fit-tranżazzjonijiet li eżaminajna, f’oqsma bħal pereżempju n-nuqqas ta’ akkwist pubbliku, l-applikazzjoni skorretta tal-kriterji tal-għażla u n-nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet tal-offerti. L-awtoritajiet imponew sistematikament korrezzjonijiet b’rata fissa li jvarjaw minn 5 % għal 100 %, kif previst fil-linji gwida tal-Kummissjoni (14).

    6.28.

    F’disa’ proċeduri ta’ akkwist pubbliku, aħna identifikajna każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku tal-UE u/jew dawk nazzjonali li l-awtoritajiet tal-awditjar ma kinux qabdu (ara l- Kaxxa 6.4 ). Il-biċċa l-kbira mill-iżbalji li qbadna kienu relatati ma’ kuntratti b’valur ogħla mis-sollijiet tal-UE (15). Tnejn minnhom kienu jinvolvu ksur serju li jillimita l-kompetizzjoni b’mod mhux iġġustifikat, u aħna rrappurtajna dawn il-każijiet bħala żbalji kwantifikabbli. Dawn kienu jirrappreżentaw 6 % tat-total ta’ żbalji kwantifikabbli li sibna, jew madwar 0,7 punt perċentwali tal-livell ta’ żball stmat. Żbalji oħra relatati mal-proċedura tal-offerti kienu jinkludu n-nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni u tat-trasparenza.

    Kaxxa 6.4

    Eżempju ta’ ksur relatat mal-akkwist pubbliku

    Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013, awtorità pubblika benefiċjarja fl-Italja tat kuntratt ta’ tliet snin lil kumpanija privata. Is-servizzi kkuntrattati kienu jinkludu l-monitoraġġ, il-ġestjoni, ir-rappurtar u l-implimentazzjoni ta’ korrezzjonijiet. F’konformità mat-termini tal-avviż dwar sejħa għal offerti, il-benefiċjarju sussegwentement estenda l-perjodu tal-kuntratt għal tliet snin oħra. Fi tmiem it-tieni terminu, il-benefiċjarju avviċina lill-kuntrattur għal servizzi addizzjonali u ffirma kuntratt ġdid għal 15-il xahar ieħor. Is-servizzi addizzjonali kienu prevedibbli, u setgħu jiġu pprovduti minn kumpaniji oħra fis-suq. L-għoti ta’ servizzi addizzjonali mingħajr proċedura ta’ akkwist għamel l-ispejjeż ineliġibbli għal kofinanzjament mill-UE.

    B’mod żbaljat, l-awtorità tal-awditjar ma sabet l-ebda irregolarità fl-approċċ tal-benefiċjarju.

    Aħna sibna każ ieħor ta’ akkwist pubbliku irregolari fl-Ungerija.

    Erbgħa mill-proġetti kienu ineliġibbli minħabba ksur tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat

    6.29.

    Fil-prinċipju, l-għajnuna mill-Istat, sakemm ma tkunx taħt limitu massimu “de minimis”, hija inkompatibbli mas-suq intern billi tista’ tirriżulta fid-distorsjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu, hemm xi eċċezzjonijiet għal din ir-regola, b’mod partikolari jekk il-proġett ikun kopert mir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER) (16). L-Istati Membri jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar każijiet oħra ta’ għajnuna mill-Istat sabiex tkun tista’ tifforma opinjoni dwar il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna.

    6.30.

    Din is-sena, aħna identifikajna seba’ proġetti taħt il-FEŻR fi Spanja, Franza u l-Portugall li ma rrispettawx ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Aħna nqisu li ħamsa minn dawn il-proġetti, kollha kemm huma fil-Portugall, kellhom jirċievu inqas jew l-ebda finanzjament pubbliku mill-UE u/jew mill-Istati Membri. Dawn l-iżbalji jirrappreżentaw madwar 1,6 punti perċentwali tal-livell ta’ żball stmat.

    6.31.

    Tlieta minn dawn il-ħames sejbiet ikkwantifikati tagħna li jirrigwardaw l-għajnuna mill-Istat huma relatati man-nuqqas ta’ effett ta’ inċentiv u jiġbdu l-attenzjoni għall-eżistenza ta’ dgħufija sistemika. Ir-regoli tal-UE huma bbażati fuq il-premessa li l-għajnuna mill-Istat għandha tkun awtorizzata biss f’każijiet fejn din tissussidja attivitajiet li mingħajrha ma kinux jitwettqu. Dan l-“effett ta’ inċentiv” jitqies bħala awtomatiku għall-iskemi taħt il-GBER jekk ix-xogħlijiet jibdew wara d-data tal-applikazzjoni għal finanzjament (17).

    6.32.

    Preċedentement, il-Kummissjoni kienet identifikat bosta operazzjonijiet li kienu milquta minn dan l-iżball. L-awtorità maniġerjali għall-PO kkonċernat eskludiet operazzjonijiet mill-kontijiet (18) li fihom il-Kummissjoni kienet qabdet dan it-tip ta’ żball. Kemm il-Kummissjoni kif ukoll l-awtoritajiet maniġerjali kienu jafu li din kienet problema sistemika. Minkejja li l-Istat Membru biddel ir-regoli nazzjonali tiegħu biex jiżgura konsistenza mar-regoli tal-UE u biex jevita aktar irregolaritajiet, l-ebda parti ma ħadet azzjoni korrettiva suffiċjenti sabiex telimina dawn l-iżbalji fil-kontijiet għall-2016/2017, jew sabiex tikkumpensa għall-impatt potenzjali permezz ta’ korrezzjoni finanzjarja korrispondenti. Il-Kummissjoni aċċettat il-kontijiet b’segwitu għal bidliet fir-regoli.

    Nuqqas ta’ konformità mar-regoli li jirregolaw l-użu ta’ strumenti finanzjarji

    L-iżborżamenti irregolari fl-istrumenti finanzjarji kkontribwew inqas għal-livell ta’ żball stmat għall-2017

    6.33.

    Sa tmiem is-sena kontabilistika 2016/2017, EUR 2,9 biljun kienu tħallsu permezz ta’ pagamenti bil-quddiem lil strumenti finanzjarji, li minnhom EUR 2,3 biljun kienu ġew iddikjarati bejn l-1 ta’ Lulju 2016 u t-30 ta’ Ġunju 2017 (17 % tal-ammont totali mħallas f’kofinanzjament mill-UE). Matul is-sena kontabilistika 2016/2017, EUR 1,3 biljun (43 %) ġew żborżati favur ir-riċevituri finali.

    6.34.

    L-awditu tagħna kopra l-iżborżamenti li saru lil ħames strumenti finanzjarji (tnejn mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 u tlieta minn mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013). Għal dawn il-ħames strumenti, aħna eżaminajna 30 garanzija u 100 każ ta’ self fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji. Din is-sena, aħna sibna 14-il każ ta’ żborżamenti ineliġibbli favur ir-riċevituri finali, li huma relatati ma’ 3 mill-istrumenti li eżaminajna. Dawn kienu jikkonċernaw jew self ineliġibbli jew inkella riċevituri finali ineliġibbli, kif ukoll żborżamenti kkanċellati li l-Istat Membru kkonċernat irreġistra b’mod skorrett bħala mħallsa. Peress li fl-2018 is-sehem ta’ strumenti finanzjarji fi ħdan il-popolazzjoni awditjata kien ħafna inqas minn dak tal-2017, dawn l-iżbalji kellhom impatt aktar limitat fuq il-livell ta’ żball stmat għall-2018 (19).

    6.35.

    L-informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ strument finanzjarju u dwar l-użu reali tal-fondi (jiġifieri l-infiq eliġibbli fl-għeluq) hija bbażata fuq data rrappurtata mill-Istati Membri. Minkejja li fi snin reċenti l-Kummissjoni għamlet sforzi sostanzjali biex ittejjeb il-kwalità tad-data, aħna għadna nsibu ineżattezzi fl-implimentazzjoni tar-rapporti. Fl-2018, dan kien il-każ għal tnejn mill-ħames strumenti finanzjarji li eżaminajna (wieħed għal kull perjodu). F’każ wieħed, il-maniġer tal-fondi kien irrapporta żewġ każijiet ta’ self ikkanċellat bħala żborżamenti, li wasslu għal infiq ineliġibbli.

    Id-dgħufijiet fl-arranġamenti tal-awditjar għall-istrumenti finanzjarji mmaniġġjati mill-Grupp tal-BEI ġew indirizzati, iżda ma ġewx riżolti għalkollox

    6.36.

    Fl-2017, aħna ġbidna l-attenzjoni għall-ħtieġa li jsir titjib sinifikanti fl-arranġamenti tal-awditjar għall-istrumenti finanzjarji mmaniġġjati mill-Grupp tal-BEI u enfasizzajna li l-awtoritajiet tal-awditjar ma għandhom l-ebda dritt legali li jwettqu verifikazzjonijiet fuq il-post biex jiksbu aċċertament dwar ir-regolarità fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji. Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni tagħna f’dan ir-rigward u qieset li din se tiġi implimentata permezz tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament Omnibus.

    6.37.

    Minħabba s-serjetà tal-kwistjoni u l-impatt orizzontali tagħha fuq l-istrumenti finanzjarji kollha mmaniġġjati mill-Grupp tal-BEI, aħna wettaqna segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tagħna mis-sena li għaddiet.

    6.38.

    Ir-Regolament Omnibus introduċa rekwiżit ġdid (20) biex l-awtoritajiet tal-awditjar iwettqu awditi tas-sistemi u awditi tal-operazzjonijiet fuq l-istrumenti finanzjarji fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji, inkluż l-istrumenti finanzjarji mmaniġġjati mill-Grupp tal-BEI. It-test finali approvat jeskludi l-programmi tal-Inizjattiva għall-SMEs, li ġew stabbiliti qabel it-2 ta’ Awwissu 2018. Peress li s-sitt programmi tal-Inizjattiva għall-SMEs approvati sa issa ġew stabbiliti qabel dik id-data, għad ma hemmx arranġamenti tal-awditjar adegwati għalihom kollha.

    Iż-żamma mhux iġġustifikata ta’ fondi tal-UE milli jingħataw lill-benefiċjarji wasslet għal pagamenti tardivi

    6.39.

    Normalment, ir-regoli tal-UE jirrikjedu li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jħallsu lill-benefiċjarji l-kontribuzzjoni totali tan-nefqa pubblika (inkluż l-appoġġ mogħti mill-UE) sa mhux aktar tard minn 90 jum wara li l-benefiċjarju jkun ippreżenta klejm għall-pagament, dment li ma jkunx hemm ċerti kundizzjonijiet għall-interruzzjoni tal-pagament (21). F’żewġ Stati Membri, l-awtoritajiet maniġerjali ma kinux irrispettaw din ir-regola f’6 mill-220 tranżazzjoni li eżaminajna.

    6.40.

    F’erba’ każijiet fil-Ġermanja, il-benefiċjarju uniku ma rċeviex l-ammont sħiħ qabel ma l-kontijiet għall-2016/2017 kienu ntbagħtu lill-Kummissjoni (jiġifieri tmien xhur wara t-tmiem tas-sena kontabilistika). F’żewġ każijiet, l-ammonti kienu pendenti anki fiż-żmien meta wettaqna l-awditu tagħna. Fi Franza u fil-Ġermanja, din il-prattika hija maħsuba biex, sa ċertu punt, tikkumpensa għall-effett tal-10 % li l-Kummissjoni żżomm sakemm jiġu aċċettati l-kontijiet billi l-istess perċentwal jinżamm indebitament mir-rimborżi lill-benefiċjarji.

    Il-valutazzjoni li wettaqna tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar

    6.41.

    Ix-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar huwa parti kruċjali tal-qafas għall-aċċertament u l-kontroll tal-infiq fil-qasam tal-Koeżjoni. L-analiżi tagħna tax-xogħol tagħhom hija parti minn proċess li jista’ jfisser li fil-futur aħna nagħmlu użu akbar mill-mudell ta’ aċċertament tal-Kummissjoni. Din is-sena aħna vvalutajna x-xogħol ta’ 15 minn 126 awtorità tal-awditjar.

    6.42.

    Fil-pakketti kollha ta’ aċċertament u ta’ għeluq li eżaminajna, l-awtoritajiet tal-awditjar kienu rrappurtaw rata tal-iżball residwu inqas minn 2 %. Dawn ir-rati jiġu milquta minn żbalji li l-awtoritajiet tal-awditjar ikunu naqsu mill jaqbdu jew jikkoreġu. Ix-xogħol proprju tal-Kummissjoni wassal biex hija tirrapporta rata tal-iżball residwu ogħla minn 2 % għal 4 pakketti ta’ aċċertament fil-kampjun tagħna. L-iżbalji addizzjonali li qbadna fil-kampjun tagħna ta’ tranżazzjonijiet li ġew eżaminati mill-awtoritajiet tal-awditjar fl-24 pakkett ta’ aċċertament/ta’ għeluq, ipprovdewlna evidenza suffiċjenti biex nikkonkludu li r-rata tal-iżball residwu għal 4 mill-15-il pakkett ta’ aċċertament għall-perjodu 2014–2020 u għal wieħed mid-9 pakketti ta’ aċċertament għall-perjodu 2007–2013 kienet ogħla minn 2 %.

    6.43.

    Fl-2018, għall-ewwel darba, l-awtoritajiet tal-awditjar irrappurtaw żbalji bl-użu ta’ tipoloġija komuni maqbula bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri (22). Il- Kaxxa 6.5 turi tqabbil bejn it-tipi ta’ żbalji li jiġu rrappurtati l-aktar spiss mill-awtoritajiet tal-awditjar u l-iżbalji addizzjonali li l-Kummissjoni u aħna naqbdu l-aktar frekwentement. Ir-riżultat juri li t-tipi l-aktar komuni ta’ irregolaritajiet għal kull korp tal-awditjar jirrigwardaw l-infiq ineliġibbli u l-akkwist pubbliku. Madankollu, dan juri wkoll li minkejja l-ħafna irregolaritajiet misjuba mill-awtoritajiet tal-awditjar, il-proġetti li eżaminajna jibqgħu milquta minn żbalji li l-attivitajiet kollha ta’ kontroll intern ma jkunux qabdu jew ikkoreġġu fi stadju aktar bikri (il-paragrafu 6.32 jagħti eżempju ta’ dan).

    Kaxxa 6.5

    It-tipi ta’ żbalji l-aktar frekwenti li jinqabdu mill-korpi tal-awditjar

    Image 40

    Sors:

    Il-QEA.

    Dgħufijiet fil-kampjunar ta’ xi wħud mill-awtoritajiet tal-awditjar affettwaw ir-rappreżentattività

    6.44.

    Minħabba l-għadd kbir ta’ operazzjonijiet kofinanzjati minn kull PO, l-awtoritajiet tal-awditjar iridu jużaw il-kampjuni biex jiffurmaw opinjoni dwar l-eliġibbiltà tal-infiq. Biex jagħtu riżultati affidabbli, il-kampjuni jridu jkunu rappreżentattivi tal-popolazzjoni awditjata, u bħala regola ġenerali, iridu jkunu bbażati fuq metodu statistikament validu (23). Aħna vverifikajna l-metodu ta’ kampjunar użat għall-24 pakkett ta’ aċċertament/ta’ għeluq li eżaminajna.

    6.45.

    Aħna sibna dgħufijiet, bħal kampjuni ta’ daqs insuffiċjenti, rappreżentanza żejda ta’ ċerti operazzjonijiet u użu skorrett ta’ parametri ta’ kampjunar, f’6 mill-24 pakkett (4 minnhom għall-2014–2020). Sa ċertu punt, 2 minn dawn id-dgħufijiet affettwaw ir-rappreżentattività tal-kampjuni, u b’hekk anki l-preċiżjoni tar-rati tal-iżball residwu rrappurtati. Aħna nippreżentaw eżempju ta’ dan fil- Kaxxa 6.6 .

    Kaxxa 6.6

    Dgħufijiet fil-kampjunar

    Id-DĠ EMPL identifika dgħufijiet fil-metodu ta’ kampjunar li ntuża għal PO Ġermaniż wieħed: huwa osserva li miżura waħda kienet irrappreżentata b’mod eċċessiv fil-kampjun, meta titqies il-ponderazzjoni tagħha fil-popolazzjoni kollha. Aħna naqblu ma’ din il-fehma, u nqisu li l-approċċ li ttieħed affettwa r-rappreżentattività tal-kampjun tal-infiq li ġie iddikjarat.

    Minkejja t-titjib, għad hemm xi nuqqasijiet fil-mod kif l-awtoritajiet tal-awditjar jiddokumentaw ix-xogħol tagħhom

    6.46.

    L-istandards internazzjonali tal-awditjar jirrikjedu li l-awdituri jiddokumentaw il-kontrolli tagħhom, u li jinkludu referenzi ċari għad-dokumenti kollha li jkunu l-aktar rilevanti għall-infiq awditjat. Dan jippermetti li l-awdituri jagħtu rendikont ta’ xogħolhom u jgħin lill-eżaminaturi interni jew esterni biex jifformulaw konklużjonijiet dwar l-estent u s-suffiċjenza tal-kontrolli. Mistoqsijiet jew tweġibiet li jkunu insuffiċjenti jew inadegwati fil-listi ta’ kontroll iżidu r-riskju li l-infiq ineliġibbli ma jinqabadx. Ir-riskju jkompli jiżdied jekk l-awtorità tal-awditjar ikollha aċċess limitat għad-dokumentazzjoni ta’ bażi, kif sibna f’każ fejn kellhom jiġu applikati r-regoli kumplessi tal-akkwist pubbliku ta’ organizzazzjoni internazzjonali.

    6.47.

    Għal 156 tranżazzjoni mill-kampjun ta’ 220 tranżazzjoni (71 %), aħna stajna nifformulaw konklużjoni fuq il-bażi tal-analiżi tagħna tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar. Aħna identifikajna nuqqasijiet fl-ambitu, fil-kwalità u/jew fid-dokumentazzjoni ta’ dan ix-xogħol f’64 tranżazzjoni (29 %), li ħtiġulna nerġgħu nwettqu l-proċeduri tal-awditjar korrispondenti. In-nuqqasijiet kienu relatati ma’ 14 mill-24 pakkett ta’ aċċertament/ta’ għeluq li eżaminajna. Għal 48 tranżazzjoni (22 % tat-total), in-nuqqasijiet kienu jfissru li kellna nżuru l-benefiċjarju. F’24 mill-64 tranżazzjoni (fi 13-il pakkett ta’ aċċertament/ta’ għeluq) li erġajna awditjajna, aħna sibna żbalji kwantifikabbli li ma kinux ġew identifikati qabel mill-awtorità tal-awditjar.

    6.48.

    Ir-riżultati tagħna juru li sar titjib meta mqabbel mas-sena li għaddiet, meta kellna nerġgħu nwettqu aktar minn nofs il-proċeduri kollha tal-awditjar, b’terz minnhom fl-istabbilimenti tal-benefiċjarji. Aħna osservajna wkoll prattiki tajba f’termini tad-dokumentazzjoni li l-awtoritajiet tal-awditjar ħejjew dwar ix-xogħol tagħhom (ara l- Kaxxa 6.7 ).

    Kaxxa 6.7

    Prattiki tajba fix-xogħol ta’ awtorità tal-awditjar

    Il-listi ta’ kontroll tal-awtorità tal-awditjar Litwana għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 jispjegaw l-ambitu tal-awditjar b’mod estensiv. L-awdituri jridu jimlew dawn il-listi billi jiddeskrivu x’ikun sar u billi jipprovdu dettalji tal-elementi awditjati. B’riżultat ta’ dan, il-lista ta’ kontroll li eżaminajna ppermettiet li aħna, bħala eżaminatur estern, naslu għall-konklużjonijiet tagħna stess billi nibbażaw kważi kompletament fuq din id-dokumentazzjoni.

    It-trattament skorrett tal-iżbalji minn erba’ awtoritajiet tal-awditjar kellu impatt fuq ir-rati tal-iżball residwu rrappurtati minnhom

    6.49.

    Il-kalkolu korrett u l-affidabbiltà tar-rati tal-iżball residwu jiddependu, fost affarijiet oħra, fuq il-mod kif imbagħad l-iżbalji maqbuda jiġu ttrattati.

    6.50.

    Aħna sibna li f’seba’ tranżazzjonijiet, minkejja li l-awtorità tal-awditjar kienet qabdet irregolarità, hija ma kinitx użat din l-informazzjoni b’mod korrett fil-kalkolu tar-rata ta’ żball (ara l-kateġorija “Oħrajn” fil- Kaxxa 6.2 ). Eżempji ta’ sitwazzjonijiet bħal dawn, inkluż il-kalkolu skorrett tal-iżball, jew saħansitra n-nuqqas ta’ rappurtar tal-irregolarità, wasslu biex l-awtorità tal-awditjar tistma b’mod insuffiċjenti r-rata ta’ żball għat-tranżazzjonijiet ikkonċernati, li kkontribwew ukoll għal-livell ta’ żball stmat minna.

    Ix-xogħol ta’ aċċertament tal-Kummissjoni u r-rappurtar dwar ir-rata tal-iżball residwu fir-rapporti annwali tal-attività tagħha

    Aċċertament għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020

    6.51.

    Ir-rapporti annwali tal-attività huma l-għodda prinċipali li permezz tagħhom il-Kummissjoni tirrapporta jekk ikollhiex aċċertament raġonevoli li l-proċeduri ta’ kontroll tal-Istati Membri jistgħu jiżguraw il-legalità u r-regolarità tal-infiq.

    Il-Kummissjoni għamlet sforzi biex ittejjeb l-arranġamenti tagħha għar-rappurtar dwar ir-regolarità

    6.52.

    Is-sena li għaddiet, aħna indikajna li r-rekwiżiti ta’ rappurtar għar-rapporti annwali tal-attività ma kinux ġew adattati b’mod suffiċjenti għall-qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament 2014–2020 (24). Fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2018 tagħha, il-Kummissjoni aġġornat l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (KPI) tagħha dwar ir-regolarità u kkalkulat rata tal-iżball residwu għas-sena kontabilistika 2016/2017. Il-KPI ikopri l-infiq li għalih il-Kummissjoni jista’ jkollha l-aċċertament meħtieġ mill-awtoritajiet tal-awditjar u mix-xogħol tagħha stess relatat mar-regolarità. Huwa jinnewtralizza wkoll l-impatt tal-pagamenti bil-quddiem għall-istrumenti finanzjarji.

    6.53.

    Il-KPI rrappurtat kien inqas minn 2 % għaż-żewġ DĠ. Peress li r-riżultati tal-awditjar għal bosta PO kienu għadhom qed jiġu diskussi (ara l-paragrafu 6.64), iż-żewġ DĠ irrappurtaw ukoll rati tal-iżball residwu ogħla mis-soll ta’ materjalità ta’ 2 % għall-“agħar xenarju possibbli” (25).

    6.54.

    Id-diretturi ġenerali rispettivi taw dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni għall-infiq imġarrab matul l-2018. Għal dan il-għan, id-DĠ stmaw l-ammont f’riskju billi użaw ir-rata tal-iżball residwu kkonfermata għas-sena kontabilistika 2016/2017 jew ir-rata rrappurtata mill-awtoritajiet tal-awditjar għas-sena kontabilistika 2017/2018, skont liema waħda kienet l-ogħla. Fejn ma ġie ppreżentat l-ebda pakkett ta’ aċċertament għas-sena kontabilistika 2016/2017, huma użaw ir-rata ta’ 2 % jew ir-rata tal-iżball residwu rrappurtata għall-2017/2018, skont liema minnhom kienet l-ogħla.

    6.55.

    Kif meħtieġ mir-Regolament Finanzjarju, iċ-ċifri għall-2018 jinkludu nfiq li għadu ma għaddiex miċ-ċiklu ta’ kontroll sħiħ (26). Dan se jseħħ biss mill-2020.

    6.56.

    Il-Kummissjoni użat l-ammonti f’riskju stmati miż-żewġ DĠ biex tipprovdi informazzjoni għall- “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” fl-AMPR 2018. Għaldaqstant, hija rrappurtat ammont kumplessiv f’riskju fil-mument tal-pagament li jikkorrispondi għal 1,7 %, ikkalkulat fuq il-bażi tal-infiq rilevanti għall-2018 (ara wkoll il-paragrafi 6.54 u 6.55) (27). Fil-fehma tagħna, din iċ-ċifra tistma b’mod insuffiċjenti l-livell ta’ irregolarità.

    6.57.

    Fil- Kaxxa 6.8 , aħna nipprovdu stampa ġenerali tar-rati tal-iżball residwu għas-sena kontabilistika 2016/2017 kif ukoll tar-riskju stmat għall-infiq rilevanti għall-2018, li ġew irrappurtati fir-RAA 2018 għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020.

    Kaxxa 6.8

    Stampa ġenerali tal-informazzjoni fir-Rapporti Annwali tal-Attività għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020

    Image 41

    Sors:

    Il-QEA, ibbażat fuq ir-Rapporti Annwali tal-Attività 2018 tad-DĠ REGIO u d-DĠ EMPL.

    L-awditi tal-konformità jgħinu lill-Kummissjoni biex tivvaluta r-regolarità tal-infiq, iżda r-rata tal-iżball residwu rrappurtata bħala KPI tista’ titqies biss bħala minima

    6.58.

    Il-Kummissjoni twettaq awditi tal-konformità li fihom hija teżamina u tivvaluta l-affidabbiltà tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar. L-objettiv huwa li jinkiseb aċċertament raġonevoli li fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll ma jkunx hemm dgħufijiet serji li jibqgħu ma jinqabdux, ma jiġux irrappurtati, u għaldaqstant ma jiġux ikkoreġuti, ladarba l-kontijiet ikunu ġew ippreżentati lill-Kummissjoni.

    6.59.

    Il-Kummissjoni tagħżel il-programmi operazzjonali għall-awditi tal-konformità tagħha fuq il-bażi ta’ valutazzjoni annwali tar-riskju. Il-programmi li jkollhom punteġġ ta’ riskju għoli u, għaldaqstant, potenzjal għoli għal żball materjali jingħataw prijorità.

    6.60.

    Fl-2018, għall-202 pakketti ta’ aċċertament għas-sena kontabilistika 2016/2017, il-Kummissjoni wettqet 26 awditu tal-konformità. Dawn l-awditi koprew 193 operazzjoni (li kienu jinvolvu 4 żjarat lill-benefiċjarji) u 25 pakkett ta’ aċċertament fi 13-il Stat Membru. Aħna eżaminajna 8 mill-awditi mwettqa mill-Kummissjoni fi 8 Stati Membri.

    6.61.

    Fl-abbozzi tar-rapporti dwar 21 (81 %) mis-26 awditu ta’ konformità tagħha, il-Kummissjoni vvalutat li r-rata ta’ żball irrappurtata fir-rapport annwali ta’ kontroll tal-awtorità tal-awditjar ma ġietx stmata b’mod suffiċjenti. Għal 14 (54 %) minn dawn l-awditi, ir-rata ta’ żball kienet ogħla minn 2 %.

    6.62.

    L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju li ġie applikat mill-Kummissjoni biex tagħżel il-PO, mhuwiex imfassal biex jipproduċi rata kumplessiva tal-iżball residwu li tista’ tiġi rrappurtata bħala KPI. Il-Kummissjoni ma tistax tipproġetta r-riżultati tal-awditi tal-konformità tagħha għall-PO li fir-rigward tagħhom wettqet biss analiżi dokumentarja. Il-PO li ma jintgħażlux għall-awditu tal-konformità jippreżentaw riskju inerenti tal-awditjar ta’ żbalji li jinqabdux. Għaldaqstant, ir-rata kumplessiva tal-iżball residwu ppreżentata mill-Kummissjoni bħala KPI għandha titqies bħala rata minima.

    6.63.

    Meta l-Kummissjoni tagħżel PO għal awditu tal-konformità, il-proċeduri tagħha jistipulaw li jistgħu jintgħażlu awditi tal-operazzjonijiet biex jitwettqu mill-ġdid, bl-użu ta’ kampjunar aleatorju, approċċ ibbażat fuq ir-riskju jew kombinament tat-tnejn. Madankollu, il-Kummissjoni ma testrapolax, fl-ebda każ, ir-riżultati tal-awditjar tagħha. Għaldaqstant, ir-rata ta’ żball ikkalkulata mill-ġdid għall-PO, li tikkontribwixxi għall-KPI, hija wkoll minima biss.

    6.64.

    Fir-risposta tagħha għar-Rapport Annwali 2017 tagħna (28), il-Kummissjoni esprimiet ir-rieda tagħha li tiffinalizza x-xogħol tagħha dwar ir-regolarità tal-infiq fi żmien disa’ xhur. Mit-tmien awditi tal-konformità li eżaminajna, wieħed biss ġie ffinalizzat sa Mejju 2019. L-iżbalji li l-Kummissjoni sabet u r-rati tal-iżball residwu li hija żvelat għadhom jistgħu jinbidlu b’segwitu ta’ proċedura kontradittorja mal-Istati Membri dwar kwistjonijiet, bħalma huma r-riżultati tal-verifikazzjonijiet addizzjonali meħtieġa mill-awtoritajiet tal-awditjar. Fir-Rapporti Annwali tal-Attività 2018, id-DĠ ddikjaraw li fis-snin sussegwenti jista’ jsir xogħol addizzjonali biex tiġi vvalutata l-affidabbiltà tar-rati tal-iżball residwu. Dan jimplika li l-konklużjoni tal-Kummissjoni għas-sena kontabilistika 2016/2017 għadha mhix finali.

    Arranġamenti tal-għeluq

    Perjodu 2007–2013

    6.65.

    Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013, l-Istati Membri kellhom sal-31 ta’ Marzu 2017 (29) biex jippreżentaw il-pakketti ta’ għeluq lill-Kummissjoni. Sa tmiem l-2018, il-Kummissjoni kienet ħallset l-impenji pendenti tal-UE għal 358 minn 440 PO.

    6.66.

    Fl-2018, il-Kummissjoni għalqet biss dawk il-PO (jew partijiet minnhom) li għalihom kellha aċċertament li r-rata tal-iżball residwu kien taħt is-soll ta’ materjalità. Madankollu, f’wieħed mid-disa’ pakketti ta’ għeluq li eżaminajna, aħna qbadna żbalji addizzjonali li kellhom impatt materjali fuq ir-rata tal-iżball residwu għall-infiq mhux ikkontestat (ir-rata kkalkulata minna mill-ġdid kienet ogħla minn 2 %).

    6.67.

    F’pakkett ta’ għeluq Ungeriż, il-Kummissjoni identifikat bosta problemi li ma setgħux jiġu riżolti. Aħna sibna li hija ma ttrattatx l-impatt tal-irregolaritajiet potenzjali b’mod konsistenti. Hemm riskju li l-bilanċ finali jkun jinkludi ammonti irregolari.

    Perjodu 2014–2020

    6.68.

    Il-qafas ta’ kontroll u aċċertament stabbilit għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 għandu l-għan li jissimplifika l-għeluq tal-PO billi jintroduċi proċedura għall-eżaminar u l-aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet, li tinkludi aspetti relatati mar-regolarità. Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni jassenja rwoli speċifiċi lil kull awtorità li hija responsabbli minn programmi fl-Istati Membri, kif ukoll lill-Kummissjoni, għal dak li jirrigwarda l-proċess ta’ tħejjija tal-kontijiet annwali u tal-verifikazzjoni u l-validazzjoni tal-informazzjoni finanzjarja pprovduta fil-pakketti ta’ aċċertament, li jinkludu valutazzjoni tal-affidabbiltà tar-rati tal-iżball residwu. Fl-istess ħin, l-Artikolu 148 tar-regolament jipprevedi perjodu li matulu jinżammu d-dokumenti, prinċipalment għal operazzjonijiet żgħar, li huwa iqsar meta mqabbel ma’ dak meħtieġ matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013.

    6.69.

    Għall-għeluq tal-programmi operazzjonali tal-perjodu 2014–2020, ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni jirrikjedi li kull Stat Membru jippreżenta rapport finali dwar l-implimentazzjoni ta’ kull PO, mingħajr ma jispeċifika b’mod suffiċjenti l-kontenut u d-data tal-preżentazzjoni tiegħu. Minbarra dan, il-biċċa l-kbira mid-dispożizzjonijiet li jittrattaw l-għeluq tal-programmi tal-perjodu 2014–2020 idewmu għal stadju aktar tard, normalment fl-għeluq, il-valutazzjoni finali tal-eliġibbiltà tal-ispejjeż iddikjarati għal xi wħud mill-operazzjonijiet. Dan huwa l-każ għall-investimenti li jsiru minn strumenti finanzjarji, l-ikklerjar ta’ pagamenti bil-quddiem relatati mal-għajnuna mill-Istat, il-valutazzjoni finali tal-proġetti li jiġġeneraw id-dħul, it-trattament ta’ proġetti mhux operazzjonali, eċċ.

    6.70.

    Għall-kuntrarju tal-valutazzjoni tal-kontijiet annwali, ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni ma jiddefinix ir-rwol ta’ kull attur f’dan il-proċess jew ix-xogħol li għandu jsir biex jiġu vvalutati mill-ġdid l-ispejjeż ineliġibbli potenzjali u, jekk ikun meħtieġ, biex jiġi aġġustat l-impatt tagħhom fuq ir-rati tal-iżball residwu għas-snin inkwistjoni. Jeħtieġ li dawn l-aspetti jiġu kkjarifikati fi żmien debitu sabiex l-Istati Membri jkunu jafu dak li l-Kummissjoni qed tistenna minnhom għal dak li jirrigwarda l-għeluq tal-programmi 2014–2020. Kwalunkwe inċertezza f’dan ir-rigward tista’ taffettwa wkoll il-kapaċità tal-Istati Membri li jwettqu l-verifikazzjonijiet meħtieġa biex jiżguraw li r-rata tal-iżball residwu tal-infiq eliġibbli finali, fl-għeluq ta’ kull PO, tkun taħt it-2 %, minħabba li l-perjodu li matulu jistgħu jinżammu u jkunu disponibbli d-dokumenti jista’ jkun skada jekk xi wħud mill-kompiti jitħallew sal-aħħar nett tal-programm (tmiem l-2015).

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    Konklużjoni

    6.71.

    L-evidenza kumplessiva għall-awditjar li aħna ksibna u ppreżentajna f’dan il-kapitolu tindika li l-livell ta’ żball fl-infiq fuq “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” kien materjali (ara l-paragrafi 6.14 sa 6.40). Għal din is-subintestatura tal-QFP, l-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet indika li l-livell kumplessiv ta’ żball stmat kien ta’ 5,0 % (ara l- Anness 6.1 ).

    6.72.

    Id-dgħufijiet li nstabu fix-xogħol ta’ bosta awtoritajiet tal-awditjar li kienu koperti mill-kampjun tagħna (ara l-paragrafi 6.41 sa 6.50), attwalment jillimitaw il-fiduċja li tista’ titqiegħed fuq dan ix-xogħol.

    6.73.

    Minħabba dan u minħabba l-problemi li identifikajna fix-xogħol proprju tal-Kummissjoni (ara l-paragrafi 6.51 sa 6.70), ir-rati tal-iżball residwu ppreżentati fir-Rapporti Annwali tal-Attività tal-Kummissjoni għas-sena kontabilistika 2016/2017 (KPI) huma stmati b’mod insuffiċjenti, u attwalment aħna ma nistgħux noqogħdu fuqhom. Minħabba l-iżbalji addizzjonali li nqabdu, ir-rata li kkalkulajna mill-ġdid kienet ogħla mis-soll ta’ materjalità ta’ 2 % għal 8 minn 15-il pakkett ta’ aċċertament għall-perjodu 2014–2020 u għal wieħed mid-9 pakketti ta’ għeluq għall-perjodu 2007–2013.

    6.74.

    Fl-AMPR, il-Kummissjoni tippreżenta riskju stmat meta jsir il-pagament għal “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”. Madankollu, din ir-rata tirreferi għall-infiq li għadu ma għaddiex miċ-ċiklu ta’ kontroll sħiħ (jiġifieri l-Kummissjoni għadha ma rċevietx aċċertament mill-awtoritajiet tal-awditjar u mill-awditu proprju tagħha) u li mhuwiex l-istess bħall-infiq li awditjajna. Għaldaqstant, aħna ma nistgħux noqogħdu fuq din ir-rata.

    6.75.

    Il-qafas il-ġdid ta’ kontroll u ta’ aċċertament tfassal biex jiġi żgurat li r-rati annwali tal-iżball residwu jkunu taħt is-soll ta’ 2 %. Madankollu, l-awditu tagħna wera li jeħtieġ isir aktar titjib, b’mod partikolari f’termini tal-implimentazzjoni tal-qafas mill-awtoritajiet maniġerjali, mill-awtoritajiet tal-awditjar u mill-Kummissjoni.

    Rakkomandazzjonijiet

    6.76.

    L- Anness 6.3 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna għall-ħames rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2015 tagħna u għall-erba’ rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2017 li kienu jirrikjedu azzjoni immedjata. Il-Kummissjoni kienet implimentat żewġ rakkomandazzjonijiet bis-sħiħ, filwaqt li erba’ rakkomandazzjonijiet kienu ġew implimentati fil-biċċa l-kbira mill-aspetti, waħda f’xi wħud mill-aspetti u ma kienet ittieħdet l-ebda azzjoni fir-rigward ta’ żewġ rakkomandazzjonijiet. Aħna nqisu li r-Rakkomandazzjonijiet 1, 2, 4(ii) u 6, li għamilna s-sena li għaddiet u li jirrigwardaw problemi li erġajna sibna din is-sena, għadhom validi.

    6.77.

    Ibbażat fuq din l-analiżi u fuq is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2018, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

    Rakkomandazzjoni 6.1 — Arranġamenti tal-awditjar għall-programmi tal-Inizjattiva għall-SMEs

    Tiżgura li:

    (a)

    kontrolli regolari, ibbażati fuq kampjun rappreżentattiv ta’ żborżamenti favur ir-riċevituri finali, jitwettqu fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji jew mill-awtorità tal-awditjar jew inkella minn awditur magħżul mill-Grupp tal-BEI;

    (b)

    fejn dawn il-kontrolli ma jkunux suffiċjenti, tiżviluppa u timplimenta miżuri ta’ kontroll xierqa għall-prevenzjoni ta’ nfiq irregolari materjali fl-għeluq.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: immedjatament

    Rakkomandazzjoni 6.2 — Żamma irregolari ta’ pagamenti

    Tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-listi ta’ kontroll użati mill-awtoritajiet maniġerjali u mill-awtoritajiet tal-awditjar ikunu jinkludu verifikazzjonijiet tal-konformità mal-Artikolu 132 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, li jiddikjara li l-benefiċjarji jridu jirċievu l-ammont totali ta’ nfiq eliġibbli dovut mhux aktar tard minn 90 jum li fiha tiġi ppreżentata klejm għall-pagament korrispondenti. Fejn ikun rilevanti, tagħmel rakkomandazzjonijiet xierqa indirizzati lill-awtoritajiet inkarigati mill-programmi u tħeġġiġhom biex isegwu prattiki korretti fil-futur.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: immedjatament

    Rakkomandazzjoni 6.3 — Arranġamenti tal-għeluq 2014–2020

    Tindirizza d-dgħufijiet u tiżgura li l-ebda programm ma jkun jista’ jingħalaq jekk ikun jippreżenta livell materjali ta’ nfiq irregolari. Jenħtieġ li l-Kummissjoni:

    (a)

    tidentifika r-riskji prinċipali li jistgħu jaffettwaw l-għeluq regolari tal-programmi;

    (b)

    fejn ikun meħtieġ, tiżviluppa gwida mmirata dwar l-arranġamenti għall-għeluq li tinkludi miżuri korrettivi adegwati u f’waqthom.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: (a) Mejju 2020 u (b) Diċembru 2022

    Parti 2 — Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-proġetti

    6.78.

    Għal 208 tranżazzjonijiet li eżaminajna din is-sena, (bl-esklużjoni ta’ strumenti finanzjarji u operazzjonijiet taħt il-PO tal-FEAD), aħna vvalutajna elementi tas-sistema ta’ prestazzjoni (b’mod partikolari jekk il-PO kellhomx indikaturi tal-output u tar-riżultati li kienu rilevanti għall-objettivi tagħhom, u jekk l-objettivi għall-output u għar-riżultati, li kienu speċifikati fid-dokumenti tal-proġetti (30) kinux jikkorrispondu għall-objettivi tal-programmi operazzjonali għal kull assi prijoritarju). Aħna vverifikajna wkoll jekk l-Istati Membri kinux stabbilew database b’informazzjoni dwar il-prestazzjoni fil-livell tal-proġetti u sa liema punt l-awtoritajiet tal-awditjar ivverifikaw l-affidabbiltà ta’ dik l-informazzjoni.

    6.79.

    Aħna erġajna awditjajna 26 operazzjoni li kienu fiżikament ikkompletati fiż-żmien meta sar l-awditu tagħna. Ivvalutajna l-prestazzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet, jiġifieri jekk l-awtoritajiet kinux irrappurtaw dwar jekk il-miri ssettjati għal kull indikatur, kif ukoll l-objettivi tagħhom, kinux intlaħqu.

    L-indikaturi tar-riżultati mhux dejjem jiffurmaw parti integrali mit-tfassil tas-sistemi ta’ prestazzjoni fil-livell tal-proġetti

    6.80.

    Ir-regolamenti tal-UE li huma rilevanti għal dan il-qasam ta’ nfiq jirrikjedu li l-benefiċjarji jiddefinixxu u jirrappurtaw dwar l-outputs. L-Istati Membri għandhom ukoll il-possibbiltà li jissettjaw indikaturi tar-riżultati li jorbtu r-riżultati tal-proġetti mal-indikaturi korrispondenti għall-assi prijoritarju tal-PO. L-issettjar ta’ indikaturi tar-riżultati, kull fejn ikun possibbli u ta’ sinifikat, huwa prattika tajba peress li jippermetti lill-awtoritajiet ikejlu l-kontribuzzjoni speċifika li ssir minn proġett għall-objettivi tal-assi prijoritarju korrispondenti.

    6.81.

    Is-sejbiet tagħna f’dan ir-rigward huma simili għal dawk tas-snin preċedenti. Aħna qbadna għadd ta’ dgħufijiet fil-mod kif l-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu ssettjaw indikaturi tal-prestazzjoni kemm fil-livell tal-programmi operazzjonali kif ukoll f’dak tal-proġetti.

    6.82.

    F’110 każijiet l-awtoritajiet ma kinux issettjaw l-indikaturi tar-riżultati jew tal-output fil-livell tal-proġetti, u fi 3 każijiet huma ma kellhom l-ebda indikatur jew mira biex ikejlu l-prestazzjoni fil-livell tal-proġetti. Fiċ-ċirkustanzi, mhuwiex possibbli li jiġi ddeterminat jekk dawn il-proġetti kkontribwewx għall-objettivi ġenerali tal-programmi. Minn dawn il-każijiet, 41 każ huma relatati mal-perjodu 2007–2013. Is-sejbiet tagħna huma miġburin fil-qosor fil- Kaxxa 6.9 .

    Kaxxa 6.9

    Valutazzjoni ta’ elementi tas-sistemi ta’ prestazzjoni

    Image 42

    Sors:

    Il-QEA.

    6.83.

    F’5 mill-205 proġetti fejn l-Istati Membri kienu ddefinew jew indikatur tal-output jew indikatur tar-riżultati, jew it-tnejn li huma, ma kienx hemm rabta bejniethom u l-objettivi tal-PO.

    L-Istati Membri stabbilew sistemi ta’ monitoraġġ biex jirreġistraw l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni

    6.84.

    L-14-il Stat Membru li eżaminajna għall-2018 kollha kellhom sistemi ta’ monitoraġġ stabbiliti. Dawn is-sistemi kienu wkoll operazzjonali fl-Istati Membri kollha, ħlief wieħed (is-Slovenja), fejn is-sistema ma kinitx kompletament operazzjonali qabel l-2019.

    6.85.

    Fil-perjodu 2014–2020, l-awtoritajiet tal-awditjar huma meħtieġa jeżaminaw l-affidabbiltà tad-data dwar il-prestazzjoni. Aħna sibna li ġeneralment huma jwettqu kontrolli tal-prestazzjoni tal-proġetti matul l-awditi tagħhom tal-operazzjonijiet. Fil-Polonja u fil-Portugall, madankollu, aħna kkonkludejna li l-awtorità tal-awditjar kienet illimitat il-verifikazzjonijiet tagħha għall-objettivi tal-output.

    6.86.

    Fl-2018, il-Kummissjoni wettqet awditi biex tikseb aċċertament li d-data dwar l-indikaturi rrappurtata mill-Istati Membri hija affidabbli. Hija kkonkludiet li, minkejja l-eżistenza ta’ sistemi tal-IT li jimmonitorjaw id-data dwar il-prestazzjoni, għad hemm nuqqasijiet materjali li jqiegħdu f’riskju l-affidabbiltà tad-data.

    Il-proġetti kkompletati mhux dejjem laħqu kompletament l-objettivi tagħhom relatati mal-prestazzjoni

    6.87.

    Mis-26 proġett ikkompletat li għalihom eżaminajna l-ilħuq tal-objettivi, aħna sibna li 17 kellhom kemm indikaturi tar-riżultat kif ukoll indikaturi tal-output. Dawn kienu ġew irrappurtati bħala li ntlaħqu kompletament f’6 proġetti (23 %) u bħala li ntlaħqu parzjalment fi 11 (42 %).

    6.88.

    Mid-9 proġetti li jifdal fejn kien ġie stabbilit jew indikatur tal-output jew inkella indikatur tar-riżultati biss, aħna sibna li dawn kienu ġew irrappurtati bħala li ntlaħqu kompletament f’4 każijiet (16 %). Aħna ma stajniex nivvalutaw l-ilħuq tal-objettivi relatati mal-prestazzjoni fil-5 proġetti li jifdal (19 %) minħabba nuqqas ta’ informazzjoni rilevanti.

    (1)  Ara l-Artikoli 174 sa 178 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 47).

    (2)  Id-DĠ Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) u d-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni (DĠ EMPL).

    (3)  Fir-Rapporti Annwali tal-Attività tagħha, il-Kummissjoni tirreferi għal “rata tar-riskju residwu” (RRR) meta tittratta l-għeluq għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u għal “rata tal-iżball residwu totali” (RTER) meta tittratta l-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. F’dan il-kapitolu, aħna nirreferu għat-tnejn li huma bħala “rata/i tal-iżball residwu”.

    (4)  L-Artikolu 28(11) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd r-(Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni ) (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).

    (5)  Il-pakketti ta’ aċċertament huwa magħmulin minn dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, sommarju annwali, il-kontijiet annwali ċċertifikati, rapport annwali ta’ kontroll u opinjoni tal-awditjar.

    (6)  L-Artikolu 130 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 (ir-“Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni”) jillimita r-rimborż ta’ pagamenti interim għal 90 %. L-10 % li jifdal jiġu rilaxxati wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet.

    (7)  Il-paragrafi 6.5 sa 6.15.

    (8)  Jekk kwistjonijiet b’impatt materjali jibqgħu miftuħa, il-Kummissjoni tillikwida biss l-ammont li ma jkunx ikkontestat. Il-bilanċ jiġi llikwidat u l-PO jingħalaq ladarba dawn il-kwistjonijiet pendenti kollha jiġu riżolti.

    (9)  Il-paragrafi 6.21 sa 6.23.

    (10)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta’ żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 2,5 % u 7,5 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball, rispettivament).

    (11)  Tranżazzjoni waħda tista’ tiġi milquta minn aktar minn tip wieħed ta’ żball.

    (12)  Analiżi rapida dwar każ speċifiku, Rimborż tal-VAT fil-qasam tal-Koeżjoni — użu tal-fondi tal-UE li huwa suxxettibbli għall-iżbalji u li mhuwiex ottimu, Novembru 2018 (https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/RCR-VAT/RCR-VAT_MT.pdf).

    (13)  “Simplifikazzjoni fit-twettiq tal-Politika ta’ Koeżjoni wara l-2020”, Mejju 2018, il-paragrafu 23 https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/BRP_Cohesion_simplification/Briefing_paper_Cohesion_simplification_MT.pdf).

    (14)  C(2013) 9527 final, Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19.12.2013 dwar l-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni rigward in-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku.

    (15)  Kif definit mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

    (16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

    (17)  L-Artikolu 6 tal-GBER.

    (18)  F’konformità mal-Artikolu 137(2) tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

    (19)  Il-paragrafu 6.30 u l-Kaxxa 6.4 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna.

    (20)  L-Artikolu 272(14).

    (21)  L-Artikolu 132 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

    (22)  Ara l-paġna 68 tar-RAA 2018 tad-DĠ REGIO u l-paġna 56 tar-RAA 2018 tad-DĠ EMPL.

    (23)  L-Artikolu 127 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.

    (24)  Il-paragrafi 6.55 sa 6.57 u r-Rakkomandazzjoni 4 tar-Rapport Annwali 2017.

    (25)  Ara r-RAA tad-DĠ REGIO, in-Nota 12 f’qiegħ il-paġna u r-RAA tad-DĠ EMPL, in-Nota 38 f’qiegħ il-paġna.

    (26)  Ara r-Rakkomandazzjoni 4(i) tar-Rapport Annwali 2017.

    (27)  Din iċ-ċifra tiġi kkalkulata għall-modalitajiet kollha ta’ ġestjoni u tinkludi l-infiq għall-perjodi ta’ programmazzjoni 2007–2013 u 2014–2020.

    (28)  Ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.67 tar-Rapport Annwali 2017.

    (29)  Ħlief il-Kroazja.

    (30)  Applikazzjonijiet għal proġetti, ftehimiet ta’ għotja, kuntratti u/jew deċiżjonijiet ta’ kofinanzjament.

    ANNESS 6.1

    RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET

     

    2018

    2017

    DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

    Total tat-tranżazzjonijiet

    220

    217

    IMPATT STMAT TA’ ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

     

    Livell ta’ żball stmat

    5,0 %

    3,0 %

     

    Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

     

    7,5 %

     

     

    Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

     

    2,5 %

     

    ANNESS 6.2

    INFORMAZZJONI DWAR L-AZZJONI TAL-UE FL-ISTATI MEMBRI

    Ripartizzjoni tal-kampjun tagħna magħżul minn programmi operazzjonali li għalihom il-Kummissjoni pproċediet għal likwidazzjoni fl-2018 u l-għadd ta’ żbalji kwantifikabbli li sibna skont l-Istat Membru. (L-ammonti fiċ-ċrieki jindikaw l-infiq iddikjarat f’miljun EUR)

    Image 43

    Sorsi:

    Sfond tal-mappa ©OpenStreetMap kontributuri liċenzjati taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution-ShareAlike 2.0 (CC BY-SA).

    ANNESS 6.3

    SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI

    E = DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni; R = DĠ Politika Reġjonali u Urbana; X = Valutazzjoni komuni għaż-żewġ DĠ

    Sena

    Rakkomandazzjoni tal-QEA

    Analiżi mill-QEA tal-progress li sar

    Implimentata bis-sħiħ

    Qed tiġi implimentata

    Mhux implimentata

    M/A taħt il-qafas attwali

    Evidenza insuffiċjenti

    Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

    F’xi wħud mill-aspetti

    2015

    Rakkomandazzjoni 1: jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis mill-ġdid u b’mod fundamentali t-tfassil u l-mekkaniżmu ta’ twassil għall-fondi SIE meta tkun qed tagħmel il-proposta leġiżlattiva tagħha għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, filwaqt li tieħu wkoll inkunsiderazzjoni s-suġġerimenti tal-grupp ta’ livell għoli inkarigat mis-simplifikazzjoni.

    (data mmirata għall-implimentazzjoni: ir-riżultati finali qabel ma l-Kummissjoni tippreżenta l-proposta tagħha għall-perjodu ta’ wara l-2020)

     

    X (1)

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 2: jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża l-esperjenza li nkisbet fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013 u tirrapporta dwar analiżi ffukata tar-regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020. Ibbażat fuq dan ta’ hawn fuq, jenħtieġ li hija tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar kif jissimplifikaw u jevitaw regoli li huma kumplessi żżejjed u/jew ta’ piż u li ma għandhomx valur miżjud fir-rigward tar-riżultati li huma mistennija jinkisbu mill-politika (“regolamentazzjoni żejda”), b’mod partikolari meta jirriżultaw fi żbalji sinifikanti u/jew rikorrenti.

    (data mmirata għall-implimentazzjoni: tmiem l-2018)

     

    X (2)

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 3: jenħtieġ li l-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Kunsill u lill-Parlament biex, permezz ta att leġiżlattiv ta’ valur legali ugwali, ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 jiġi emendat fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodu ta’ eliġibbiltà għal strumenti finanzjarji taħt ġestjoni kondiviża. It-tibdil fir-regolament huwa meħtieġ biex tiġi pprovduta ċertezza legali lill-Istati Membri.

    (data mmirata għall-implimentazzjoni: immedjatament)

     

     

     

    X (3)

     

     

    Rakkomandazzjoni 4: għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkjarifika lill-Istati Membri l-kunċett ta’ VAT rekuperabbli, b’mod partikolari għall-benefiċjarji pubbliċi, biex tiġi evitata interpretazzjoni differenti tat-terminu VAT “mhux rekuperabbli” u biex jiġi evitat użu subottimu tal-fondi tal-UE.

    (data mmirata għall-implimentazzjoni: sa nofs l-2017)

    X

     

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 5: jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-infiq kollu relatat mal-istrumenti finanzjarji taħt il-FEŻR u l-FSE għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013 jiġi inkluż kmieni biżżejjed fid-dikjarazzjonijiet tal-għeluq, biex l-awtoritajiet tal-awditjar ikunu jistgħu jwettqu l-kontrolli tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha li implimentaw strumenti finanzjarji biex iwettqu awditi speċifiċi dwar l-implimentazzjoni ta’ dawn l-istrumenti bil-ħsieb tal-għeluq.

    (data mmirata għall-implimentazzjoni: immedjatament)

    X

     

     

     

     

     

    2017

    Rakkomandazzjoni 1: jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li l-arranġamenti tal-awditjar fir-rigward tal-istrumenti finanzjarji mmaniġġjati mill-FEI jkunu adegwati fil-livell tal-intermedjarji finanzjarji. Meta l-BEI/FEI jirrikorri għal proċeduri miftiehma ma’ awdituri esterni, jenħtieġ li l-Kummissjoni, filwaqt li tieħu inkunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiġi pprovdut aċċertament, tiddefinixxi l-kundizzjonijiet minimi ta’ kuntratti ta’ dan it-tip, b’mod partikolari l-obbligu li jitwettaq xogħol tal-awditjar suffiċjenti fil-livell tal-Istat Membru.

    (data mmirata għall-implimentazzjoni: immedjatament)

     

    X (4)

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 2: jenħtieġ li l-Kummissjoni tipproponi li, għall-qafas finanzjarju wara l-2020, isiru bidliet leġiżlattivi bil-għan li tiġi eskluża l-possibbiltà li jsir rimborż tal-VAT lil korpi pubbliċi mill-fondi tal-UE.

    (data mmirata għall-implimentazzjoni: qabel l-approvazzjoni tal-qafas leġiżlattiv għal wara l-2020)

     

     

     

    X (5)

     

     

    Rakkomandazzjoni 3: jenħtieġ li l-Kummissjoni tindirizza d-dgħufijiet li identifikajna fil-verifikazzjoni li twettaq tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar fil-kuntest tal-awditi tagħha tar-regolarità.

    (data mmirata għall-implimentazzjoni: immedjatament)

     

    X (6)

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 6: jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq kontrolli tar-regolarità li jkunu suffiċjenti biex tkun tista’ tifformula konklużjonijiet dwar l-effettività tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar u biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar ir-regolarità tal-infiq sa mhux aktar tard milli fir-rapporti annwali tal-attività li tippubblika s-sena ta’ wara dik li fiha taċċetta l-kontijiet.

    (data mmirata għall-implimentazzjoni: immedjatament)

     

     

    X (7)

     

     

     


    (1)  Minkejja l-isforzi tal-Kummissjoni għas-simplifikazzjoni, l-abbozz ta’ regolament dwar dispożizzjonijiet komuni għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss jinkludi elementi li jippreżentaw riskju għall-konformità mar-regoli u għall-ġestjoni finanzjarja tajba, kif enfasizzat fl-Opinjoni Nru 6/2018 tagħna rigward il-proposta tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2018 għal Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, COM(2018) 375 final u fid-dokument informattiv u analitiku ta’ Ġunju 2019 dwar il-“Prestazzjoni fil-qasam tal-Koeżjoni”.

    (2)  Il-Kummissjoni ma rrappurtatx dwar analiżi ffukata tar-regoli nazzjonali ta’ eliġibbiltà. Madankollu, hija tipprovdi gwida lill-Istati Membri u tirrapporta dwar prattiki ta’ regolamentazzjoni żejda li ġew identifikati matul l-awditi tagħhom.

    (3)  Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni.

    (4)  Ara l-paragrafi 6.36 sa 6.38.

    (5)  Il-Kummissjoni għamlet proposta alternattiva li skontha l-VAT tkun eliġibbli għal proġetti bi spiża totali ta’ inqas minn EUR 5 miljun. Din ma tindirizzax il-problema għar-raġunijiet li ġew deskritti fid-dettall fl-analiżi rapida tagħna dwar il-każ speċifiku tal-VAT.

    (6)  Ara l-paragrafi 6.58 sa 6.64.

    (7)  Il-Kummissjoni setgħet tislet konklużjoni għal wieħed biss mit-tmien awditi f’perjodu ta’ disa’ xhur. Ara l-paragrafu 6.64.


    KAPITOLU 7

    Riżorsi naturali

    WERREJ

    Introduzzjoni 7.1–7.7
    Deskrizzjoni qasira ta’ “Riżorsi naturali” 7.3–7.5
    Ambitu u approċċ tal-awditjar 7.6–7.7
    Parti 1: Regolarità tat-tranżazzjonijiet 7.8–7.36
    Il-pagamenti diretti fl-intier tagħhom kienu ħielsa minn żball materjali 7.11–7.18
    Il-biċċa l-kbira mill-pagamenti diretti li ttestjajna ma kinux milquta minn żball 7.13–7.15
    Is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll tillimita l-livell ta’ żball fil-pagamenti diretti 7.16–7.18
    Oqsma oħra ta’ nfiq: kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kumplessi jżidu r-riskju ta’ żball 7.19–7.26
    Żvilupp rurali 7.20–7.24
    Miżuri tas-suq 7.25
    Sajd, ambjent u azzjoni klimatika 7.26
    Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza 7.27–7.36
    Rappurtar, min-naħa tad-DĠ AGRI, dwar ir-regolarità tal-infiq taħt il-PAK 7.27–7.35
    Rapport annwali tal-attività tad-DĠ CLIMA 7.36
    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 7.37–7.40
    Konklużjoni 7.37–7.38
    Rakkomandazzjonijiet 7.39–7.40
    Parti 2: Prestazzjoni 7.41–7.64
    Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-azzjonijiet ta’ żvilupp rurali 7.43–7.48
    Il-biċċa l-kbira mill-azzjonijiet wasslu l-outputs mistennija 7.45
    Ġeneralment l-Istati Membri vverifikaw ir-raġonevolezza tal-ispejjeż, iżda ftit li xejn għamlu użu mill-opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati 7.46–7.48
    Il-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-PAK 7.49–7.64
    Dgħufijiet fl-indikaturi tar-riżultati għall-infiq fuq l-iżvilupp rurali 7.52–7.60
    Dgħufijiet simili fl-indikaturi tar-riżultati tal-pagamenti diretti 7.61–7.64
    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 7.65–7.66
    Konklużjoni 7.65–7.66

    Rakkomandazzjonijiet

    Anness 7.1 —

    Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Riżorsi naturali”

    Anness 7.2 —

    Informazzjoni dwar l-azzjoni tal-UE fl-Istati Membri jew fir-reġjuni

    Anness 7.3 —

    Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti

    Introduzzjoni

    7.1.

    Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura “Riżorsi naturali” tal-QFP. Il- Kaxxa 7.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din l-intestatura fl-2018.

    Kaxxa 7.1

    Intestatura 2 “Riżorsi naturali” tal-QFP — ripartizzjoni fl-2018

    Ripartizzjoni tal-pagamenti:

    Image 44

    Pagamenti u popolazzjoni awditjata:

    Image 45

    (1)

    F’konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 13).

    Sors:

    Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2018.

    7.2.

    Il- Parti 1 ta’ dan il-kapitolu tippreżenta s-sejbiet tagħna dwar ir-regolarità. Fil- Parti 2 tal-kapitolu, li tiffoka fuq il-prestazzjoni, aħna neżaminaw (i) il-prestazzjoni ta’ kampjun ta’ azzjonijiet ta’ żvilupp rurali, u (ii) il-mod kif il-Kummissjoni u l-Istati Membri jkejlu u jirrappurtaw dwar il-prestazzjoni tal-infiq fuq l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, permezz tal-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni (1).

    Deskrizzjoni qasira ta’ “Riżorsi naturali”

    7.3.

    Il-politika agrikola komuni (PAK) tirrappreżenta 98 % tal-infiq fuq “Riżorsi naturali”. It-tliet objettivi ġenerali stabbiliti għall-PAK fil-leġiżlazzjoni tal-UE huma (2):

    (a)

    produzzjoni vijabbli tal-ikel, b’enfasi fuq l-introjtu agrikolu, il-produttività agrikola u l-istabbiltà tal-prezz;

    (b)

    ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-azzjoni klimatika, b’enfasi fuq l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, il-bijodiversità, il-ħamrija u l-ilma;

    (c)

    żvilupp territorjali bbilanċjat.

    7.4.

    Il-Kummissjoni, b’mod partikolari d-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DĠ AGRI), jikkondividi l-ġestjoni tal-PAK mal-aġenziji tal-pagamenti fl-Istati Membri. Mill-2015 ’il hawn, id-dritt tal-UE jirrikjedi li korpi taċ-ċertifikazzjoni indipendenti fl-Istati Membri jagħtu opinjoni annwali dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq tal-aġenziji tal-pagament. L-infiq taħt il-PAK jinqasam fi tliet kategoriji ġenerali:

    pagamenti diretti lill-bdiewa, li huma ffinanzjati kompletament mill-baġit tal-UE;

    miżuri tas-suq fis-settur agrikolu, li huma wkoll iffinanzjati kompletament mill-baġit tal-UE, bl-eċċezzjoni ta’ ċertu miżuri kofinanzjati mill-Istati Membri, bħall-miżuri ta’ promozzjoni u l-iskema ta’ frott, ħxejjex u ħalib għall-iskejjel;

    programmi tal-iżvilupp rurali tal-Istati Membri, kofinanzjati mill-baġit tal-UE.

    7.5.

    Din l-intestatura tal-QFP tkopri wkoll l-infiq tal-UE taħt il-politika komuni tas-sajd, kif ukoll parti mill-infiq tal-UE fuq l-ambjent u l-azzjoni klimatika.

    Ambitu u approċċ tal-awditjar

    7.6.

    Għall- Parti 1 ta’ dan il-kapitolu dwar ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet, filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , aħna eżaminajna kampjun ta’ 251 tranżazzjoni (3), f’konformità mal-paragrafu 11 tal- Anness 1.1 . Il-kampjun kien maħsub biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta’ nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP. Huwa kien jikkonsisti fi tranżazzjonijiet minn 22 Stat Membru (4). L-objettiv tagħna kien li nikkontribwixxu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni kumplessiva kif deskritt fl- Anness 1.1 . Aħna eżaminajna wkoll dan li ġej għal “Riżorsi naturali” fl-2018:

    (a)

    l-informazzjoni dwar ir-regolarità fir-rapporti annwali tal-attività (RAA) tad-DĠ AGRI u tad-Direttorat Ġenerali għall-Azzjoni Klimatika (DĠ CLIMA), il-konsistenza tal-metodoloġija għall-istimar tal-ammonti f’riskju, u l-inklużjoni tagħhom fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR) tal-Kummissjoni;

    (b)

    sistemi magħżula, li kienu jikkonċernaw elementi ewlenin tal-qafas ta’ kontroll intern tal Kummissjoni għall-PAK: id-data u l-istatistika ta’ kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti; ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni; il-kontrolli, min-naħa tad-DĠ AGRI, fuq ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni; l-awditi mwettqa mid-DĠ AGRI fl-Istati Membri, u l-kalkoli tiegħu tar-rati ta’ żball ippubblikati fir-RAA tiegħu.

    7.7.

    Għall- Parti 2 ta’ dan il-kapitolu, li tiffoka fuq il-prestazzjoni, aħna eżaminajna:

    (a)

    l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ żvilupp rurali kkampjunati u l-ispejjeż tagħhom;

    (b)

    il-kejl u r-rappurtar, min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, dwar il-prestazzjoni taħt il-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-PAK.

    Parti 1: Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    7.8.

    L- Anness 7.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-251 tranżazzjoni li eżaminajna, 193 (77 %) kienu ħielsa minn żball. Abbażi tal-46 żball (5) li kkwantifikajna, aħna nistmaw li l-livell ta’ żball għal “Riżorsi naturali” huwa ta’ 2,4 % (6).

    7.9.

    Il- Kaxxa 7.2 tagħti ripartizzjoni tal-livell ta’ żball stmat minna għall-2018. Żbalji li jikkonċernaw benefiċjarji, attivitajiet jew spejjeż iddikjarati li jkunu ineliġibbli jirrappreżentaw aktar minn terz tal-livell ta’ żball stmat minna ta’ 2,4 %.

    Kaxxa 7.2

    Benefiċjarji, attivitajiet jew spejjeż iddikjarati li jkunu ineliġibbli kkostitwew l-akbar kategorija ta’ żball

    Image 46

    Sors:

    Il-QEA.

    7.10.

    Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri kienu applikaw miżuri korrettivi li affettwaw direttament 53 mit-tranżazzjonijiet li kkampjunajna. Dawn il-miżuri kienu rilevanti għall-kalkoli tagħna, billi naqqsu l-livell ta’ żball stmat minna għal dan il-kapitolu b’0,6 punt perċentwali. Fi 12-il każ ta’ żbalji kkwantifikati l-awtoritajiet nazzjonali kellhom informazzjoni suffiċjenti biex jipprevienu, jew biex jaqbdu u jikkoreġu, l-iżball qabel ma jiddikjaraw l-infiq lill-Kummissjoni. Li kieku l-awtoritajiet nazzjonali għamlu użu xieraq minn din l-informazzjoni kollha li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom, il-livell ta’ żball stmat għal dan il-kapitolu kien ikun aktar baxx b’0,6 punti perċentwali.

    Il-pagamenti diretti fl-intier tagħhom kienu ħielsa minn żball materjali

    7.11.

    Ix-xogħol tagħna jappoġġa l-konklużjoni li l-pagamenti diretti fl-intier tagħhom kienu ħielsa minn żball materjali. Dawn jirrappreżentaw 72 % tal-infiq taħt l-intestatura “Riżorsi naturali” tal-QFP.

    7.12.

    Erba’ skemi prinċipali taħt il-FAEG jirrappreżentaw 92 % tal-pagamenti diretti kollha:

    (a)

    żewġ skemi li jipprovdu appoġġ diżakkoppjat għall-introjtu (7) bbażat fuq l-erja tal-art agrikola ddikjarata mill-bdiewa: l-“iskema ta’ pagament bażiku” (EUR 16,3 biljun fl-2018) u l-“iskema ta’ pagament uniku skont l-erja” (EUR 4,2 biljun fl-2018);

    (b)

    pagament maħsub biex jappoġġa prattiki agrikoli li huma ta’ benefiċċju għall-klima u għall-ambjent, ġeneralment imsejjaħ il-"pagament ta’ ekoloġizzazzjoni" (EUR 11,7 biljun fl-2018);

    (c)

    appoġġ akkoppjat, marbut ma’ tipi speċifiċi ta’ prodotti agrikoli (eż. iċ-ċanga u l-vitella, il-ħalib jew għelejjel li fihom il-proteini) (EUR 5,9 biljun fl-2018).

    Il-biċċa l-kbira mill-pagamenti diretti li ttestjajna ma kinux milquta minn żball

    7.13.

    Aħna ttestjajna 95 pagament dirett, li ppermettielna nkopru l-iskemi prinċipali kollha. Aħna żorna 50 azjenda agrikola biex nivverifikaw jekk il-benefiċjarji kinux ikkonformaw mar-regoli, iżda ma żorniex il-45 li kien jifdal, li għalihom konna ksibna evidenza suffiċjenti ta’ konformità minn immaġni bis-satellita, flimkien ma’ ortoritratti u dokumentazzjoni pprovduti mill-aġenziji tal-pagamenti.

    7.14.

    Aħna sibna li 77 tranżazzjoni ma kinux milquta minn żball. Il-pagamenti diretti lill-bdiewa huma bbażati fuq drittijiet: il-benefiċjarji jirċievu pagament jekk jissodisfaw ċertu kundizzjonijiet. Pagamenti bħal dawn jippreżentaw riskju aktar baxx ta’ żball jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti ma jkunux kumplessi żżejjed (ara l-paragrafi 1.16 u 1.18).

    7.15.

    Mingħajr ma affettwaw il-konklużjoni pożittiva tagħna dwar il-pagamenti diretti, fi 11-il każ, aħna qbadna ammonti żgħar ta’ pagamenti eċċessivi (taħt il-5 %), prinċipalment dovuti għal dikjarazzjonijiet eċċessivi, min-naħa tal-bdiewa, tal-għadd ta’ ettari jew annimali eliġibbli fil-klejms tagħhom għall-għajnuna. Aħna sibna żbalji li kienu jirrappreżentaw aktar minn 5 % tal-ammont eżaminat f’2 pagamenti diretti, inklużi każ wieħed fejn l-iżball kien ogħla minn 20 %. Għal ħames pagamenti, aħna qbadna problemi ta’ nuqqas ta’ konformità li ma kellhom l-ebda impatt finanzjarju.

    Is-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll tillimita l-livell ta’ żball fil-pagamenti diretti

    7.16.

    L-għodda prinċipali ta’ ġestjoni għall-pagamenti diretti hija s-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) (8), li tinkorpora s-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art (LPIS). Is-SIAK torbot flimkien id-databases tal-azjendi, l-applikazzjonijiet u l-erjas agrikoli, li l-aġenziji tal-pagamenti jużaw biex iwettqu kontroverifiki amministrattivi fir-rigward tal-applikazzjonijiet kollha għall-għajnuna. L-LPIS hija sistema ta’ informazzjoni ġeografika b’settijiet ta’ data spazjali minn bosta sorsi, li flimkien jiffurmaw rekord ta’ erjas agrikoli fl-Istati Membri.

    7.17.

    Is-sejbiet tagħna jikkonfermaw li l-LPIS, b’mod partikolari, tikkontribwixxi sinifikattivament għall-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-livelli ta’ żball (9). Bħalma konna osservajna qabel, il-pjanijiet ta’ azzjoni tal-Istati Membri, taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni, tejbu l-affidabbiltà tad-data li tinsab fl-LPIS dwar l-eliġibbiltà tal-art (10).

    7.18.

    L-introduzzjoni fis-SIAK tal-applikazzjoni għall-għajnuna ġeospazjali (11), li tippermetti lill-bdiewa jippreżentaw klejms għall-pagamenti online, u l-fatt li l-aġenziji tal-pagamenti issa jwettqu kontroverifiki preliminari fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna ppreżentati mill-bdiewa, għenu wkoll biex jitnaqqas il-livell ta’ żball fil-pagamenti diretti (12).

    Oqsma oħra ta’ nfiq: kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kumplessi jżidu r-riskju ta’ żball

    7.19.

    Aħna ttestjajna 136 tranżazzjoni tal-iżvilupp rurali, 14-il miżura tas-suq u 6 tranżazzjonijiet meħudin minn infiq relatat mas-sajd, l-ambjent u l-azzjoni klimatika. Il-biċċa l-kbira mill-infiq f’dan il-qasam huwa bbażat fuq rimborżi, u huwa suġġett għal kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kumplessi, u dan iżid ir-riskju ta’ żball (ara l-paragrafi 1.16, 1.19 u 1.20). L- Anness 7.2 jipprovdi ripartizzjoni skont l-Istat Membru tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet.

    Żvilupp rurali

    7.20.

    Għall-perjodu 2014-2020, il-Kummissjoni approvat 118-il programm tal-iżvilupp rurali, kemm nazzjonali kif ukoll reġjonali, fl-Istati Membri (13). Dawn il-programmi jinkludu 20 miżura u 67 sottomiżura, li jinqasmu f’żewġ kategoriji ġenerali ta’ nfiq:

    (a)

    għajnuna għall-proġetti ta’ investiment li jagħtu appoġġ lill-iżvilupp soċjali u ekonomiku f’żoni rurali;

    (b)

    pagamenti bbażati fuq l-erjas tal-azjendi agrikoli jew fuq l-għadd ta’ annimali.

    7.21.

    Il-miżuri u s-sottomiżuri huma rregolati minn regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi, u suġġetti għal kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà ġeneralment kumplessi. L-ittestjar li wettaqna tat-tranżazzjonijiet kopra 16-il miżura taħt 30 programm fi 18-il Stat Membru.

    7.22.

    Mill-136 tranżazzjoni tal-iżvilupp rurali li ttestjajna, 104 ma kinux milquta minn żball u 20 kien fihom żbalji li jirrappreżentaw inqas minn 20 % tal-ammont eżaminat. F’6 każijiet aħna sibna żbalji b’impatt daqs jew ogħla minn 20 %. Għal 6 pagamenti, aħna qbadna problemi ta’ nuqqas ta’ konformità li ma kellhom l-ebda impatt finanzjarju.

    7.23.

    Aħna eżaminajna 66 pagament li saru favur proġetti ta’ investiment, bħal modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, proġetti ta’ żvilupp tan-negozju, u appoġġ għal servizzi bażiċi u għat-tiġdid ta’ rħula f’żoni rurali. Aħna kkwantifikajna 11-il żball, inklużi 3 każijiet fejn il-benefiċjarji ma kinux issodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà (ara l- Kaxxa 7.3 ) u 7 proġetti bi spejjeż iddikjarati li kienu ineliġibbli. Fit-tranżazzjoni li kien jifdal, aħna identifikajna żball dovut għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-għotjiet.

    Kaxxa 7.3

    Xi wħud mill-benefiċjarji naqsu milli jikkonformaw mar-regoli ta’ eliġibbiltà għal proġetti ta’ investiment f’azjendi agrikoli u ta’ żvilupp tan-negozju

    Fil-Polonja, benefiċjarju, flimkien ma’ membri oħra ta’ familtu, ippreżentaw applikazzjoni konġunta għal appoġġ biex jinbena maqjel tal-ħnieżer, b’kapaċità massima ta’ 600 ħanżira. Kull wieħed mill-benefiċjarji konġunti applika għal-livell massimu ta’ appoġġ, li kien madwar EUR 215 000. Peress li l-iskop tal-miżura kien li jingħata appoġġ għall-iżvilupp ta’ azjendi agrikoli żgħar u medji, il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kienu jistipulaw li l-azjendi tal-applikanti la jrid ikollhom daqs ekonomiku ta’ aktar minn EUR 250 000 u lanqas erja ta’ aktar minn 300 ettaru. Il-benefiċjarji ddikjaraw li joperaw negozji indipendenti. Aħna sibna li huma kellhom ishma f’kumpanija tal-familja li topera fl-istess sit. Meta jitqies is-sehem tal-benefiċjarju fil-kumpanija tal-familja, l-azjenda tiegħu kienet teċċedi l-limitu massimu stabbilit għad-daqs ekonomiku. Preċedentement, aħna konna sibna żbalji kbar ta’ eliġibbiltà f’bosta Stati Membri li kienu jinvolvu benefiċjarji li ma ssodisfawx il-kundizzjonijiet għal appoġġ għal intrapriżi żgħar u medji (14).

    Fl-Estonja, benefiċjarju rċieva għajnuna biex jibda negozju bħala bidwi żagħżugħ li kien qed jistabbilixxi negozju f’azjenda agrikola. Ir-regoli ta’ eliġibbiltà kienu jispeċifikaw li l-membri kollha tal-Bord Maniġerjali jridu jkunu bdiewa żgħażagħ, biex jiġi żgurat li dawn tal-aħħar ikollhom kontroll fuq l-azjenda matul il-perjodu kollu tal-istabbilment tan-negozju. Wara li l-ħlas tal-pagament akkont inizjali ta’ għajnuna, li xorta waħda sar fil-perjodu tal-bidu tan-negozju, il-Bord ħatar it-tieni membru, li ma kienx bidwi żagħżugħ. F’dan il-punt, il-benefiċjarju sar ineliġibbli. L-awtoritajiet Estonjani ħallsu t-tieni pagament parzjali mingħajr ma identifikaw li kien hemm ksur tal-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà.

    Fl-Italja, aħna sibna benefiċjarju ineliġibbli ieħor li kien irċieva għajnuna biex jibda negozju bħala bidwi żagħżugħ. Ir-raġuni għal dan l-iżball kienet simili għal dik deskritta fil-każ tal-Estonja hawn fuq. L-awtoritajiet Taljani ddeċidew li jirkupraw il-pagament wara li wettaqna ż-żjara tal-awditjar.

    7.24.

    Aħna eżaminajna 70 tranżazzjoni li kienu bbażati fuq l-erja jew fuq l-għadd ta’ annimali ddikjarati mill-bdiewa, bħal pagamenti għall-issodisfar ta’ impenji agroambjentali klimatiċi, pagamenti kumpensatorji lil bdiewa f’żoni b’restrizzjonijiet naturali, jew pagamenti għall-benessri tal-annimali. Fosthom aħna sibna 14-il każ ta’ erja eliġibbli, jew għadd ta’ annimali, iddikjarati b’mod eċċessiv, għalkemm 10 kienu ġew iddikjarati b’mod eċċessiv b’inqas minn 5 %. Aħna sibna wkoll każ wieħed fejn l-aġenzija tal-pagamenti kienet ikkalkulat l-għajnuna b’mod skorrett.

    Miżuri tas-suq

    7.25.

    Il-miżuri tas-suq fis-settur agrikolu jikkostitwixxu għadd ta’ skemi differenti, li huma suġġetti għal diversi kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà. Fost l-14-il tranżazzjoni kkampjunata, aħna sibna 3 każijiet fejn l-aġenziji tal-pagamenti kienu rrimborżaw spejjeż ineliġibbli, u każ wieħed ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku.

    Sajd, ambjent u azzjoni klimatika

    7.26.

    Fl-oqsma ta’ politika relatati mas-sajd, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-kriterji tal-għażla u r-rekwiżiti tal-eliġibbiltà għall-proġetti jvarjaw ukoll. Fost is-sitt tranżazzjonijiet li eżaminajna, aħna sibna tliet proġetti li ma kinux jikkonformaw mal-kundizzjonijiet kollha ta’ eliġibbiltà u għaldaqstant għandhom impatt fuq ir-rata ta’ żball tagħna.

    Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza

    Rappurtar, min-naħa tad-DĠ AGRI, dwar ir-regolarità tal-infiq taħt il-PAK

    7.27.

    Il-pagamenti taħt il-PAK jiġu vverifikati bl-użu tas-SIAK (ara l-paragrafi 7.16 sa 7.18 għall-pagamenti diretti), kif ukoll ta’ sistemi ta’ kontroll oħra (ara l- Kaxxa 7.4 ). Id-direttur ta’ kull waħda mis-76 aġenzija tal-pagamenti jipprovdi lid-DĠ AGRI dikjarazzjoni annwali ta’ ġestjoni dwar l-effettività tas-sistemi ta’ kontroll tagħhom, flimkien ma’ rapport dwar il-kontrolli amministrattivi u l-kontrolli fuq il-post (“statistika ta’ kontroll”) tal-aġenzija tal-pagamenti. Mill-2015 ’il hawn, sabiex jipprovdu aċċertament addizzjonali, il-korpi taċ-ċertifikazzjoni kienu meħtieġa jagħtu opinjoni annwali għal kull aġenzija tal-pagamenti dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq li għalih l-Istati Membri jkunu talbu rimborż (15).

    Kaxxa 7.4

    Mudell ta’ aċċertament tal-PAK għall-perjodu 2014-2020

    Image 47

    Sors:

    Il-QEA

    7.28.

    Id-DĠ AGRI juża l-istatistika ta’ kontroll nazzjonali li huwa jirċievi mill-aġenziji tal-pagamenti. Huwa jagħmel ukoll aġġustamenti bbażati fuq ir-riżultati tal-awditjar ta’ korpi taċ-ċertifikazzjoni, u fuq il-kontrolli proprji u l-ġudizzju professjonali tiegħu, biex jasal għar-rati ta’ żball aġġustati għal pagamenti diretti, programmi ta’ żvilupp rurali u miżuri tas-suq. Minn din iċ-ċifra mbagħad, huwa jnaqqas (16) il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupri futuri stmati, biex jikkalkula l-ammont finali f’riskju (ara l- Kaxxa 7.5 ).

    Kaxxa 7.5

    Informazzjoni dwar ir-regolarità pprovduta mid-DĠ AGRI

    Image 48

    Sors:

    Il-QEA

    7.29.

    Aħna eżaminajna r-rapporti tad-DĠ AGRI dwar it-18-il żjara ta’ eżaminar li huwa wettaq fi ħdan il-korpi taċ-ċertifikazzjoni fl-2018, kif ukoll f’5 aġenziji tal-pagamenti (17). Aħna analizzajna:

    il-kontrolli mwettqa mid-DĠ AGRI u mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni fuq l-istatistika ta’ kontroll;

    Il-kalkolu li d-DĠ AGRI kien wettaq tar-rata ta’ żball aġġustata.

    7.30.

    Aħna eżaminajna wkoll il-kalkolu kumplessiv, imwettaq mid-DĠ AGRI, tar-rata ta’ żball aġġustata tal-PAK, l-istima tal-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri, kif ukoll il-kalkolu tal-ammont finali f’riskju li ġie ppreżentat fir-RAA tiegħu.

    Id-DĠ AGRI applika l-metodoloġija tiegħu b’mod konsistenti

    7.31.

    Id-DĠ AGRI applika l-metodoloġija tiegħu b’mod konsistenti fl-eżaminar li huwa wettaq tal-istatistika ta’ kontroll ippreżentata mill-aġenziji tal-pagamenti, fiż-żjarat tiegħu lill-korpi taċ-ċertifikazzjoni u fil-preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar ir-regolarità fir-RAA tiegħu. Il-bidliet li ġew introdotti reċentement fil-manwal tal-awditjar tad-DĠ AGRI huma f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tagħna (18) u ma’ dawk tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (19).

    Iż-żjarat ta’ eżaminar tad-DĠ AGRI identifikaw nuqqasijiet fix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni

    7.32.

    Fl-2018, id-DĠ AGRI wettaq 18-il żjara ta’ eżaminar lil 17-il korp taċ-ċertifikazzjoni u identifika bosta problemi, inklużi dawn li ġejjin:

    il-metodoloġija tal-kampjunar ta’ 9 korpi taċ-ċertifikazzjoni ma kinitx konformi bis-sħiħ mal-linji gwida maħruġa mill-Kummissjoni, u għal 3 minn dawn, il-Kummissjoni sabet li dan dgħajjef ir-rappreżentattività tal-kampjuni li ntużaw mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni;

    9 korpi taċ-ċertifikazzjoni, inklużi 8 mill-inċiż ta’ hawn fuq, ma vverifikawx suffiċjentement il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà jew l-impenji tal-biedja.

    7.33.

    Matul l-4 snin li għaddew (2015-2018), id-DĠ AGRI wettaq żjarat ta’ eżaminar li koprew kategoriji magħżula ta’ infiq ta’ madwar 80 % tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni u kkonkluda li huwa seta’ jserraħ bis-sħiħ fuq ix-xogħol tagħhom f’madwar kwart mill-każijiet. Is-sommarju tagħna tar-riżultati tat-18-il żjara ta’ eżaminar li twettqu fl-2018 huwa ppreżentat fil- Kaxxa 7.6 . Bħalma osservajna s-sena li għaddiet, jeħtieġ titjib kontinwu fix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni jekk il-Kummissjoni trid tuża x-xogħol tagħhom bħala s-sors primarju tagħha ta’ aċċertament dwar ir-regolarità tal-infiq taħt il-PAK (20).

    Kaxxa 7.6

    Sommarju tar-riżultati taż-żjarat ta’ eżaminar tad-DĠ AGRI li koprew kategoriji magħżula ta’ infiq ivverifikati mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni fl-2018

    Image 49

    Sors:

    Il-QEA, ibbażat fuq eżaminar tad-DĠ AGRI.

    L-aġġustamenti b’rati fissi tar-rati ta’ żball irrappurtati mill-Istati Membri jikkostitwixxu parti sinifikanti tar-rati ta’ żball ippubblikati mid-DĠ AGRI

    7.34.

    Ibbażat fuq l-istatistika ta’ kontroll tal-aġenziji tal-pagamenti tagħhom, l-Istati Membri rrappurtaw livell kumplessiv ta’ żball qrib il-1 % (21) għall-infiq tal-PAK fl-intier tiegħu. Aħna analizzajna l-aġġustamenti li saru mid-DĠ AGRI għar-rati ta’ żball tal-Istati Membri (ara l-paragrafu 7.28). Bħal fi snin preċedenti, id-DĠ AGRI bbaża l-biċċa l-kbira mill-aġġustamenti tiegħu fuq il-kontrolli proprji tiegħu tas-sistemi u l-infiq tal-aġenziji tal-pagamenti. Id-DĠ AGRI jikkalkula l-maġġoranza ta’ dawn l-aġġustamenti bħala rati fissi, li huma intenzjonati li jirriflettu s-sinifikat u l-livell tad-dgħufijiet identifikati minnu fis-sistemi ta’ kontroll.

    7.35.

    Fir-RAA tiegħu, id-DĠ AGRI jistma l-ammont f’riskju meta jsir il-pagament għal madwar 2,1 % għall-infiq tal-PAK fl-intier tiegħu u għal madwar 1,8 % għall-pagamenti diretti. Il-Kummissjoni tippreżenta wkoll dawn ir-riżultati fl-AMPR tagħha.

    Rapport annwali tal-attività tad-DĠ CLIMA

    7.36.

    Aħna eżaminajna r-RAA tad-DĠ CLIMA. Ir-rapport tħejja f’konformità mal-istruzzjonijiet interni tal-Kummissjoni. Billi aħna ma kkampjunajniex tranżazzjonijiet fil-qasam tal-azzjoni klimatika fl-2018, ma għandniex riżultati tal-awditjar biex inqabblu mal-informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq irrappurtat mid-DĠ CLIMA.

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    Konklużjoni

    7.37.

    L-evidenza kumplessiva għall-awditjar li ksibna u ppreżentajna f’dan il-kapitolu tindika li, b’mod ġenerali, il-livell ta’ żball stmat fl-infiq fuq l-intestatura “Riżorsi naturali” kien materjali. Għal “Riżorsi naturali” fl-intier tagħha, l-ittestjar li wettaqna fuq it-tranżazzjonijiet ipproduċa livell kumplessiv ta’ żball ta’ 2,4 % (ara l- Anness 7.1 ). Madankollu, ir-riżultati tagħna jindikaw li l-livell ta’ żball ma kienx materjali għall-pagamenti diretti mill-FAEG, li jirrappreżentaw 72 % tal-infiq taħt din l-intestatura tal-QFP.

    7.38.

    L-istima tal-Kummissjoni tal-ammonti f’riskju meta jsir il-pagament għall-infiq tal-PAK u għall-pagamenti diretti ppubblikati fl-AMPR tagħha (ara l-paragrafu 7.35) hija konsistenti mal-konklużjoni tagħna.

    Rakkomandazzjonijiet

    7.39.

    L- Anness 7.3 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna għas-sitt rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2015 tagħna. Il-Kummissjoni kienet implimentat dawn ir-rakkomandazzjonijiet bis-sħiħ.

    7.40.

    Fir-Rapport Annwali 2017 tagħna, aħna għamilna rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni b’data mmirata għall-implimentazzjoni li kienet stabbilita għall-aħħar tal-2019. Dawn kienu relatati mal-azzjonijiet tal-Istati Membri biex jindirizzaw il-kawżi tal-iżbalji, u mal-kwalità tax-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma rilevanti wkoll għas-sejbiet u l-konklużjonijiet ta’ din is-sena, u aħna se nwettqu segwitu fir-rigward tagħhom fi żmien debitu.

    Parti 2: Prestazzjoni

    7.41.

    Fl-2018, aħna ppubblikajna tmien rapporti speċjali dwar l-infiq relatat mal-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali. Ir-rapporti speċjali dwar il-PAK eżaminaw l-enerġija rinnovabbli fiż-żoni rurali, l-iskema ta’ pagament bażiku, l-opzjonijiet għall-finanzjament ta’ proġetti tal-iżvilupp rurali, u l-benessri tal-annimali. Aħna ppubblikajna wkoll rapporti dwar it-tniġġis tal-arja, il-ġbir u l-ħżin tal-karbonju, il-prevenzjoni tal-għargħar, u d-deżertifikazzjoni. Barra minn hekk, aħna ppubblikajna dokument informattiv u analitiku dwar il-ġejjieni tal-PAK u opinjoni dwar il-proposti leġiżlattivi għall-PAK wara l-2020 (ara l-paragrafi 3.50 sa 3.52).

    7.42.

    Matul l-ittestjar li wettaqna tar-regolarità tat-tranżazzjonijiet fl-2018, aħna eżaminajna:

    (a)

    l-implimentazzjoni u l-ispejjeż tal-azzjonijiet ta’ żvilupp rurali kkampjunati, b’fokus fuq l-outputs;

    (b)

    il-kejl u r-rappurtar, min-naħa tal-Kummissjoni u l-Istati Membri, dwar il-prestazzjoni taħt il-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-PAK, b’fokus fuq ir-riżultati tal-azzjonijiet.

    Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-azzjonijiet ta’ żvilupp rurali

    7.43.

    Aħna eżaminajna 113-il azzjoni ta’ żvilupp rurali kkampjunata li ttieħdu (22) fi 18-il Stat Membru taħt 13-il miżura, li kienu jinkludu:

    pagamenti kumpensatorji lil bdiewa li jidħlu għal impenji agroambjentali klimatiċi jew għal xogħol tal-biedja f’żoni b’restrizzjonijiet naturali;

    appoġġ għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli, bħall-kostruzzjoni ta’ bini jew ix-xiri ta’ tagħmir ġdid;

    forniment ta’ għajnuna lil bdiewa żgħażagħ biex jibdew negozju;

    appoġġ għal servizzi bażiċi u għat-tiġdid tal-irħula f’żoni rurali.

    7.44.

    Aħna vvalutajna jekk:

    jekk l-azzjonijiet kinux wasslu l-outputs mistennija;

    l-Istati Membri kienux ivverifikaw ir-raġonevolezza tal-ispejjeż iddikjarati fir-rigward tal-proġetti ta’ investiment;

    kienx sar użu xieraq mill-opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati.

    Il-biċċa l-kbira mill-azzjonijiet wasslu l-outputs mistennija

    7.45.

    Fiż-żmien meta sar l-awditu tagħna, 103 mill-113-il azzjoni li eżaminajna kienu ġew ikkompletati. Fl-10 każijiet fejn l-azzjonijiet ma kinux wasslu l-outputs ippjanati, l-investimenti ma kinux twettqu f’konformità mar-regoli u l-ispeċifikazzjonijiet applikabbli, jew il-benefiċjarji kienu ddikjaraw l-erja agrikola eliġibbli b’mod eċċessiv.

    Ġeneralment l-Istati Membri vverifikaw ir-raġonevolezza tal-ispejjeż, iżda ftit li xejn għamlu użu mill-opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati

    7.46.

    F’47 mid-49 proġett ta’ investiment f’azjendi agrikoli u ta’ żvilupp tan-negozju li eżaminajna, l-Istati Membri kienu stabbilew proċeduri li l-għan tagħhom kien li jivverifikaw li l-ispejjeż iddikjarati kienu raġonevoli, bħal proċedura ta’ akkwist, l-użu ta’ spejjeż ta’ referenza jew tqabbil ta’ offerti. Madankollu, f’wieħed minn dawn il-każijiet, il-proċeduri stabbiliti ma ngħatawx segwitu xieraq.

    7.47.

    Preċedentement aħna konna indikajna li, għal xi proġetti, l-opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati għandhom il-potenzjal li jissimplifikaw l-amministrazzjoni u li jżommu kontroll fuq l-ispejjeż (23). Dan huwa speċjalment il-każ għal miżuri li fihom azzjonijiet b’tipi simili ta’ attività u ta’ nfiq (24).

    7.48.

    L-Istati Membri użaw opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati, bħal somom f’daqqa jew rati fissi, fi 3 mid-49 proġett (ara eżempju fil- Kaxxa 7.7 ). L-awtoritajiet nazzjonali setgħu użaw opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati, għal mill-inqas xi spejjeż, f’16-il proġett ieħor. Fir-Rapport Speċjali Nru 11/2018 tagħna, aħna għamilna rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni li għandhom l-għan li jħeġġu l-użu xieraq tal-opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati.

    Kaxxa 7.7

    Eżempju ta’ użu mill-opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati

    Fil-Finlandja, il-baġit tal-UE ffinanzja l-ispejjeż indiretti ta’ proġett ta’ żvilupp lokali permezz ta’ rati fissi. L-awtoritajiet nazzjonali identifikaw il-kategoriji ta’ spejjeż indiretti minn qabel u kkalkulaw il-finanzjament bħala perċentwal b’rata fissa tal-ispejjeż diretti relatati tal-proġett.

    Il-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tal-PAK

    7.49.

    Il-qafas komuni ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni (CMEF) tal-PAK huwa ġabra ta’ regoli, proċeduri u indikaturi, li huma intenzjonati li jipprovdu valutazzjoni regolari komprensiva tal-progress, l-effettività u l-effiċjenza ta’ kull miżura bi tqabbil mal-objettivi tal-PAK (25). L-indikaturi huma maħsuba biex: a) jiddeskrivu l-prodott li jitwassal mill-azzjoni tal-PAK (indikaturi tal-output); b) ikejlu l-bidliet immedjati introdotti (indikaturi tar-riżultati); c) juru l-konsegwenzi fit-tul ta’ azzjoni partikolari f’termini tal-kontribut tagħha għall-ilħuq tal-objettivi ġenerali tal-PAK (indikaturi tal-impatti(26) Is-CMEF jirrikjedi li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jwettqu evalwazzjonijiet abbażi ta’ pjan pluriennali (27).

    7.50.

    Filwaqt li ħadna inkunsiderazzjoni d-definizzjonijiet li jidhru fil- Kaxxa 7.8 , aħna eżaminajna l-indikaturi għal 113-il pagament favur l-iżvilupp rurali u għal 95 pagament dirett. Aħna ffukajna fuq l-indikaturi tar-riżultati, li huma mistennija jkollhom rabta diretta mal-azzjonijiet. Dan l-eżaminar ikkomplementa x-xogħol tagħna dwar l-użu ta’ indikaturi tal-prestazzjoni fil-livell tal-programmi, li nirrappurtaw dwaru fil- Kapitolu 3 .

    Kaxxa 7.8

    Definizzjoni ta’ input, output, riżultat, u impatt

    Image 50

    Sors:

    Il-QEA.

    7.51.

    Aħna ħadna inkunsiderazzjoni s-sejbiet preċedenti tagħna dwar is-CMEF (28). Preċedentement, aħna konna osservajna li jenħtieġ li s-sistema ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni tipprovdi informazzjoni dwar fejn l-infiq huwa, u mhuwiex, effettiv u effiċjenti. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-indikaturi tar-riżultati juri l-effetti diretti u immedjati tal-azzjoni, jiġifieri x’fil-fatt kiseb l-infiq (29).

    Dgħufijiet fl-indikaturi tar-riżultati għall-infiq fuq l-iżvilupp rurali

    7.52.

    Preċedentement, aħna konna rrappurtajna li jista’ jkun li l-azzjonijiet ta’ żvilupp rurali ma jirnexxielhomx jiksbu r-riżultati intenzjonati, minkejja t-twassil tal-outputs fiżiċi maqbula (30). Din is-sena, filwaqt li sibna li l-biċċa l-kbira mill-azzjonijiet kienu wasslu l-outputs mistennija (ara l-paragrafu 7.45), aħna komplejna nidentifikaw bosta dgħufijiet fl-użu ta’ indikaturi tar-riżultati fl-infiq fuq l-iżvilupp rurali. Ir-riżultati tal-eżaminar tagħna jingħataw fil-qosor fil- Kaxxa 7.9 u huma deskritti fil-paragrafi hawn taħt.

    Kaxxa 7.9

    Dgħufijiet fil-kejl u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni fil-qasam tal-infiq fuq l-iżvilupp rurali

    Image 51

    Sors:

    Il-QEA.

    L-indikaturi tar-riżultati tas-CMEF ma jkoprux l-infiq fuq l-iżvilupp rurali kollu

    7.53.

    Mill-113-il azzjoni ta’ żvilupp rurali li eżaminajna, aħna sibna li 35 ma kellhom l-ebda indikatur tar-riżultati rilevanti li jkejjel l-effetti immedjati u diretti tal-azzjoni (ara l- Kaxxa 7.10 ). Dan kien il-każ għall-Miżura 13 (“Pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra”) u għal ħames sottomiżuri oħra (31).

    7.54.

    Aħna sibna li fi 15 mill-35 proġett mingħajr indikatur tar-riżultati tas-CMEF, l-Istati Membri naqqsu l-lakuna li kien hemm fir-rappurtar billi stabbilew l-indikaturi nazzjonali proprji tagħhom (ara l- Kaxxa 7.10 ).

    Kaxxa 7.10

    Mill-113-il proġett tal-iżvilupp rurali, 20 (18 %) ma ġewx immonitorjati fir-rigward tar-riżultati

    Image 52

    Sors:

    Il-QEA.

    Informazzjoni limitata dwar jekk l-infiq jikkontribwix għall-qasam ta’ prijorità

    7.55.

    Mill-14-il qasam ta’ prijorità li ġew eżaminati, 5 ma kellhomx rabta ċara bejn l-objettivi tagħhom u l-indikaturi tar-riżultati ta’ bażi. B’konsegwenza ta’ dan, hemm informazzjoni limitata dwar jekk l-azzjonijiet appoġġati kkontribwewx għall-ilħuq tal-objettivi.

    7.56.

    Pereżempju, il-qasam ta’ prijorità 2B kien maħsub biex “jiffaċilita d-dħul tal-bdiewa b’ħiliet xierqa fis-settur agrikolu u t-tiġdid ġenerazzjonali”. Il-biċċa l-kbira mill-infiq li jsir taħt dan il-qasam ta’ prijorità jikkonsisti f’pagamenti lil bdiewa żgħażagħ biex jibdew negozju. L-uniku indikatur tar-riżultati huwa “Perċentwal ta’ azjendi agrikoli bi pjan ta’ żvilupp tan-negozju/investimenti għal bdiewa żgħażagħ, li huma appoġġati”. Dan l-indikatur jipprovdi informazzjoni limitata dwar il-ħiliet tal-bdiewa li jidħlu fis-settur agrikolu u r-rata reali tat-tiġdid ġenerazzjonali.

    7.57.

    Aħna sibna tliet każijiet fejn il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-għażla tal-azzjonijiet ma kellhomx rabta mal-indikaturi tal-prestazzjoni relatati (ara l-eżempji fil- Kaxxa 7.11 ). Għalhekk, dawn l-azzjonijiet ma kkontribwewx għall-objettivi tal-qasam ta’ prijorità.

    Kaxxa 7.11

    Proġetti mingħajr rabta mal-objettivi tal-qasam ta’ prijorità

    Fil-Ġermanja, proġett sabiex jinbena imbankment għall-prevenzjoni tal-għargħar biex jipproteġi distrett ta’ belt medjevali ġie implimentat u rrappurtat taħt il-qasam ta’ prijorità 3B “Appoġġ għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-azjendi agrikoli”. L-indikatur tar-riżultati assoċjat kien “Perċentwal ta’ azjendi agrikoli li jipparteċipaw fi skemi ta’ ġestjoni tar-riskji”.

    L-awtoritajiet Żvediżi rrappurtaw appoġġ għall-avvenimenti ta’ promozzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ attivitajiet agrikoli bħala li jikkontribwixxi għall-qasam ta’ prijorità 4B “Titjib tal-ġestjoni tal-ilma”. L-indikatur tar-riżultati għal dan il-qasam ta’ prijorità kien “Perċentwal ta’ art agrikola li taqa’ taħt kuntratti ta’ ġestjoni biex tittejjeb il-ġestjoni tal-ilma”.

    Il-biċċa l-kbira mill-indikaturi tar-riżultati jippreżentaw limitazzjonijiet u lakuni

    7.58.

    Hemm għadd żgħir ta’ indikaturi tar-riżultati li jkejlu l-effetti diretti tal-appoġġ. Fil-fatt, 17 mill-25 indikatur tar-riżultati għall-iżvilupp rurali kejlu l-livell ta’ appoġġ mogħti u mhux jekk l-appoġġ kienx ikkontribwixxa b’mod effettiv għall-qasam ta’ prijorità (32).

    7.59.

    Xi wħud mill-indikaturi tar-riżultati mhumiex preċiżi. Wieħed mill-indikaturi stabbiliti għall-kejl tal-effetti tal-Miżura 7 (“Servizzi bażiċi u tiġdid tal-irħula f’żoni rurali”) huwa “Perċentwal tal-popolazzjoni rurali li tibbenefika minn servizzi/infrastrutturi mtejbin”. It-terminu “popolazzjoni” huwa ddefinit bħala d-“daqs tal-popolazzjoni fiż-żona (eż. muniċipalità, grupp ta’ muniċipalitajiet...) li tibbenefika mis-servizz/l-infrastruttura”. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri jistgħu jirrappurtaw il-popolazzjoni kollha kemm hi tal-muniċipalità fejn azzjoni tkun ġiet implimentata, irrispettivament mill-għadd reali ta’ utenti li jkunu jibbenefikaw mill-azzjoni. Aħna konna diġà identifikajna din il-problema għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti (2007-2013) (33).

    7.60.

    Sitta mill-indikaturi tar-riżultati jużaw stħarriġiet ta’ kampjuni ta’ operazzjonijiet ikkompletati fir-rigward tal-qasam ta’ prijorità. Il-metodoloġija għall-kalkolu tagħhom hija bbażata fuq gwida ġenerali, li nħarġet mill-Kummissjoni hekk kif l-implimentazzjoni tal-proġetti kienet diġà bdiet.

    Dgħufijiet simili fl-indikaturi tar-riżultati tal-pagamenti diretti

    7.61.

    L-eżaminar li wettaqna tal-pagamenti diretti kkampjunati kkonferma d-dgħufijiet prinċipali fil-monitoraġġ tal-prestazzjoni tagħhom li aħna rrappurtajna f’żewġ rapporti speċjali: Nru 1/2016: “Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa hija mfassla tajjeb u bbażata fuq data soda?”; u r-Rapport Speċjali Nru 10/2017: “Jenħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE lil bdiewa żgħażagħ ikun immirat aħjar biex jitrawwem tiġdid ġenerazzjonali effettiv”.

    7.62.

    Wieħed mill-objettivi tal-pagamenti diretti lil bdiewa żgħażagħ huwa li “Itejbu l-kompetittività agrikola”. Madankollu, l-indikaturi tar-riżultati ta’ bażi mhumiex relatati b’mod ċar mal-fini tal-pagamenti, billi huma jkejlu “Valur miżjud għall-produtturi primarji fil-katina alimentari”, “Kummerċ agrikolu tal-UE” u “Prezzijiet ta’ komoditajiet tal-UE meta mqabbla mal-prezzijiet dinjija” (34).

    7.63.

    Preċedentement, aħna konna rrappurtajna dwar il-prestazzjoni tal-pagament ta’ ekoloġizzazzjoni (35). Aħna konna sibna li l-indikatur tal-riżultati tal-Kummissjoni li jkejjel is-“Sehem ta’ erja taħt prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni” kien ta’ użu limitat għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba permezz tal-ekoloġizzazzjoni.

    7.64.

    Wara l-perjodi ta’ nixfa li seħħew fl-2017 u l-2018, xi wħud mill-Istati Membri ppermettew lill-bdiewa jużaw art iddikjarata bħala “żoni ta’ interess ekoloġiku” (36) (prinċipalment art li titħalla tistrieħ) għall-produzzjoni. L-Istati Membri rrappurtaw outputs u riżultati bbażati fuq iż-żoni ta’ interess ekoloġiku li l-bdiewa kienu inizjalment iddikjaraw, aktar milli fuq l-użu effettiv tal-art. Dan affettwa b’mod negattiv l-affidabbiltà tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-pagamenti ta’ ekoloġizzazzjoni.

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    Konklużjoni

    7.65.

    Il-biċċa l-kbira mill-azzjonijiet ta’ żvilupp rurali kkompletati li eżaminajna kienu wasslu l-output mistenni. Filwaqt li, b’mod ġenerali, l-Istati Membri segwew proċeduri li l-għan tagħhom kien li jivverifikaw li l-ispejjeż tal-proġetti kienu raġonevoli, huma ftit li xejn għamlu użu mill-opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati.

    7.66.

    Aħna identifikajna bosta dgħufijiet fil-mod li bih il-Kummissjoni u l-Istati Membri applikaw l-indikaturi tar-riżultati tas-CMEF biex ikejlu u jirrappurtaw dwar il-prestazzjoni tal-infiq fuq l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 attwali. Fil-proposta li tikkonċerna l-introduzzjoni ta’ mudell ta’ implimentazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni għall-PAK għall-perjodu wara l-2020, il-Kummissjoni ddefiniet l-indikaturi komuni tal-outputs, tar-riżultati u tal-impatti (37). Fl-opinjoni tagħna Nru 7/2018 dwar il-proposta, filwaqt li lqajna l-bidla għal mudell ibbażat fuq il-prestazzjoni, aħna sibna li dawn l-indikaturi kienu għadhom ma ġewx żviluppati bis-sħiħ (38) u għamilna kummenti speċifiċi dwar l-indikaturi proposti (39).

    Rakkomandazzjonijiet

    Rakkomandazzjoni 7.1 — Jiġu indirizzati dgħufijiet fil-kejl u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni taħt il-PAK

    Għall-perjodu ta’ wara l-2020, jenħtieġ li l-Kummissjoni tieħu kont tad-dgħufijiet li aħna identifikajna fil-qafas attwali, sabiex tiżgura li l-indikaturi tar-riżultati jkejlu b’mod xieraq l-effetti tal-azzjonijiet u li jkollhom rabta ċara mal-interventi u mal-objettivi ta’ politika relatati (ara l-paragrafi 7.52 sa 7.64).

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: l-2020


    (1)  L-Artikolu 110(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).

    (2)  L-Artikolu 110(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

    (3)  Il-kampjun kien jikkonsisti f’95 pagament dirett, 14-il miżura tas-suq, 136 pagament favur il-programmi tal-iżvilupp rurali, u 6 pagamenti għas-sajd, l-ambjent u l-azzjoni klimatika.

    (4)  Il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, l-Ungerija, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Iżvezja u r-Renju Unit. Il-kampjun kien jinkludi wkoll tliet tranżazzjonijiet taħt ġestjoni diretta.

    (5)  Aħna sibna wkoll tnax-il każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli, iżda li ma kellhom l-ebda impatt finanzjarju.

    (6)  Aħna nibbażaw il-kalkolu tagħna tal-livell ta’ żball fuq kampjun rappreżentattiv. Iċ-ċifra kkwotata hija l-aħjar stima possibbli li nistgħu nagħtu. Aħna nistgħu naffermaw, bi grad ta’ fiduċja ta’ 95 %, li l-livell ta’ żball stmat fil-popolazzjoni jinsab bejn 1,2 % u 3,6 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament).

    (7)  Pagamenti għal għajnuna diżakkoppjata jingħataw għall-art agrikola eliġibbli kollha, irrispettivament minn jekk tintużax għall-produzzjoni jew le.

    (8)  https://ec.europa.eu/agriculture/direct-support/iacs_en.

    (9)  Ara l-paragrafu 7.17 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna; il-paragrafu 7.13 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna u l-paragrafu 7.16 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna.

    (10)  Ara l-paragrafu 7.17 tar-Rapport Annwali 2015 tagħna.

    (11)  Ara l-paragrafi 7.46 sa 7.55 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna.

    (12)  Ara l-paragrafu 7.15 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna u l-paragrafu 7.16 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna.

    (13)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

    (14)  Ara l-paragrafu 7.26 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna.

    (15)  Ara wkoll ir-Rapport Speċjali 7/2017 tagħna: Ir-rwol il-ġdid tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni f’dak li jirrigwarda l-infiq taħt il-PAK: pass pożittiv lejn mudell ta’ awditu uniku iżda hemm dgħufijiet sinifikanti li jridu jiġu indirizzati.

    (16)  Id-DĠ AGRI juża medja mobbli aġġustata ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri, sabiex jistma l-kapaċità korrettiva tiegħu.

    (17)  Spanja (Andalusija u Aragona, l-Italja (AGREA), il-Polonja, ir-Renju Unit (l-Iskozja)

    (18)  Fil-paragrafu 7.67 (ir-Rakkomandazzjoni 5) tar-Rapport Annwali 2015 tagħna, aħna rrakkomandajna li l-Kummissjoni “taġġorna l-manwal tal-awditjar tad-DĠ AGRI billi tinkludi proċeduri dettaljati tal-awditjar u rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni għall-verifikazzjoni tad-data pprovduta mill-Istati Membri u użata għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji”.

    (19)  B’segwitu għall-awditu li huwa wettaq fl-2017 rigward l-istrateġija ta’ kontroll tad-DĠ AGRI għall-PAK 2014-2020, is-Servizz tal-Awditjar Intern irrakkomanda li jenħtieġ li d-DĠ AGRI jsaħħaħ il-proċedura tiegħu għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji u jaġġorna l-manwal tal-awditjar fejn ikun meħtieġ.

    (20)  Ara l-paragrafu 7.37 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna.

    (21)  L-Istati Membri jridu jippreżentaw żewġ settijiet ta’ data statistika lid-DĠ AGRI sal-15 ta’ Lulju kull sena: data ta’ kontroll (database komprensiva li tinkludi fiha l-benefiċjarji kollha li jkunu ppreżentaw klejms, u li tindika jekk dawn kinux suġġetti għal kontrolli amministrattivi u kontrolli fuq il-post, kif ukoll li tagħti r-riżultati ta’ dawk il-kontrolli) u statistika ta’ kontroll (sommarju tar-riżultati tal-kontrolli taħt il-linji baġitarji prinċipali).

    (22)  Mill-136 tranżazzjoni tal-iżvilupp rurali kkampjunata, aħna koprejna l-113-il azzjoni li ġew approvati taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni (2014-2020) attwali.

    (23)  Ara l-paragrafu 7.63 tar-Rapport Annwali 2017 tagħna.

    (24)  Ara l-paragrafu 56 tar-Rapport Speċjali 11/2018 tagħna: “Opzjonijiet ġodda għall-finanzjament ta’ proġetti tal-iżvilupp rurali: aktar sempliċi iżda mhux iffukati fuq ir-riżultati”.

    (25)  https://ec.europa.eu/info/food-farming-fisheries/key-policies/common-agricultural-policy/cap-glance/cmef_mt.

    (26)  Ir-Rapport Speċjali 1/2016: “Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa hija mfassla tajjeb u bbażata fuq data soda?”

    (27)  L-Istati Membri kienu meħtieġa li jibagħtu l-ewwel evalwazzjonijiet għall-perjodu 2014-2020 sa tmiem Ġunju 2019.

    (28)  B’mod partikolari, fir-Rapport Speċjali 12/2013 tagħna: “Jistgħu l-Kummissjoni u l-Istati Membri juru li l-baġit tal-UE allokat għall-politika ta’ żvilupp rurali jintnefaq tajjeb?”; ir-Rapport Speċjali 12/2015: “Il-prijorità tal-UE li tippromwovi ekonomija rurali bbażata fuq l-għarfien ġiet affettwata minn ġestjoni ħażina ta’ miżuri ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ konsulenza”; ir-Rapport Speċjali 1/2016: “Is-sistema tal-Kummissjoni għall-kejl tal-prestazzjoni fir-rigward tal-introjtu tal-bdiewa hija mfassla tajjeb u bbażata fuq data soda?”; ir-Rapport Speċjali 10/2017: “Jenħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE lil bdiewa żgħażagħ ikun immirat aħjar biex jitrawwem tiġdid ġenerazzjonali effettiv”; ir-Rapport Speċjali 16/2017: “Programmazzjoni tal-Iżvilupp Rurali: jeħtieġ li jkun hemm inqas kumplessità u aktar fokus fuq ir-riżultati”.

    (29)  Ir-Rapport Speċjali 12/2013: “Jistgħu l-Kummissjoni u l-Istati Membri juru li l-baġit tal-UE allokat għall-politika ta’ żvilupp rurali jintnefaq tajjeb?”

    (30)  Ara l-paragrafu 79 tar-Rapport Speċjali 25/2015 tagħna: “L-appoġġ mill-UE għall-infrastruttura rurali: il-potenzjal li jinkiseb valur sinifikattivament akbar għall-flus”.

    (31)  1.2 (“Attivitajiet ta’ wiri u azzjonijiet ta’ informazzjoni”), 4.2 (“Investimenti fl-ipproċessar/il-kummerċjalizzazzjoni u/jew l-iżvilupp tal-prodotti agrikoli”), 4.3 (“Investimenti fl-infrastruttura marbuta mal-iżvilupp, il-modernizzazzjoni jew l-adattament tal-agrikoltura u l-forestrija”), 8.3 (“Prevenzjoni ta’ ħsara lill-foresti minn nirien forestali u minn diżastri naturali u avvenimenti katastrofiċi”) u 19.4 (“Appoġġ għall-kostijiet (spejjeż) operazzjonali u l-animazzjoni”).

    (32)  “Pereżempju, il-“perċentwal ta’ azjendi agrikoli b’appoġġ mill-PŻR għal investimenti fir-ristrutturar u l-modernizzazzjoni” jinkiseb billi l-għadd totali tal-azjendi agrikoli li jirċievu appoġġ għall-investiment fir-ristrutturar u/jew il-modernizzazzjoni taħt il-Miżura 4, jiġi diviż bl-għadd totali ta’ azjendi agrikoli fis-sena bażi.

    (33)  Ara l-paragrafu 81 tar-Rapport Speċjali 25/2015 tagħna: “L-appoġġ mill-UE għall-infrastruttura rurali: il-potenzjal li jinkiseb valur sinifikattivament akbar għall-flus”.

    (34)  Ara l-paragrafi 71 u 90 tar-Rapport Speċjali 10/2017 tagħna: “Jenħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE lil bdiewa żgħażagħ ikun immirat aħjar biex jitrawwem tiġdid ġenerazzjonali effettiv”.

    (35)  Ara l-paragrafi 7.43 sa 7.54 tar-Rapport Annwali 2016 tagħna u l-paragrafi 26 sa 33 tar-Rapport Speċjali 21/2017 tagħna: “Ekoloġizzazzjoni: skema aktar kumplessa ta’ appoġġ għall-introjtu, li għadha mhijiex ambjentalment effettiva”.

    (36)  Il-bdiewa li l-erja tar-raba’ li jinħadem tagħhom tkun ta’ aktar minn 15-il ettaru jridu jiżguraw li mill-inqas 5 % ta’ dik l-erja tkun żona ta’ interess ekoloġiku riżervata għal elementi li jkunu ta’ benefiċċju ekoloġikament, bħal art li titħalla tistrieħ, jew sisien tal-ħaxix u siġar.

    (37)  Ara l-Anness I ta’ COM(2018) 392: Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

    (38)  L-Opinjoni Nru 7/2018, il-paragrafu 70.

    (39)  L-Opinjoni Nru 7/2018, l-Anness I.

    ANNESS 7.1

    RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL “RIŻORSI NATURALI”

     

    2018

    2017

    DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

    Pagamenti diretti

    95

    121

    Miżuri tas-suq, żvilupp rurali, sajd, ambjent u azzjoni klimatika

    156

    109

    Total tat-tranżazzjonijiet “Riżorsi naturali”

    251

    230

    IMPATT STMAT TA’ ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

    Livell ta’ żball stmat: “Riżorsi naturali”

    2,4 %

    2,4 %

     

    Limitu Superjuri tal-Iżball (UEL)

    3,6 %

     

     

    Limitu Inferjuri tal-Iżball (LEL)

    1,2 %

     

    ANNESS 7.2

    INFORMAZZJONI DWAR L-AZZJONI TAL-UE FL-ISTATI MEMBRI JEW FIR-REĠJUNI

    STAMPA ĠENERALI TAR-RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL KULL STAT MEMBRU, GĦALL-MIŻURI TAS-SUQ, L-IŻVILUPP RURALI, IS-SAJD, L-AMBJENT U L-AZZJONI KLIMATIKA (1)

    Image 53

    Sors: Il-QEA.


    (1)  Bl-esklużjoni tat-tliet tranżazzjonijiet eżaminati taħt ġestjoni diretta.

    ANNESS 7.3

    SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI

    Sena

    Rakkomandazzjoni tal-Qorti

    Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

    Implimentata bis-sħiħ

    Qed tiġi implimentata

    Mhux implimentata

    Ma għadhiex applikabbli

    Evidenza insuffiċjenti

    Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

    F’xi wħud mill-aspetti

    2015

    7.67. B’segwitu għal din l-analiżi u s-sejbiet u l-konklużjonijiet għall-2015, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni, għall-FAEG:

     

     

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 1: tkompli bl-isforzi tagħha biex issegwi każijiet fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali mhijiex konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE, inkluż bl-użu tal-mezzi legali kollha għad-dispożizzjoni tagħha, b’mod partikolari s-sospensjoni ta’ pagamenti;

    X

     

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 2: timmonitorja kull sena r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-kwalità tal-LPIS imwettqa mill-Istati Membri, u tivverifika li l-Istati Membri kollha li jkollhom valutazzjonijiet negattivi verament iwettqu l-azzjoni korrettiva meħtieġa;

    X

     

     

     

     

     

    għall-iżvilupp rurali:

     

     

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 3: tiżgura li l-pjanijiet ta’ azzjoni tal-Istati Membri kollha li jindirizzaw l-iżbalji fl-iżvilupp rurali jkunu jinkludu azzjonijiet effettivi fir-rigward tal-akkwist pubbliku;

    X

     

     

     

     

     

    għall-FAEG u l-iżvilupp rurali:

     

     

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 4: timmonitorja u tappoġġa b’mod attiv il-korpi taċ-ċertifikazzjoni biex dawn itejbu x-xogħol u l-metodoloġija tagħhom dwar il-legalità u r-regolarità tal-infiq sabiex jipprovdu informazzjoni affidabbli għall-istima tar-rata ta’ żball aġġustata li ssir mill-Kummissjoni;

    X

     

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 5: taġġorna l-manwal tal-awditjar tad-DĠ AGRI billi tinkludi proċeduri dettaljati tal-awditjar u rekwiżiti ta’ dokumentazzjoni għall-verifikazzjoni tad-data pprovduta mill-Istati Membri u użata għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji;

    X

     

     

     

     

     

    għas-sajd:

     

     

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 6: ittejjeb il-konformità tal-awditi tal-konformità tad-DĠ MARE mal-istandards internazzjonali tal-awditjar.

    X

     

     

     

     

     


    KAPITOLU 8

    Sigurtà u ċittadinanza

    WERREJ

    Introduzzjoni 8.1–8.5
    Deskrizzjoni qasira tal-intestatura tal-QFP 8.2–8.4
    Ambitu u approċċ tal-awditjar 8.5
    Parti 1: Regolarità tat-tranżazzjonijiet 8.6–8.17
    Eżaminar tas-sistemi magħżula 8.8–8.16
    Ġestjoni kondiviża tal-AMIF u tal-FSI 8.8–8.10
    Ġestjoni diretta/indiretta tal-AMIF u tal-FSI 8.11–8.13
    Il-programm Ikel u Għalf 8.14–8.16
    Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza 8.17
    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 8.18
    Parti 2: Prestazzjoni 8.19–8.20

    Introduzzjoni

    8.1.

    Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura “Sigurtà u ċittadinanza” tal-QFP. Il- Kaxxa 8.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din l-intestatura fl-2018.

    Kaxxa 8.1

    Intestatura "Sigurtà u ċittadinanza" tal-QFP — ripartizzjoni fl-2018

    Ripartizzjoni tal-pagamenti:

    Image 54

    Pagamenti u popolazzjoni awditjata:

    Image 55

    (1)

    Id-data tinkludi nfiq fuq l-oqsma ta’ konsumaturi, ġustizzja, drittijiet, ugwaljanza u ċittadinanza

    (2)

    Il-pagamenti bil-quddiem u l-approvazzjonijiet huma f'konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta' bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 13).

    Sors:

    Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2018.

    Deskrizzjoni qasira tal-intestatura tal-QFP

    8.2.

    Din l-intestatura tkopri firxa ta’ politiki li l-objettiv komuni tagħhom huwa li jissaħħaħ il-kunċett ta' ċittadinanza Ewropea billi tinħoloq żona ta' libertà, ġustizzja u sigurtà mingħajr fruntieri interni.

    8.3.

    Kif jidher fil- Kaxxa 8.1 , il-qasam l-aktar sinifikanti ta’ nfiq huwa dak tal-migrazzjoni u s-sigurtà. Għaldaqstant, il-biċċa l-kbira mill-infiq jirriżulta minn żewġ fondi biss — il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (1) (AMIF), u l-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) (2). Il-ġestjoni tal-biċċa l-kbira tal-finanzjament mill-AMIF u l-FSI hija kondiviża bejn l-Istati Membri u d-DĠ għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni (DĠ HOME) tal-Kummissjoni. L-objettiv tal-AMIF huwa li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji u li jgħin fl-iżvilupp ta’ approċċ komuni fil-livell tal-UE f’dak li jirrigwarda l-asil u l-immigrazzjoni. L-FSI għandu l-għan li jikseb livell għoli ta’ sigurtà fl-UE. Huwa għandu żewġ strumenti (3): FSI — Fruntieri u Viżi u FSI — Pulizija. L-ewwel strument jipprovdi appoġġ għal miżuri armonizzati ta’ ġestjoni tal-fruntieri u l-iżvilupp ta’ politika komuni dwar il-viżi, filwaqt li t-tieni wieħed jiffoka fuq il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi u fuq it-titjib tal-kapaċità fil-ġestjoni ta’ riskji u kriżijiet relatati mas-sigurtà.

    8.4.

    Parti sinifikanti oħra mill-intestatura tal-baġit tinkludi l-finanzjament għal 13-il aġenzija deċentralizzata (4) li huma attivi fl-implimentazzjoni ta’ prijoritajiet ewlenin tal-UE fl-oqsma tal-migrazzjoni u s-sigurtà, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u s-saħħa. Minbarra dan hemm il-programm “Ikel u Għalf”, li għandu l-għan li jiżgura s-saħħa tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti fl-istadji kollha tal-katina alimentari, u “Ewropa Kreattiva”, il-programm qafas tal-UE li jipprovdi appoġġ għas-settur tal-kultura u dak awdjoviżiv. Fl-aħħar nett, il-baġit ikopri għadd ta’ programmi li għandhom l-għan li jwettqu l-objettiv komuni tat-tisħiħ tal-qasam ta’ sigurtà u ċittadinanza; dawn huma programmi dwar ġustizzja, konsumaturi u drittijiet, ugwaljanza u ċittadinanza.

    Ambitu u approċċ tal-awditjar

    8.5.

    Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , aħna eżaminajna kampjun ta’ 18-il tranżazzjoni, li kien maħsub biex jgħinna niffurmaw opinjoni dwar l-infiq mill-baġit fl-intier tiegħu, iżda mhux biex ikun rappreżentattiv tal-firxa sħiħa ta’ nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP (jiġifieri aħna ma għamilniex stima tal-livell kumplessiv ta’ żball li jolqot din l-intestatura). Din l-għażla kienet immotivata mil-livell relattivament baxx ta’ pagamenti għal dan il-qasam ta' politika fl-2018 (madwar 2 % tat-total tal-UE). Il-kampjun kien jikkonsisti f’seba’ tranżazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri (5), sitta taħt ġestjoni diretta u tnejn taħt ġestjoni indiretta mill-Kummissjoni, u tlieta li kienu jinvolvu l-approvazzjoni ta’ pagamenti bil-quddiem lil aġenziji. Aħna eżaminajna wkoll dan li ġej għall-Intestatura “Sigurtà u ċittadinanza” fl-2018:

    (a)

    is-sistemi prinċipali li d-DĠ HOME u l-Istati Membri jużaw biex jipprovdu aċċertament dwar ir-regolarità tal-pagamenti li jsiru mill-AMIF u l-FSI, u s-sistemi li d-DĠ Saħħa u Sikurezza Alimentari (DĠ SANTE) tal-Kummissjoni juża biex jipprovdi aċċertament dwar ir-regolarità tal-pagamenti li jsiru taħt il-programm “Ikel u Għalf”;

    (b)

    l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar ir-regolarità fir-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ HOME u d-DĠ SANTE, il-konsistenza tal-metodoloġija għall-istimar tal-ammonti f’riskju, u tal-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri;

    (c)

    għall-Parti 2 ta' dan il-kapitolu, aħna ffukajna fuq l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-AMIF u l-FSI.

    Parti 1: Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    8.6.

    Mit-18-il tranżazzjoni li eżaminajna, 3 (17 %) kien fihom żbalji, li minnhom wieħed kien kwantifikabbli u ogħla mis-soll ta' materjalità ta’ 2 %. Din kienet tranżazzjoni taħt ġestjoni kondiviża fil-qafas tal-AMIF fi Spanja (żball ta’ 9,4 %), kif spjegata fil- Kaxxa 8.2 . Billi l-kampjun ma kienx intenzjonat li jkun rappreżentattiv tal-infiq taħt din l-intestatura, aħna ma kkalkulajniex ir-rata kumplessiva ta' żball.

    Kaxxa 8.2

    L-evidenza għas-servizzi ta’ interpretar mhux dejjem kienet suffiċjenti

    Fi Spanja, l-AMIF jappoġġa l-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għall-asil, li jitwettaq mill-awtoritajiet nazzjonali, billi jikkofinanzja servizzi ta’ interpretar għal individwi li jkunu qed ifittxu protezzjoni internazzjonali. Aħna ċċekkjajna r-rekords ta’ kampjun ta’ 10 sessjonijiet ta’ interpretar biex nidentifikaw jekk il-kundizzjonijiet għall-pagament kinux ġew issodisfati. Sibna li, għal sessjoni partikolari, ir-rekords ma kinux jaqblu mas-sigħat ikklejmjati, ma kinux jindikaw kemm-il persuna ngħatat assistenza, u ma ġewx iċċertifikati kif suppost minn uffiċjal tas-servizz tal-asil Spanjol. Għalhekk, l-ispejjeż ta’ din l-azzjoni ġew iddikjarati b’mod eċċessiv.

    8.7.

    Barra minn hekk, aħna sibna li l-kriterji tal-għażla u tal-għoti ma kinux ġew applikati b’mod korrett f’żewġ tranżazzjonijiet — waħda relatata ma’ għotja, u l-oħra ma’ kuntratt għall-provvista ta’ servizzi. Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-għażla u tal-akkwist pubbliku jista’ potenzjalment jaffettwa l-eliġibbiltà tal-ispejjeż ikklejmjati, u jista’ jdgħajjef il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-infiq tal-UE. Aħna niddeskrivu kif, fil- Kaxxa 8.3 .

    Kaxxa 8.3

    Defiċjenzi fl-applikazzjoni tar-regoli tal-akkwist pubbliku

    Skont il-liġi tal-UE, l-ispejjeż li jiġġarrbu mill-benefiċjarji tal-fondi tal-UE jridu jkunu raġonevoli, iġġustifikati, u jikkonformaw mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod partikolari rigward l-ekonomija u l-effiċjenza.

    L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura tal-UE tat għotja lil mużew fin-Netherlands taħt il-programm għall-Kultura. Id-dispożizzjonijiet ġenerali tal-ftehim ta' għotja kienu jispeċifikaw li, fl-akkwist ta’ oġġetti jew servizzi, il-benefiċjarju jrid jagħti l-kuntratt lill-offerent li joffri l-prezz l-aktar baxx jew l-aħjar valur għall-flus.

    Aħna ċċekkjajna proċedura ta' akkwist li l-benefiċjarju kien nieda għall-editjar u l-publikazzjoni ta’ tliet kotba. Sibna li l-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti ma kinitx tinkludi kriterji ċari ta’ eliġibbiltà u tal-għoti, u ma ddikjaratx jekk id-deċiżjoni tal-għoti kellhiex tkun ibbażata fuq il-prezz l-aktar baxx jew fuq l-aħjar valur għall-flus. Barra minn hekk, matul l-evalwazzjoni tal-offerti, il-benefiċjarju aġġusta l-prezz ta’ waħda mill-offerti mingħajr ma kkonsulta lill-offerent, u applika kriterji tal-għoti li ma kinux jidhru fl-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti.

    B’konsegwenza ta’ dan, il-benefiċjarju ma tax garanzija li n-nefqa li tirriżulta minn dan il-kuntratt kienet raġonevoli, iġġustifikata jew tikkonforma mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

    L-Aġenzija tista’ tevita sitwazzjonijiet simili fil-ġejjieni billi tirrinforza l-gwida li hija tagħti lill-benefiċjarji u billi ssaħħaħ il-kontrolli amministrattivi tal-proċeduri ta' akkwist li huma jużaw.

    Eżaminar tas-sistemi magħżula

    Ġestjoni kondiviża tal-AMIF u tal-FSI

    8.8.

    Erba’ snin wara l-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni ta’ seba’ snin, l-Istati Membri żiedu b’mod sinifikanti r-rata ta’ implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali tagħhom. Madankollu, il-valur tal-ammonti li ma jintefqux ikompli jogħla, u dan jista’ jżid il-pressjoni li hemm fuq l-awtoritajiet nazzjonali hekk kif il-programmi joqorbu lejn l-għeluq tagħhom. Il- Kaxxa 8.4 turi l-pagamenti annwali li l-Istati Membri rrappurtaw fil-kontijiet tagħhom minn meta beda l-perjodu ta' programmazzjoni u li ppreżentaw lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni u r-rimborż sussegwenti.

    Kaxxa 8.4

    Il-pagamenti għall-programmi nazzjonali taħt l-AMIF u l-FSI ħaffu l-pass, iżda l-baġit disponibbli jibqa’ jogħla wkoll

    Image 56

    (*)

    L-infiq taħt l-AMIF/FSI li jiġġarrab fil-livell tal-Istati Membri jiġi ddikjarat lil u approvat mill-Kummissjoni fis-sena ta’ wara. Għaldaqstant l-implimentazzjoni tal-baġit mill-Kummissjoni għall-2018 tinkludi l-infiq tal-Istati Membri mill-2017.

    Sors:

    Il-QEA.

    8.9.

    Aħna awditjajna s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll ta’ seba’ awtoritajiet li huma responsabbli mill-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali taħt l-AMIF/FSI fl-Istati Membri (6). L-iskop tagħna kien li nikkonfermaw li l-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet kienu adegwati fir-rigward ta’ (a) l-għażla u l-għoti tal-għotjiet, (b) il-verifikazzjoni u l-validazzjoni tal-infiq, (c) ir-rendikont tal-entrati u (d) it-tħejjija tal-kontijiet annwali (7). L-awtoritajiet kollha kienu żviluppaw proċeduri dettaljati, li inġenerali kienu suffiċjenti biex jindirizzaw ir-rekwiżiti tar-regolamenti tal-AMIF u l-FSI. Aħna għażilna wkoll 70 fajl (10 minn kull awtorità nazzjonali li nżaret) u eżaminajna jekk dawn il-proċeduri kinux ġew implimentati kif suppost.

    8.10.

    L-awditu tagħna żvela d-dgħufijiet li ġejjin:

    Kaxxa 8.5

    Dgħufijiet fis-sistemi relatati mal-AMIF u l-FSI

     

    Stati Membri

     

     

    Dgħufija

    Impatt potenzjali

     

     

    (a)

    Għażla u għoti tal-għotjiet:

    Fl-Iżvezja, meta kienet qed tevalwa proposti għal azzjonijiet taħt l-AMIF, l-awtorità responsabbli ma kklassifikatx il-proġetti u lanqas ma ssettjat soll li taħtu l-proġetti jiġu rifjutati.

    Proġetti inqas effiċjenti milli intenzjonat

     

     

    (b)

    Verifikazzjoni u validazzjoni tal-infiq:

    L-awtorità Rumena li kienet responsabbli mill-programm nazzjonali taħt l-FSI ma ċċekkjatx b’mod sistematiku l-infiq li tassew sar, meta kienet qed tagħmel żjarat lill-benefiċjarji fuq il-post.

    Fl-Iżvezja, il-kontrolli għall-finanzjament doppju ma kinux eżawrjenti.

    Fi Spanja u fl-Iżvezja, il-kontrolli tal-awtoritajiet li kienu responsabbli mill-programm nazzjonali taħt l-AMIF ma kinux biżżejjed biex jiżguraw li l-benefiċjarji kienu jikkonformaw mar-regoli nazzjonali tal-akkwist u/jew ma’ dawk tal-UE.

    Ma jinqabdux każijiet ta’ nfiq ineliġibbli u ta’ irregolaritajiet fl-akkwist

     

     

    (c)

    Rendikont tal-entrati:

    L-awtorità Ġermaniża li kienet responsabbli mill-programm nazzjonali taħt l-AMIF ma ddokumentatx b’mod suffiċjenti x-xogħol tal-kumitat ta’ evalwazzjoni li kien inkarigat mill-għoti tal-għotjiet lill-applikanti għall-proġetti.

    Trasparenza tal-proċess tal-għoti

     

     

    (d)

    Tħejjija tal-kontijiet annwali tal-AMIF/FSI:

    L-awtorità Belġjana li kienet responsabbli mill-programm nazzjonali taħt l-AMIF ma kinitx għamlet arranġamenti xierqa tal-IT għall-ħżin tad-data finanzjarja li ntużat għat-tħejjija tal-kontijiet annwali.

    Fi Spanja, il-proċeduri għat-tħejjija tal-kontijiet annwali tal-AMIF mhux dejjem kienu adegwati biex ma jippermettux li l-ammonti rrappurtati jaqbżu r-rata massima ta’ kofinanzjament mill-UE.

    Affidabbiltà tad-data rrappurtata

     

    Ġestjoni diretta/indiretta tal-AMIF u tal-FSI

    8.11.

    Aħna eżaminajna l-proċeduri interni li d-DĠ HOME juża għall-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet taħt l-AMIF u l-FSI (inklużi l-applikazzjonijiet għal assistenza ta’ emerġenza) u l-kontrolli amministrattivi tiegħu għall-validazzjoni tat-talbiet għall-pagament li jkunu saru mill-benefiċjarji. Aħna sibna li l-ġestjoni tas-sejħiet għal proposti u tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet kienet effettiva: l-applikanti jirċievu istruzzjonijiet xierqa u jiġu infurmati bis-sħiħ dwar id-deċiżjonijiet tal-għoti, u ġeneralment ir-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat ta’ evalwazzjoni jittieħdu inkunsiderazzjoni qabel ma l-ftehim ta' għotja jiġi ffirmat.

    8.12.

    Għal dak li jikkonċerna l-verifikazzjoni u l-awtorizzazzjoni ta’ klejms għall-pagamenti, aħna sibna li d-DĠ HOME għandu strateġija komprensiva ta’ kontroll ibbażata fuq ir-riskju li tinkludi kontrolli ex ante standard, kontrolli approfonditi li jsiru fl-uffiċċju, u awditi ex post.

    8.13.

    Madankollu, l-awditu tagħna żvela wkoll xi dgħufijiet, kif jidher fit-tabella li ġejja:

    Kaxxa 8.6

    Dgħufijiet fis-sistemi relatati mal-AMIF u l-FSI

     

    Il-Kummissjoni

     

     

    Dgħufija

    Impatt potenzjali

     

     

    (a)

    Dewmien fl-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma annwali, fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-għotjiet, u fl-iffirmar tal-ftehimiet ta' għotja

    Implimentazzjoni tardiva tal-proġetti ffinanzjati, li jistgħu jkunu inqas effettivi milli intenzjonat

     

     

    (b)

    Ċerti għotjiet għall-assistenza ta’ emerġenza ngħataw mingħajr ma nkisbet l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tkun tista’ ssir evalwazzjoni eżawrjenti tal-ħtieġa u r-raġonevolezza tal-azzjonijiet jew tal-ispejjeż

    Proġetti inqas effettivi milli intenzjonat

     

     

    (c)

    L-evalwazzjoni ta’ ċerti proposti mhux dejjem kienet konsistenti mal-linji gwida interni tal-Kummissjoni

    Proġetti inqas effettivi milli intenzjonat

     

     

    (d)

    Meta kienet qed twettaq kontrolli amministrattivi ex ante tal-klejms għall-pagamenti, il-Kummissjoni ma eżaminatx b’mod xieraq id-dokumentazzjoni ta’ sostenn li hija kienet talbet lill-benefiċjarji biex jipprovdu ladarba jkun sar l-akkwist

    Ma jinqabdux każijiet ta’ nfiq ineliġibbli u ta’ irregolaritajiet fl-akkwist

     

    Il-programm Ikel u Għalf

    8.14.

    Aħna eżaminajna l-proċeduri interni li d-DĠ SANTE juża għall-evalwazzjoni u l-approvazzjoni tal-programmi nazzjonali u tal-miżuri ta’ emerġenza taħt ir-regolament dwar “Ikel u Għalf” (8) u l-kontrolli amministrattivi li jwettaq qabel ma jaċċetta u jivvalida t-talbiet għall-pagament li jkunu saru mill-Istati Membri. Aħna sibna li l-kontrolli tad-DĠ huma adegwati f’dan ir-rigward.

    8.15.

    Ix-xogħol tal-awditjar tagħna wera li l-implimentazzjoni tal-għotjiet tiġi mmonitorjata matul is-sena kollha u li l-Kummissjoni taċċetta rapporti interim, rapporti finali u klejms għall-pagamenti fi ħdan id-dati ta' skadenza regolatorji u kif meħtieġ mill-proċeduri interni proprji tagħha. Għall-validazzjoni ta’ klejms għall-pagamenti, id-DĠ SANTE żviluppa qafas komprensiv ta’ kontroll ibbażat fuq ir-riskju, li jinkludi kontrolli ex ante standard, kontrolli approfonditi li jsiru fl-uffiċċju, verifikazzjonijiet ex ante fuq il-post, u awditi ex post.

    8.16.

    Madankollu, ix-xogħol li wettaqna żvela d-dgħufijiet li ġejjin:

    Kaxxa 8.7

    Dgħufijiet fis-sistemi, fi ħdan il-kontrolli dwar Ikel u Għalf

     

    Il-Kummissjoni

     

     

    Dgħufija

    Impatt potenzjali

     

     

    (a)

    Il-Kummissjoni ma eżaminatx l-ispejjeż unitarji u l-limiti massimi li hija tuża biex tapprova baġits għall-programmi nazzjonali. Skont id-deċiżjoni rilevanti tal-Kummissjoni, hija kien imissha għamlet dan fl-2016. Għalhekk, l-għotjiet li ngħataw fl-2017 u fl-2018 kienu bbażati fuq data antika.

    Il-baġits approvati ma jirriflettux l-ispejjeż reali.

     

     

    (b)

    Meta kienet qed twettaq kontrolli amministrattivi ex ante approfonditi tal-klejms għall-pagamenti, il-Kummissjoni ma eżaminatx b’mod xieraq id-dokumentazzjoni ta’ sostenn li hija kienet talbet lill-benefiċjarji biex jipprovdu ladarba jkun sar l-akkwist

    Ma jinqabdux każijiet ta’ nfiq ineliġibbli u ta’ irregolaritajiet fl-akkwist

     

    Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza

    8.17.

    Aħna eżaminajna r-rapporti annwali tal-attività tad-DĠ HOME u tad-DĠ SANTE iżda ma sibna l-ebda informazzjoni li għandha mnejn tikkontradixxi s-sejbiet tagħna. Madankollu, il-kampjun limitat tagħna għall-2019 (18-il tranżazzjoni biss) mhuwiex suffiċjenti biex inkunu nistgħu nqabblu r-riżultati tal-awditjar tagħna mal-informazzjoni dwar ir-regolarità tal-infiq, li ġiet irrappurtata miż-żewġ DĠ.

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    8.18.

    L-ambitu tal-awditjar għal din l-intestatura tal-QFP (ara l-paragrafu 8.5) ma jippermettix li tintlaħaq konklużjoni kwantifkata dwar il-livell ta’ żball. Minkejja dan, ix-xogħol li wettaqna ġibed l-attenzjoni għal kwistjoni prinċipali fejn jista’ jsir titjib:

    Rakkomandazzjoni 8.1 — Kontrolli fuq l-akkwist

    Ibbażat fuq is-sejbiet tagħna għall-2018, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni tiżgura li, meta tkun qed twettaq kontrolli amministrattivi tal-klejms għall-pagamenti, tuża b’mod sistematiku d-dokumentazzjoni li hija tkun talbet lill-benefiċjarji tal-għotjiet tagħha biex jipprovdu, sabiex teżamina b’mod xieraq il-legalità u r-regolarità tal-proċeduri ta' akkwist li dawn il-benefiċjarji jkunu organizzaw.

    Jenħtieġ ukoll li, meta tkun qed twettaq kontrolli amministrattivi tal-klejms għall-pagamenti li jkunu twettqu mill-benefiċjarji tal-fondi, il-Kummissjoni tagħti istruzzjonijiet lill-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli mill-programmi nazzjonali taħt l-AMIF u l-FSI biex jivverifikaw b’mod adegwat il-legalità u r-regolarità tal-proċeduri ta' akkwist li l-istess benefiċjarji jkunu organizzaw.

    Data mmirata għall-implimentazzjoni: matul l-2020.

    Parti 2: Prestazzjoni

    8.19.

    Din is-sena, minbarra li vverifikajnaa r-regolarità, aħna vvalutajna aspetti tal-prestazzjoni għal tlieta mis-seba’ tranżazzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża, relatati mal-AMIF/FSI, li kkampjunajna. Aħna għażilna tliet proġetti li kienu kkompletati jew kważi kkompletati, u wettaqna kontrolli fuq il-post fl-Istati Membri.

    8.20.

    Ir-regolamenti tal-AMIF u l-FSI jipprovdu indikaturi komuni tal-output għall-programmi nazzjonali, li ta’ sikwit huma ġenerali u, jekk meħtieġ, iridu jiġu speċifikati aktar fil-livell tal-proġetti.

    Fi proġett partikolari taħt l-AMIF (servizzi ta’ interpretar għal individwi li jkunu qed jippruvaw jiksbu l-istatus ta’ refuġjati), aħna sibna li dan ma kienx sar. L-awtoritajiet ġabru biss informazzjoni dwar l-għadd ta' drabi li ntuża interpretu, u ma kellhomx data dwar il-lingwi li ntużaw l-aktar jew li ntħieġu l-aktar jew dwar id-disponibbiltà tal-interpretar skont il-lok u l-lingwa.

    Fi proġett taħt l-FSI Fruntieri, għalkemm l-indikaturi komuni tal-output lanqas biss kienu rilevanti, l-awtorità responsabbli ma kinitx issostitwiethom b’oħrajn speċifiċi għall-proġett. L-objettiv tal-proġett kien li jiġi żgurat li t-tagħmir ta’ komunikazzjoni użat mill-pulizija tal-fruntieri kien jaħdem f’kull ħin tal-ġurnata. Il-benefiċjarju ma kienx stabbilixxa mezz biex jiġi indikat għal kemm żmien is-sistema ma kinitx qed taħdem, jew biex jitkejjel jekk u kif evolva l-perjodu ta’ waqfien wara l-implimentazzjoni tal-azzjoni ffinanzjata mill-FSI.

    Fiż-żewġ każijiet, ma kienx faċli li jitkejjel l-impatt tal-proġett b’mod preċiż.


    (1)  L-att legali li jistabbilixxi l-AMIF jista’ jinstab fuq is-sit web EUR-Lex.

    (2)  Iż-żewġ fondi ssostitwew il-programm SOLID li kien qed jintuża fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti.

    (3)  L-atti legali li jistabbilixxu dawn l-istrumenti jistgħu jinstabu fuq is-sit web EUR-Lex: FSI — Fruntieri u Viżi, FSI — Pulizija.

    (4)  Saħħa: ECDC, EFSA, EMA, ECHA-Bijoċidi. Affarijiet Interni: Frontex, EASO, Europol, CEPOL, eu-LISA, EMCDDA. Ġustizzja: Eurojust, FRA, EIGE. Ir-rapporti annwali speċifiċi, li jinkludu l-opinjoni tagħna dwar il-legalità u r-regolarità ta’ kull waħda mill-operazzjonijiet ta’ dawn l-aġenziji, jistgħu jinstabu fuq is-sit web tal-QEA.

    (5)  Fil-Belġju, il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, il-Litwanja, ir-Rumanija u l-Iżvezja.

    (6)  Il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, il-Greċja u l-Iżvezja għall-AMIF; il-Litwanja u r-Rumanija għall-FSI.

    (7)  Rekwiżiti ewlenin ta’ kontroll għall-awtoritajiet responsabbli fl-Istati Membri — ara r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/646.

    (8)  Ir-Regolament (UE) Nru 652/2014 jista’ jinstab fuq is-sit web Eur-Lex.


    KAPITOLU 9

    Ewropa Globali

    WERREJ

    Introduzzjoni 9.1–9.7
    Deskrizzjoni qasira ta’ “Ewropa Globali” 9.3–9.5
    Ambitu u approċċ tal-awditjar 9.6–9.7
    Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet 9.8–9.21
    Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza 9.14–9.21
    Studju tal-2018 imwettaq mid-DĠ NEAR dwar ir-rata tal-iżball residwu 9.14–9.17
    Rapport annwali tal-attività tad-DĠ ECHO 9.18–9.20
    Rapport annwali tal-attività u studju dwar ir-RER tad-DĠ DEVCO 9.21
    Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet 9.22–9.24
    Rakkomandazzjonijiet 9.23–9.24
    Parti 2 — Prestazzjoni 9.25–9.27

    Anness 9.1 —

    Infiq Operazzjonali fl-2018 skont id-Delegazzjoni

    Anness 9.2 —

    Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal Ewropa Globali

    Introduzzjoni

    9.1.

    Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura “Ewropa Globali” tal-QFP. Il- Kaxxa 9.1 tagħti stampa ġenerali tal-attivitajiet u l-infiq prinċipali taħt din l-intestatura fl-2018.

    Kaxxa 9.1

    Intestatura “Ewropa Globali” tal-QFP — ripartizzjoni fl-2018

    Image 57

    Image 58

    (1)

    F’konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 13).

    Sors:

    Il-kontijiet konsolidati 2018 tal-Unjoni Ewropea.

    9.2.

    Il- Parti 1 ta’ dan il-kapitolu tippreżenta s-sejbiet tagħna dwar ir-regolarità, filwaqt li l- Parti 2 tiffoka fuq il-prestazzjoni.

    Deskrizzjoni qasira ta’ “Ewropa Globali”

    9.3.

    “Ewropa Globali” tkopri n-nefqa fuq l-azzjoni esterna kollha (politika barranija) iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-UE. Dawn il-politiki:

    jippromwovu l-valuri tal-UE lil hinn mit-territorju tagħha, bħad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;

    jindirizzaw l-isfidi globali ewlenin, bħat-tibdil fil-klima u t-telf tal-bijodiversità;

    iżidu l-impatt tal-kooperazzjoni tal-UE għall-iżvilupp, bl-għan li jgħinu biex jinqered il-faqar u jippromwovu l-prosperità;

    irawmu l-istabbiltà u s-sigurtà fil-pajjiżi kandidati u f’dawk tal-viċinat;

    isaħħu s-solidarjetà Ewropea wara li jkunu seħħew diżastri naturali jew diżastri kkawżati mill-bniedem;

    itejbu l-prevenzjoni ta’ kriżijiet u r-riżoluzzjoni ta’ kunflitti, jippreservaw il-paċi, isaħħu s-sigurtà internazzjonali u jippromwovu l-kooperazzjoni internazzjonali;

    jippromwovu l-interessi tal-UE u dawk reċiproċi f’pajjiżi barranin billi jappoġġaw id-dimensjoni esterna tal-politiki tal-UE.

    9.4.

    Id-direttorati ġenerali prinċipali li huma involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit għall-azzjoni esterna huma d-Direttorat Ġenerali għall-Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Iżvilupp (DĠ DEVCO), id-Direttorat Ġenerali għall-Politika tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir (DĠ NEAR), id-Direttorat Ġenerali għall-Protezzjoni Ċivili u l-Operazzjonijiet tal-Għajnuna Umanitarja (DĠ ECHO) u s-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI).

    9.5.

    Fl-2018, il-pagamenti għal “Ewropa Globali” ammontaw għal EUR 9,5 biljun (1) u ġew żborżati bl-użu ta’ bosta strumenti (ara l- Kaxxa 9.1 ) u metodi ta’ twassil (2), f’aktar minn 150 pajjiż (ara l- Anness 9.1 ).

    Ambitu u approċċ tal-awditjar

    9.6.

    Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , aħna eżaminajna kampjun ta’ 58 tranżazzjoni, u ta’ 6 tranżazzjonijiet oħra li ttieħdu mill-istudji dwar ir-RER (3) u li kienu ġew aġġustati (4). Il-kampjun ta’ tranżazzjonijiet kien maħsub biex jgħinna niffurmaw opinjoni dwar l-infiq għall-2018 mill-baġit fl-intier tiegħu u mhux biex ikun rappreżentattiv tal-infiq taħt din l-intestatura tal-QFP. L-għadd ta’ tranżazzjonijiet awditjati ma kienx suffiċjenti biex nistmaw il-livell ta’ żball (5). Għalhekk, aħna ma kkalkulajniex rata ta’ żball għal din l-intestatura tal-QFP.

    9.7.

    Fl-2018, għal “Ewropa Globali”, aħna eżaminajna wkoll dan li ġej:

    (a)

    l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar ir-regolarità fir-rapporti annwali tal-attività (RAA) tad-DĠ ECHO u d-DĠ DEVCO (6), il-konsistenza tal-metodoloġija għall-istimar tal-ammonti f’riskju, u tal-korrezzjonijiet u l-irkupri futuri;

    (b)

    għall- Parti 2 ta’ dan il-kapitolu, eżaminajna 15-il proġett f’4 delegazzjonijiet tal-UE (7) mill-perspettiva tal-prestazzjoni. Id-DĠ NEAR kien implimenta 12 minn dawn il-proġetti u d-DĠ DEVCO kien implimenta t-3 l-oħra.

    Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    9.8.

    Mit-58 tranżazzjoni li eżaminajna, 11 (19 %) kienu milquta minn żbalji. Aħna identifikajna ħames żbalji kwantifikabbli li kellhom impatt finanzjarju fuq l-ammonti ddebitati għall-baġit tal-UE. Sibna wkoll sitt każijiet fejn kien hemm nuqqas ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet legali u finanzjarji, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda r-regoli tal-akkwist. Meta eżaminajna r-regolarità tat-tranżazzjonijiet, aħna ltqajna ma’ eżempji ta’ kontrolli esterni effettivi, u qed nagħtu eżempju tagħhom fil- Kaxxa 9.2 . Aħna nippreżentaw ukoll sejba dwar infiq ineliġibbli (ara l- Kaxxa 9.3 ) u sejba oħra rigward nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti (ara l- Kaxxa 9.4 ).

    Kaxxa 9.2

    L-importanza ta’ kontrolli effettivi mill-Kummissjoni

    DĠ NEAR

    Aħna awditjajna l-infiq iddikjarat minn organizzazzjoni nongovernattiva (NGO) taħt kuntratt ta’ għotja li ġie ffirmat mal-Kummissjoni u li kien mmaniġġjat minn delegazzjoni tal-UE. L-NGO kienet ġiet ikkuntrattata biex tipproponi serje ta’ emendi legali bl-għan li jiġi ottimizzat id-dħul tal-istat mill-produzzjoni ta’ idrokarburi. L-ammont tal-għotja mill-UE kien ta’ EUR 200 000 .

    L-awditu finanzjarju imwettaq minn awditur estern f’isem il-Kummissjoni, fi tmiem il-proġett, qabad infiq ineliġibbli li kien jammonta għal EUR 9 650 , b’segwitu għall-applikazzjoni ta’ rata tal-kambju skorretta. Il-Kummissjoni ħarġet ordni ta’ rkupru biex tikkoreġi dan l-iżball.

    Kaxxa 9.3

    Infiq ineliġibbli li kien inkluż fil-klejm għall-ispejjeż

    DĠ DEVCO

    Aħna awditjajna l-infiq iddikjarat minn organizzazzjoni internazzjonali taħt ftehim ta’ delega li ġie ffirmat mal-Kummissjoni. L-azzjoni kienet intitolata “Global Alliance on Health and Pollution” (Alleanza Globali dwar is-Saħħa u t-Tniġġis), u l-għan tagħha kien li timmitiga l-esponiment ta’ sustanzi tossiċi għas-saħħa tal-bniedem, kemm f’pajjiżi bi dħul baxx kif ukoll f’dawk bi dħul medju.

    Il-baġit totali ta’ din l-azzjoni kien stmat għal aktar minn EUR 6 miljun; il-kontribuzzjoni massima mill-UE ġiet iffissata għal EUR 5 miljun.

    Id-dokumenti ta’ sostenn juru li ammont ta’ EUR 13 300 , li jikkorrispondi għall-ispiża ta’ 31 biljett tal-ajru għal irtir tal-persunal fil-Ġamajka, ġie ddebitat lill-proġett. Din ma kinitx parti prevista mill-proġett. Dawn l-ispejjeż huma ineliġibbli, billi ma jikkonformawx mar-regoli ta’ eliġibbiltà.

    Kaxxa 9.4

    Nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratt

    DĠ NEAR

    Ir-Regolament Finanzjarju tal-UE jistipula li l-għotjiet għandhom ikunu suġġetti għall-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament indaqs.

    Aħna eżaminajna l-proċess li permezz tiegħu l-Kummissjoni ħarġet sejħa għal espressjonijiet ta’ interess għat-tiswija ta’ pontijiet fuq ix-xmajjar ta’ Seversky Donets u ta’ Borovaya fl-Ukrajna. Il-baġit għall-proġett kien ta’ EUR 2 miljun.

    Ix-xogħol tagħna żvela li l-Kummissjoni kienet ippubblikat is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess mingħajr ma stabbiliet kriterji tal-għoti ċari, u dan irriżulta fi grilja ta’ evalwazzjoni li ma kinitx kompleta.

    Fl-aħħar nett, il-kumitat tal-evalwazzjoni ma kkonformax mal-proċeduri għan-notifika tal-applikanti li ma kellhomx suċċess, u naqas milli jiddivulga l-punteġġi, ir-raġuni għar-rifjut u l-mezzi ta’ rimedju biex jikkontestjaw l-għotja.

    F’dan il-każ, il-Kummissjoni ma rrispettatx il-prinċipji ta’ trasparenza u ta’ trattament indaqs.

    9.9.

    Meta l-fondi tal-UE jintnefqu permezz ta’ appoġġ baġitarju u jiġu implimentati permezz ta’ proġett ffinanzjat minn bosta donaturi skont l-“approċċ nozzjonali” (ara l-paragrafu 9.12), il-livell ta’ żball fit-tranżazzjonijiet ta’ bażi jkun baxx. Fl-2018, aħna eżaminajna 13-il tranżazzjoni ffinanzjati minn bosta donaturi skont l-“approċċ nozzjonali”, kif ukoll 2 tranżazzjonijiet relatati mal-appoġġ baġitarju, u qbadna żball f’waħda minn tal-ewwel.

    9.10.

    L-appoġġ baġitarju huwa kontribuzzjoni finanzjarja jew għall-baġit ġenerali ta’ stat jew għall-baġit li l-istat jalloka għal politika speċifika jew objettiv speċifiku. Il-pagamenti relatati mal-appoġġ baġitarju li ġew iffinanzjati mill-baġit ġenerali fl-2018 ammontaw għal EUR 885 miljun. Aħna eżaminajna jekk il-Kummissjoni kinitx irrispettat il-kundizzjonijiet li jirregolaw il-pagamenti relatati mal-appoġġ baġitarju li saru favur pajjiżi sħab, kif ukoll jekk kinitx ivverifikat li l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ eliġibbiltà (bħal titjib sodisfaċenti fil-ġestjoni finanzjarja tas-settur pubbliku) kienu ġew irrispettati qabel ma ġew żborżati l-fondi.

    9.11.

    Madankollu, minħabba l-marġni wiesgħa għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet legali, il-Kummissjoni għandha flessibbiltà konsiderevoli biex tiddeċiedi jekk pajjiż benefiċjarju jkunx irrispetta l-kundizzjonijiet ġenerali (8).

    9.12.

    Taħt l-“approċċ nozzjonali”, meta l-kontribuzzjonijiet li jsiru mill-Kummissjoni għal proġetti ffinanzjati minn bosta donaturi jinġabru flimkien ma’ dawk ta’ donaturi oħra u ma jkunux assenjati għal elementi identifikabbli u speċifiċi ta’ nfiq, il-Kummissjoni tassumi li r-regoli ta’ eliġibbiltà tal-UE jkunu ġew irrispettati dment li l-ammont totali miġbur flimkien ikun jinkludi biżżejjed infiq eliġibbli biex ikopri l-kontribuzzjoni li ssir mill-UE. Aħna ħadna kont ta’ dan l-approċċ fl-ittestjar sostantiv li wettaqna.

    Fl-2018, il-pagamenti li saru mill-baġit ġenerali favur organizzazzjonijiet internazzjonali ammontaw għal EUR 2,6 biljun. Aħna ma nistgħux ngħidu x’inhu l-proporzjon ta’ dan l-ammont li għalih kien japplika l-“approċċ nozzjonali”, peress li l-Kummissjoni ma timmonitorjahx separatament.

    9.13.

    Fi tliet tranżazzjonijiet li ġew implimentati minn organizzazzjonijiet internazzjonali (il-Fond ta’ Emerġenza tan-Nazzjonijiet Uniti għat-Tfal (Unicef) u l-Programm Dinji tal-Ikel (WFP)), aħna esperjenzajna nuqqas ta’ kooperazzjoni fit-trażmissjoni f’waqtha ta’ dokumenti ta’ sostenn essenzjali. Dan affettwa serjament l-ippjanar tal-awditjar tagħna fl-2018. It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (9) jistabbilixxi li l-QEA għandha d-dritt li tintbagħat kull dokument jew informazzjoni meħtieġa sabiex twettaq ix-xogħol tagħha. L-Opinjoni Nru 10/2018 tagħna (10) tirrakkomanda li l-Kummissjoni tqis li tirrinforza l-obbligu li l-organizzazzjonijiet internazzjonali jibagħtu lill-QEA d-dokumenti meħtieġa biex aħna nkun nistgħu nikkompletaw l-awditi tagħna.

    Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza

    Studju tal-2018 imwettaq mid-DĠ NEAR dwar ir-rata tal-iżball residwu

    9.14.

    Fl-2018, ir-raba’ studju tad-DĠ NEAR relatat mar-rata tal-iżball residwu (RER) twettaq minn kuntrattur estern f’isem id-DĠ. L-għan tal-istudju kien li jiġi stmat l-għadd ta’ żbalji fi ħdan il-qasam ta’ responsabbiltà tad-DĠ NEAR li s-sistema ta’ kontroll intern tiegħu ma kienx irnexxielha taqbad jew li rnexxielha taqbad iżda ma kkoreġietx. L-istudju huwa element importanti li fuqu d-Direttur Ġenerali jibbaża d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni.

    9.15.

    L-istudju eżamina kampjun rappreżentattiv ta’ tranżazzjonijiet li saru taħt kuntratti li ngħalqu bejn Settembru 2017 u Awwissu 2018 (ara l- Kaxxa 9.5 ), id-DĠ NEAR ilu jadatta l-metodoloġija tiegħu minn mindu ġiet żviluppata fl-2012.

    Kaxxa 9.5

    Image 59

    Sors:

    Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

    9.16.

    Id-DĠ NEAR ippreżenta r-riżultati tal-istudju tal-2018 dwar ir-RER fir-RAA tiegħu. Ir-RER globali għad-DĠ kienet stmata li kienet 0,72 %, jiġifieri taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 % ssettjat mill-Kummissjoni.

    9.17.

    Fl-analiżi li wettaqna tal-istudju dwar ir-RER, aħna osservajna li, kif indikat fir-Rapport Annwali 2016 tagħna, hemm lok biex isir titjib fil-livell ta’ ġudizzju li l-awdituri għandhom meta jistmaw l-iżbalji għal tranżazzjonijiet individwali. Barra minn hekk, aħna rajna li l-għadd ta’ tranżazzjonijiet fejn ma kienx twettaq ittestjar sostantiv irdoppja minħabba li kienet tpoġġiet fiduċja sħiħa fuq xogħol preċedenti ta’ kontroll (11). L-iskop tal-istudju dwar ir-RER huwa li jitkejlu l-iżbalji li l-kontrolli kollha ta’ prevenzjoni, ta’ detezzjoni u ta’ korrezzjoni ma jkunx irnexxielhom jaqbdu. Peress li l-istudju jpoġġi fiduċja sħiħa fuq ir-riżultati ta’ kontrolli preċedenti għal 23,6 % (12) tat-tranżazzjonijiet ikkampjunati, ir-RER ma tkejjilx dawn l-iżbalji. Fiduċja eċċessiva fuq ix-xogħol tal-awditjar imwettaq minn oħrajn tista’ taffettwa l-kisba tal-objettiv prinċipali tal-istudju dwar ir-RER minħabba l-impatt fuq ir-rata tal-iżball residwu.

    Rapport annwali tal-attività tad-DĠ ECHO

    9.18.

    Għas-sena finanzjarja 2018, aħna eżaminajna r-Rapport Annwali tal-Attività 2018 tad-DĠ ECHO.

    9.19.

    Skont l-istima tad-DĠ ECHO, l-ammont kumplessiv f’riskju meta sar il-pagament għall-infiq aċċettat fl-2018 (EUR 1,8 biljun) kien ta’ EUR 12,5 miljun (0,69 % tal-infiq aċċettat fl-2018). Minn dan l-ammont kumplessiv f’riskju, kien stmat li EUR 7,2 miljun (57,8 %) se jiġu kkoreġuti permezz tal-kontrolli li d-DĠ se jwettaq fis-snin li ġejjin. Dan wassal lid-Direttur Ġenerali biex jiddikjara li l-esponiment finanzjarju tad-DĠ kien taħt is-soll ta’ materjalità ta’ 2 %. B’kont meħud tal-fatt li aħna ma għandniex kampjun rappreżentattiv biex nagħmlu stima tar-rata ta’ żball għall-Intestatura “Ewropa Globali” tal-QFP, ma ninsabux f’pożizzjoni li nindikaw jekk din id-dikjarazzjoni tikkontradixxix ir-riżultati tax-xogħol tal-awditjar tagħna. Barra minn hekk, parti żgħira biss mill-kontrolli tagħna (17 %) hija relatata ma’ tranżazzjonijiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tad-DĠ ECHO.

    9.20.

    F’dak li jirrigwarda l-kapaċità korrettiva tad-DĠ ECHO, aħna sibna li — minkejja l-isforzi tad-DĠ ECHO biex jeskludi mill-kalkolu l-irkupri li saru fuq il-prefinanzjament, l-ordnijiet ta’ rkupru kkanċellati u l-imgħax iġġenerat — l-affidabbiltà taċ-ċifra għall-2018 tnaqqset minħabba żbalji li ma nqabdux li wasslu għal dikjarazzjoni eċċessiva tal-kapaċità korrettiva tad-DĠ. Għalkemm huwa diffiċli li jiġi kkwantifikat il-kobor ta’ dan in-nuqqas, huwa ma jaffettwax l-aċċertament ipprovdut mid-Direttur Ġenerali.

    Rapport annwali tal-attività u studju dwar ir-RER tad-DĠ DEVCO

    9.21.

    Ix-xogħol li twettaq fuq ir-Rapport Annwali tal-Attività 2018 tad-DĠ DEVCO u fuq l-istudju tiegħu dwar ir-RER huma ppreżentati fid-dettall fir-Rapport Annwali tagħna dwar it-8, id-9, l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ara l-paragrafi 28 sa 37).

    Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

    9.22.

    Il-kampjun ta’ tranżazzjonijiet kien maħsub biex jgħinna niffurmaw opinjoni dwar l-infiq għall-2018 mill-baġit fl-intier tiegħu aktar milli biex ikun rappreżentattiv tal-infiq taħt din l-intestatura tal-QFP. L-għadd ta’ tranżazzjonijiet awditjati ma kienx biżżejjed biex jiġi stmat il-livell ta’ żball. Għalhekk, aħna ma kkalkulajniex rata ta’ żball għal din l-intestatura tal-QFP (ara l-paragrafu 9.6). Minkejja dan, l-eżaminar li wettaqna tat-tranżazzjonijiet u tas-sistemi ġibed l-attenzjoni għal tliet oqsma fejn jista’ jsir titjib.

    Rakkomandazzjonijiet

    9.23.

    L- Anness 9.2 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna għat-tliet rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2015 tagħna (13). Il-Kummissjoni implimentat bis-sħiħ tnejn minnhom, filwaqt li l-oħra ġiet implimentata parzjalment.

    9.24.

    Ibbażat fuq is-sejbiet tagħna għall-2018, aħna nirrakkomandaw li l-Kummissjoni:

    Rakkomandazzjoni 9.1

    Sal-2020, tieħu passi biex tirrinforza l-obbligu fuq l-organizzazzjonijiet internazzjonali biex jgħaddu lill-QEA, fuq talba tagħha stess, kull dokument jew l-informazzjoni meħtieġa sabiex twettaq ix-xogħol tagħha, kif previst fit-TFUE.

    Rakkomandazzjoni 9.2

    Sal-2020, tieħu passi biex tadatta l-metodoloġija tad-DĠ NEAR relatata mar-RER biex tillimita d-deċiżjonijiet dwar li titpoġġa fiduċja sħiħa fuq xogħol preċedenti, u timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tagħha.

    Rakkomandazzjoni 9.3

    Tirrevedi l-kalkolu tad-DĠ ECHO tal-kapaċità korrettiva għall-2019, billi teskludi l-irkupru ta’ prefinanzjament li ma jkunx intnefaq.

    Parti 2 — Prestazzjoni

    9.25.

    Aħna vvalutajna aspetti relatati mal-prestazzjoni għal selezzjoni ta’ 15-il tranżazzjoni li kienu ġew ikkompletati u li kienu fil-kampjun tagħna. Wettaqna kontrolli fuq il-post meta żorna erba’ Delegazzjonijiet tal-UE fl-Ukrajna, fl-Alġerija, fil-Bożnija-Ħerzegovina, u fil-Laos.

    9.26.

    Għal kull proġett, aħna vvalutajna jekk kinux ġew stabbiliti indikaturi ċari tal-output u tal-eżitu. Ivverifikajna wkoll jekk l-objettivi relatati mal-output tal-proġetti kinux intlaħqu f’termini ta’ kwantità, kwalità u twaqqit. Wettaqna kontrolli addizzjonali fuq l-ispejjeż aċċettati tal-proġetti, sabiex nivverifikaw li dawn kienu jikkonformaw mal-offerti finanzjarji approvati.

    9.27.

    Il-proġetti kollha eżaminati kellhom indikaturi tal-prestazzjoni ċari u rilevanti. L-oqfsa loġiċi tagħhom kienu strutturati tajjeb, u l-outputs tagħhom kienu realisitiċi u setgħu jintlaħqu. Madankollu, aħna sibna problema li naqqset mill-prestazzjoni f’wieħed mill-proġetti (ara l- Kaxxa 9.6 ).

    Kaxxa 9.6

    Kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni li affettwaw il-proġetti li żorna

    Aħna awditjajna programm għall-bini tal-istituzzjonijiet li kellu l-għan li jtejjeb il-kapaċità tal-unitajiet tal-protezzjoni ċivili u tas-salvataġġ fir-Repubblika tas-Serbja u fil-Bożnija-Ħerzegovina biex jirrispondu għal kriżijiet relatati mal-għargħar.

    L-objettivi tal-outputs marbuta mal-attivitajiet ta’ taħriġ intlaħqu biss parzjalment. L-attendenza għalihom kienet sinifikattivament aktar baxxa milli previst (inqas minn 50 %). Pereżempju:

    Għas-sessjonijiet ta’ ħidma f’Brčko u f’Brod attendew 20 u 32 persuna rispettivament, għall-kuntrarju tas-60 parteċipant previst għal kull avveniment.

    Eżerċizzju ta’ dimostrazzjoni konġunta, li għalih kien previst li jattendu 50 parteċipant, ġie sostitwit b’eżerċizzju bbażat fuq data reali dwar il-komunikazzjoni f’każ ta’ emerġenza, li għalih attendew 6 parteċipanti.

    Aħna nqisu li dawn iċ-ċifri huma sinjal ta’ ppjanar ħażin: il-qafas loġiku stabbilixxa indikaturi tal-outputs li huma ottimisti żżejjed.


    (1)  Implimentazzjoni finali tal-pagamenti, inkluż id-dħul assenjat.

    (2)  Bħall-finanzjament ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet/provvisti/servizzi, għotjiet, self speċjali, garanziji ta’ self u assistenza finanzjarja, appoġġ baġitarju u forom immirati oħra ta’ għajnuna baġitarja.

    (3)  Kull sena, id-DĠ NEAR u d-DĠ DEVCO jikkuntrattaw studji dwar ir-RER biex jistmaw il-livell ta’ żball li l-kontrolli kollha ta’ ġestjoni għall-prevenzjoni, id-detezzjoni u l-korrezzjoni ta’ żbalji fil-qasam intier tar-responsabbiltà tagħhom ma jkunux irnexxilhom jaqbdu. Studju dwar ir-RER ma jikkostitwix inkarigu ta’ aċċertament jew awditu; huwa bbażat fuq il-metodoloġija relatata mar-RER u fuq il-manwali tad-direttorati ġenerali rispettivi.

    (4)  Permezz tal-analiżi li wettaqna tal-istudji dwar ir-RER, aħna sibna li, meta mqabbla max-xogħol tal-awditjar tagħna, il-metodoloġija wara l-istudju dwar ir-RER tad-DĠ DEVCO tinkludi ferm inqas (massimu ta’ disa’) kontrolli fuq il-post. Barra minn hekk, kemm l-istudju dwar ir-RER tad-DĠ DEVCO kif ukoll dak tad-DĠ NEAR jagħtu inqas lok għall-eżaminar tal-proċeduri ta’ akkwist. Għalhekk, aħna ppeżajna r-riżultat tal-istudji dwar ir-RER biex nieħdu kont tas-sehem ta’ żbalji relatati man-nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku (ibbażat fuq is-sejbiet tagħna relatati mad-DAS 2014–2017 għal Ewropa Globali).

    (5)  Aħna kkampjunajna 19-il tranżazzjoni tad-DĠ NEAR, 18 tad-DĠ DEVCO, 10 tad-DĠ ECHO u 11-il tranżazzjoni oħra. Għall-parti mill-popolazzjoni tagħna li kienet koperta mill-istudji tal-2018 dwar ir-RER imwettqa mid-DĠ NEAR u d-DĠ DEVCO (9 %), aħna inkludejna r-riżultati ta’ dawn l-istudji fil-kalkolu tagħna.

    (6)  Ix-xogħol li twettaq fuq ir-RAA tad-DĠ DEVCO huwa ppreżentat fid-dettall fir-Rapport Annwali tagħna dwar it-8, id-9, l-10 u l-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp.

    (7)  L-Alġerija, l-Ukrajna, il-Bożnija-Ħerzegovina, u l-Laos.

    (8)  Il-kontrolli fuq il-finanzi pubbliċi ta’ pajjiżi sħab ma jaqgħux fl-ambitu tal-awditi tagħna relatati mad-DAS. L-effiċjenza u l-effettività tal-appoġġ baġitarju huma indirizzati f’għadd ta’ rapporti speċjali, fejn dawk l-aktar reċenti huma r-RS Nru 35/2016: “L-użu tal-appoġġ baġitarju biex tittejjeb il-mobilizzazzjoni tad-dħul domestiku fl-Afrika sub-Saħarjana”; ir-RS Nru 32/2016: “Assistenza mill-UE lill-Ukrajna” u r-RS Nru 30/2016: “L-effettività tal-appoġġ tal-UE lis-setturi prijoritarji fil-Honduras”.

    (9)  Id-dritt tal-QEA li jkollha aċċess għad-dokumentazzjoni huwa stabbilit fl-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea: “Il-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirċievu pagamenti mill-baġit, […] għandhom jgħaddu lill-Qorti tal-Awdituri, fuq talba tagħha stess, kull dokument jew informazzjoni meħtieġa sabiex twettaq ix-xogħol tagħha.”

    (10)  L-Opinjoni Nru 10/2018 tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali, il-paragrafu 18.

    (11)  Fl-2018, il-kuntrattur poġġa fiduċja sħiħa fuq xogħol preċedenti ta’ kontroll għal 118-il tranżazzjoni IPA u ENI (23,6 %), meta mqabbel ma’ 57 (12,2 %) fl-2017 u 55 (13,0 %) fl-2016.

    (12)  Tpoġġiet fiduċja sħiħa fuq xogħol preċedenti ta’ kontroll għal 118-il tranżazzjoni minn total ta’ 501 (ENI+IPA+IMBC).

    (13)  Aħna għażilna r-Rapport 2015 tagħna għall-eżerċizzju ta’ segwitu ta’ din is-sena billi l-Kummissjoni kellha biżżejjed żmien biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet tagħna.

    ANNESS 9.1

    INFIQ OPERAZZJONALI FL-2018 SKONT ID-DELEGAZZJONI

    Image 60

    Image 61

    Sorsi:

    Sfond tal-mappa ©OpenStreetMap kontributuri liċenzjati taħt il-liċenzja Creative Commons Attribution-ShareAlike 2.0 (CC BY-SA) u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ibbażat fuq il-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2018.

    ANNESS 9.2

    SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL EWROPA GLOBALI

    Sena

    Rakkomandazzjoni tal-QEA

    Analiżi mill-QEA tal-progress li sar

    Implimentata bis-sħiħ

    Qed tiġi implimentata

    Mhux implimentata

    Mhux applikabbli

    Evidenza insuffiċjenti

    Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

    F’xi wħud mill-aspetti

    2015

    Rakkomandazzjoni 1: jenħtieġ li d-DĠ DEVCO u d-DĠ NEAR itejbu l-kwalità tal-verifikazzjonijiet tal-infiq ikkuntrattat mill-benefiċjarji, prinċipalment billi jintroduċu miżuri ġodda bħall-użu ta’ grilja tal-kwalità biex jiċċekkjaw il-kwalità tax-xogħol imwettaq mill-awdituri kkuntrattati mill-benefiċjarji u r-reviżjoni tat-termini ta’ referenza tal-awdituri;

     

     

     

     

    X

     

    Rakkomandazzjoni 2: jenħtieġ li d-DĠ NEAR jieħu azzjoni biex jiżgura li l-finanzjament li jitwassal permezz ta’ strument ta’ ġemellaġġ ikun skont ir-regola li tipprojbixxi l-qligħ u jaderixxi mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba;

    X

     

     

     

     

     

    Rakkomandazzjoni 3: jenħtieġ li d-DĠ NEAR jirrivedi l-metodoloġija tar-RER biex jipprovdi informazzjoni li tkun statistikament preċiża dwar l-ammont f’riskju għal pagamenti mwettqa fil-qasam tal-IPA taħt ġestjoni indiretta.

    X

     

     

     

     

     


    CHAPTER 10

    Amministrazzjoni

    WERREJ

    Introduzzjoni 10.1–10.5
    Deskrizzjoni qasira tal-intestatura tal-QFP 10.3
    Ambitu u approċċ tal-awditjar 10.4–10.5
    Regolarità tat-tranżazzjonijiet 10.6–10.13
    Osservazzjonijiet dwar il-kampjun prinċipali tat-tranżazzjonijiet 10.7–10.8
    Il-Kummissjoni 10.8
    Osservazzjonijiet dwar il-proċeduri ta' akkwist pubbliku għat-titjib tas-sigurtà tan-nies u l-bini 10.9–10.13
    Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta' governanza 10.14
    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet 10.15–10.17
    Konklużjoni 10.15
    Rakkomandazzjonijiet 10.16–10.17

    Anness 10.1 —

    Riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet għal “Amministrazzjoni”

    Anness 10.2 —

    Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal “Amministrazzjoni”

    Introduzzjoni

    10.1.

    Dan il-kapitolu jippreżenta s-sejbiet tagħna għall-Intestatura “Amministrazzjoni” tal-QFP (1). Il- Kaxxa 10.1 tagħti stampa ġenerali tal-infiq ta’ kull istituzzjoni u korp taħt din l-intestatura fl-2018.

    Kaxxa 10.1

    Intestatura 5 “Amministrazzjoni” tal-QFP — ripartizzjoni fl-2018

    Ripartizzjoni tal-pagamenti:

    Image 62

    Pagamenti u popolazzjoni awditjata:

    Image 63

    (1)

    F’konformità mad-definizzjoni armonizzata tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (għad-dettalji ara l- Anness 1.1 , il-paragrafu 13).

    Sors:

    Il-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea għall-2018.

    10.2.

    Aħna noħorġu rapporti separati dwar l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-UE (2) u dwar l-Iskejjel Ewropej (3). Il-mandat tagħna ma jkoprix l-awditu finanzjarju tal-Bank Ċentrali Ewropew.

    Deskrizzjoni qasira tal-intestatura tal-QFP

    10.3.

    In-nefqa amministrattiva tinkludi n-nefqa fuq riżorsi umani, li tirrappreżenta madwar 60 % tat-total, u fuq bini, tagħmir, enerġija, komunikazzjoni u teknoloġija tal-informatika. Ix-xogħol li wettaqna fuq medda ta’ bosta snin jindika li dan l-infiq huwa ta’ riskju baxx.

    Ambitu u approċċ tal-awditjar

    10.4.

    Filwaqt li applikajna l-approċċ u l-metodi tal-awditjar ippreżentati fl- Anness 1.1 , aħna eżaminajna dan li ġej għall-Intestatura 5 tal-QFP fl-2018:

    (a)

    kampjun ta’ 45 tranżazzjoni, f’konformità mal-paragrafu 11 tal- Anness 1.1 . Il-kampjun kien maħsub biex ikun rappreżentattiv tal-firxa ta’ nfiq taħt din l-intestatura tal-QFP (ara l- Kaxxa 10.1 u l-paragrafu 10.3). L-objettiv tagħna kien li nikkontribwixxu għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni kumplessiva kif deskritt fl- Anness 1.1 ;

    (b)

    proċeduri ta’ akkwist pubbliku li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja organizzaw għat-titjib tas-sigurtà tan-nies u tal-bini (4);

    (c)

    l-affidabbiltà tal-informazzjoni dwar ir-regolarità fir-rapporti annwali tal-attività tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE, fosthom dawk tad-direttorati ġenerali (DĠ) u tal-uffiċċji tal-Kummissjoni li huma primarjament responsabbli għan-nefqa amministrattiva (5), u l-konsistenza ġenerali tagħha mar-riżultati tagħna.

    10.5.

    L-infiq proprju tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri jiġi awditjat minn ditta esterna (6). Ir-riżultati tal-awditu li din wettqet tar-rapporti finanzjarji tagħna għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2018 jingħataw fil-paragrafu 10.7.

    Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    10.6.

    L- Anness 10.1 jagħti stampa ġenerali tar-riżultati tal-ittestjar tat-tranżazzjonijiet. Mill-45 tranżazzjoni li eżaminajna, 13 (28,9 %) kien fihom żbalji. L-iżball li kkwantifikajna wassal għal livell ta’ żball stmat li jinsab taħt is-soll ta’ materjalità.

    Osservazzjonijiet dwar il-kampjun prinċipali tat-tranżazzjonijiet

    10.7.

    Minbarra l-kwistjonijiet diskussi fil-paragrafi 10.9 sa 10.13, aħna ma identifikajniex xi kwistjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw lill-Parlament, il-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Awdituri (7), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni, l-Ombudsman Ewropew, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

    Il-Kummissjoni

    10.8.

    Aħna qbadna għadd akbar ta’ dgħufijiet fil-kontrolli interni, li jirrigwardaw il-ġestjoni ta’ allowances tal-familja għall-membri tal-persunal, milli qbadna fi snin preċedenti (8). B’mod partikolari aħna osservajna li l-PMO ma mmonitorjax b’mod suffiċjenti l-aġġornar preċiż u f’waqtu tal-fajls personali biex jiżgura li l-bażi li ntużat għall-kalkolu tas-salarji u tal-allowances hija korretta. Pereżempju minkejja riforma, li ngħatat ħafna pubbliċità, tas-sistema ta’ allowances tal-familja fi Franza, il-PMO ma aġġornax ir-rekords li kellu tal-allowances tal-familja li tħallsu mill-awtoritajiet Franċiżi u li kellhom jitnaqqsu mill-allowances imħallsa mill-istituzzjonijiet tal-UE (9). Aħna sibna wkoll li, f’każijiet fejn jitħallas allowance tal-familja, l-introjtu annwali tal-konjuġu jiġi ċċekkjat kull erba’ snin biss. Fl-aħħar nett, il-PMO ma vverifikax regolarment il-post tar-residenza tal-membri tal-persunal irtirati li jibbenefikaw minn koeffiċjent tal-korrezzjoni fuq il-pensjoni tagħhom.

    Osservazzjonijiet dwar il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għat-titjib tas-sigurtà tan-nies u l-bini

    10.9.

    Minħabba l-attakki terroristiċi tas-snin reċenti, l-istituzzjonijiet sabu li kien meħtieġ li tissaħħaħ il-protezzjoni tan-nies u l-bini fl-iqsar żmien possibbli. Għalhekk, aħna eżaminajna 13-il proċedura ta’ akkwist li l-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Ġustizzja kienu organizzaw f’dan il-qasam bejn l-2015 u l-2018.

    10.10.

    Meta għamilna dan, aħna ffukajna fuq id-definizzjoni tal-ħtiġijiet, in-natura tal-proċedura ta’ akkwist li ntużat, l-implimentazzjoni tal-proċedura fl-istadji kollha u l-għażla tal-kuntratturi. Aħna sibna dgħufijiet fil-proċeduri li l-Parlament u l-Kummissjoni kienu organizzaw. Dawn id-dgħufijiet irriżultaw l-aktar mill-urġenza li jiġu konklużi kuntratti.

    10.11.

    Għall-akkwist ta’ xogħlijiet speċifiċi ta’ bini, relatati mas-sigurtà, il-Parlament irrikorra għal kuntratti qafas li diġà kienu fis-seħħ. Minħabba l-mod kif dawn il-kuntratti qafas kienu mfassla, il-Parlament seta’ jordna xogħlijiet li ma kinux inklużi fl-iskeda oriġinali tal-prezzijiet fuq il-bażi ta’ kwotazzjoni unika mill-kuntrattur. Il-Parlament uża dan l-approċċ fi tnejn mill-erba’ proċeduri li eżaminajna, li jista’ jfisser li x-xogħlijiet ma ġewx akkwistati bil-prezz l-aktar baxx (10).

    10.12.

    Aħna sibna li, fi tnejn mill-ħames każijiet (11) li awditjajna fil-Kummissjoni, l-istituzzjoni kienet organizzat proċeduri nnegozjati għalkemm il-kriterji tar-Regolament Finanzjarju għall-użu ta’ dawn il-proċeduri ma kinux ġew issodisfati. Fl-ewwel każ, il-valur tal-kuntratt inqasam biex seta’ jinxtara tagħmir ta’ sorveljanza bil-video fuq il-bażi ta’ proċedura nnegozjata għal kuntratti b’valur medju skont ir-regoli li kienu fis-seħħ f’dak iż-żmien (12). Fit-tieni każ, il-Kummissjoni invokat il-klawsola ta’ “urġenza estrema” biex tikkuntratta xogħlijiet ta’ bini bl-użu ta’ proċedura nnegozjata ma’ kandidat wieħed mingħajr il-pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż dwar kuntratt (13). Peress li, madankollu, il-Kummissjoni diġà kienet ħadet bosta xhur biex tniedi l-proċedura, hija la ddimostrat li kien hemm xi urġenza estrema u lanqas li ma kienx possibbli li jiġu rrispettati l-limiti ta’ żmien applikabbli għal proċeduri standard.

    10.13.

    Barra minn hekk, tlieta mill-proċeduri li eżaminajna fil-Kummissjoni kienu milquta minn nuqqasijiet relatati mal-proċess ta’ evalwazzjoni. F’każ partikolari, l-offerent ma ssodisfax wieħed mir-rekwiżiti minimi tal-ispeċifikazzjonijiet tal-offerta u, fiż-żewġ każijiet l-oħra, il-Kummissjoni ma vverifikatx sew li l-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla kienu ġew irrispettati.

    Rapporti annwali tal-attività u arranġamenti oħra ta’ governanza

    10.14.

    Ir-rapporti annwali tal-attività li eżaminajna ma identifikawx livelli materjali ta’ żball; dan huwa konsistenti mar-riżultati tal-awditjar proprja tagħna.

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    Konklużjoni

    10.15.

    L-evidenza kumplessiva għall-awditjar tindika li l-livell ta’ żball fl-infiq fuq “Amministrazzjoni” ma kienx materjali (ara l- Anness 10.1 ).

    Rakkomandazzjonijiet

    10.16.

    L- Anness 10.2 juri s-sejbiet tal-analiżi ta’ segwitu li wettaqna għall-erba’ rakkomandazzjonijiet li għamilna fir-Rapport Annwali 2015 tagħna. Kien hemm tliet rakkomandazzjonijiet li ma eżaminajniex minħabba li x-xogħol tal-awditjar tagħna għall-2018 ma kienx ikopri t-tip ta’ tranżazzjonijiet relatati magħhom. L-istituzzjoni kkonċernata mir-rakkomandazzjoni l-oħra issa implimentatha f’xi wħud mill-aspetti (ara wkoll il-paragrafu 10.8).

    10.17.

    Ibbażat fuq din l-analiżi u fuq is-sejbiet u l-konklużjonijiet tagħna għall-2018, aħna nirrakkommandaw li:

    Rakkomandazzjoni 10.1

    Il-Kummissjoni ttejjeb, mill-aktar fis possibbli, is-sistemi tagħha għall-ġestjoni tal-allowances statutorji tal-familja billi żżid il-frekwenza tal-kontrolli li jirrigwardaw is-sitwazzjoni personali tal-membri tal-persunal u billi tirrinforza l-kontrolli tal-konsistenza fuq id-dikjarazzjoni ta’ allowances li jkunu ngħataw minn sorsi oħra, speċjalment meta jsiru riformi fis-sistemi tal-allowances tal-familja fl-Istati Membri.


    (1)  Din tinkludi n-nefqa amministrattiva tal-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE, il-pensjonijiet u l-pagamenti għall-Iskejjel Ewropej.

    (2)  Ir-rapporti annwali speċifiċi tagħna dwar l-aġenziji u l-korpi l-oħra huma ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali.

    (3)  Aħna noħorġu rapport annwali speċifiku li jiġi ppreżentat lill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej. Aħna nibagħtu wkoll kopja ta’ dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

    (4)  L-awditu tagħna kien jinkludi erba’ proċeduri ta’ akkwist organizzati mill-Parlament Ewropew, waħda mill-Kunsill, ħamsa mill-Kummissjoni u tlieta mill-Qorti tal-Ġustizzja. Aħna għażilna dawn il-proċeduri fuq bażi diskrezzjonali.

    (5)  Id-DĠ Riżorsi Umani u Sigurtà (HR), l-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO), l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u Loġistika fi Brussell (OIB) u fil-Lussemburgu (OIL) u d-DĠ Informatika (DIGIT).

    (6)  PricewaterhouseCoopers, Société à responsabilité limitée, Réviseur d’Entreprises.

    (7)  Ir-rapport tal-awditur estern dwar ir-rapporti finanzjarji msemmija fil-paragrafu 10.5 jiddikjara li, “ir-rapporti finanzjarji jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-31 ta’ Diċembru 2018, u tar-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha, il-flussi tal-flus tagħha u l-bidliet fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar”.

    (8)  Ara r-Rapport Annwali 2017, il-paragrafu 10.12, u r-Rapport Annwali 2015, il-paragrafu 9.12.

    (9)  Skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-UE.

    (10)  Aħna rrappurtajna l-istess tip ta’ sejba fil-paragrafu 10.9 tar-Rapport Annwali tagħna għall-2017.

    (11)  Wieħed ta’ valur baxx, tlieta ta’ valur medju u wieħed ogħla mis-soll tad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku.

    (12)  L-Artikolu 136a tar-Regolament Finanzjarju 2016 (bejn EUR 60 001 u EUR 135 000).

    (13)  L-Artikolu 134(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju 2016.

    ANNESS 10.1

    RIŻULTATI TAL-ITTESTJAR TAT-TRANŻAZZJONIJIET GĦAL “AMMINISTRAZZJONI”

     

    2018

    2017

    DAQS U STRUTTURA TAL-KAMPJUN

    Total tat-tranżazzjonijiet:

    45

    55

    IMPATT STMAT TA' ŻBALJI KWANTIFIKABBLI

    Livell ta’ żball stmat

    Ħieles minn żball materjali

    Ħieles minn żball materjali

    ANNESS 10.2

    SEGWITU TAR-RAKKOMANDAZZJONIJIET PREĊEDENTI GĦAL “AMMINISTRAZZJONI”

    Sena

    Rakkomandazzjoni tal-Qorti

    Analiżi mill-Qorti tal-progress li sar

    Implimentata bis-sħiħ

    Qed tiġi implimentata

    Mhux implimentata

    Mhux applikabbli (*1)

    Fil-biċċa l-kbira mill-aspetti

    F’xi wħud mill-aspetti

    2015

    Rakkomandazzjoni 1: jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jeżamina l-qafas ta’ kontroll eżistenti għall-implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-baġit li jiġu allokati għal gruppi politiċi. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew jipprovdi gwida aħjar permezz ta’ monitoraġġ rinforzat dwar l-applikazzjoni, mill-gruppi, tar-regoli għall-awtorizzazzjoni u l-ħlas ta’ nfiq, u għall-proċeduri ta’ akkwist (ara l-paragrafu 9.11).

     

     

     

     

    X

    Rakkomandazzjoni 2: jenħtieġ li l-Kummissjoni Ewropea ttejjeb is-sistemi ta' monitoraġġ tagħha bil-ħsieb li taġġorna f'waqtha s-sitwazzjoni personali tal-membri tal-persunal, li jista' jkollha impatt fuq il-kalkolu tal-allowances tal-familja (ara l-paragrafu 9.12).

     

     

    X

     

     

    Rakkomandazzjoni 3: jenħtieġ li s-SEAE jiżgura li l-passi kollha fil-proċeduri tal-għażla ta’ aġenti lokali rreklutati f’delegazzjonijiet jiġu ddokumentati b’mod xieraq (ara l-paragrafu 9.13).

     

     

     

     

    X

    Rakkomandazzjoni 4: jenħtieġ li s-SEAE jtejjeb il-gwida tiegħu dwar it-tfassil, il-koordinazzjoni u l-eżekuzzjoni tal-proċeduri ta' akkwist fid-delegazzjonijiet għal kuntratti b’valur ta’ inqas minn EUR 60 000 (ara l-paragrafu 9.14).

     

     

     

     

    X


    (*1)  Ix-xogħol tal-awditjar li wettaqna għall-2018 ma kienx jinkludi eżaminar ta’ tranżazzjonijiet ta’ dan it-tip. Is-segwitu għal dawn ir-rakkomandazzjonijiet se jitwettaq fi snin futuri.


    RISPOSTI TAL-ISTITUZZJONIJIET GĦAR-RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-BAĠIT GĦAS-SENA FINANZJARJA 2018

    WERREJ

    Risposti għall-Kapitolu 1 —

    Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u l-informazzjoni ta’ sostenn

     

    Tweġibiet tal-Kummissjoni 209

    Risposti għall-Kapitolu 2 —

    Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

     

    Risposti tal-Kummissjoni 213

    Risposti għall-Kapitolu 3 —

    Kisba ta’ riżultati mill-baġit tal-UE

     

    Tweġibiet tal-Kummissjoni 217

    Risposti għall-Kapitolu 4 —

    Dħul

     

    Tweġibiet tal-Kummissjoni 245

    Risposti għall-Kapitolu 5 —

    Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

     

    Tweġibiet tal-Kummissjoni 247

    Risposti għall-Kapitolu 6 —

    Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

     

    Tweġibiet tal-Kummissjoni 251

    Risposti għall-Kapitolu 7 —

    Riżorsi naturali

     

    Tweġibiet tal-Kummissjoni 259

    Risposti għall-Kapitolu 8 —

    Sigurtà u ċittadinanza

     

    Tweġibiet tal-Kummissjoni 263

    Risposti għall-Kapitolu 9 -

    Ewropa Globali

     

    Tweġibiet tal-Kummissjoni 265

    Risposti għall-Kapitolu 10 —

    Amministrazzjoni

     

    Tweġibiet tal-Parlament 267

     

    Tweġibiet tal-Kummissjoni 268

     

    Kapitolu 1 — Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni u informazzjoni ta’ sostenn

    Tweġibiet tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Sejbiet tal-awditjar għas-sena finanzjarja 2018

    Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    1.15 (b). Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjon it-titjib kontinwu fl-effikaċja tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti biex jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa mill-baġit tal-UE u li l-QEA tikkonferma li l-iżball materjali huwa limitat għal ċerti tipi ta’ nfiq. Il-livell ġenerali ta’ żball għadu baxx meta mqabbel mas-snin ta’ qabel l-2017.

    1.16 L-ewwel inċiż. Fir-rigward tal-kumplessità tar-regoli, il-Kummissjoni taqbel li dan jikkontribwixxi għal riskju ogħla ta’ żball. Għalhekk qed taħdem kontinwament biex tissimplifika r-regoli sa fejn hu possibbli (ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 1.18) u żżid l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ forniment aktar sempliċi bħal għażliet tal-ispejjeż issimplifikati. It-tnaqqis tal-burokrazija għall-benefiċjarji kien wieħed mill-prinċipji ta’ gwida għall-proposti tal-Kummissjoni rigward il-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss, li qies ukoll ir-rakkomandazzjonijiet li għamlet il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

    B’mod parallel, din is-sena l-Kummissjoni tagħti appoġġ lill-awtoritajiet kollha tal-programmi fl-Istati Membri permezz ta’ diversi azzjonijiet, laqgħat u noti ta’ gwida, sabiex itejbu l-mod kif jevitaw u jikkoreġu l-iżbalji u kollox ma’ kollox tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jindirizzaw id-dispożizzjonijiet tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali. B’mod partikolari, dawn l-azzjonijiet iffukaw fuq il-bżonn li jinkoraġġixxu l-użu ta’ għażliet tal-ispejjeż issimplifikati u li jippromwovu trasparenza akbar fuq il-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, b’segwitu għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni aġġornat dwar l-Akkwist Pubbliku.

    1.18.

    Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjon li kważi nofs in-nefqa awditjata mhijiex affettwata minn żball materjali. Żball materjali huwa limitat għal ċerti tipi ta’ nfiq (nefqa bbażata fuq rimborżi). Għal din it-tip ta’ nefqa, il-konklużjoni tal-QEA hija konformi mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni tal-2018 (Annual Management and Performance Report, AMPR) tagħha.

    1.19.

    Il-Kummissjoni kontinwament timmira li tipproponi kemm jista’ jkun regoli sempliċi għall-programmi sabiex tnaqqas ir-riskju ta’ żball. Madankollu, għandha wkoll l-għan li tistabbilixxi objettivi ambizzjużi biex tiżdied il-prestazzjoni tal-programmi u tal-għajnuna mmirata, li jistgħu jirrikjedu ċerta kumplessità tar-regoli. Il-legalità u r-regolarità għandhom għalhekk ikunu bbilanċjati mal-kisba tal-objettivi tal-politika filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż tal-konsenja. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 1.16, l-ewwel inċiż.

    1.21.

    Fil-qasam tal-Agrikoltura, il-Kummissjoni tinnota li l-pagamenti diretti tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG), li jirrappreżentaw 71,8 % tal-infiq f’dan il-qasam, huma ħielsa minn żball materjali. Fil-qasam tal-“Kompetittività” il-livell ta’ żball huwa fil-livell limitu ta’ materjalità ta’ 2 %.

    1.22.

    Ara r-risposta tal-Kummissjoni għall-paragrafu 1.21.

    1.24.

    Fil-qasam ta’ politika “Kompetittività”, il-Kummissjoni tinnota li l-QEA tqis li n-nefqa mhux ta’ riċerka hija ta’ riskju aktar baxx.

    Kif spjegat fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva li takkumpanja l-proposta leġiżlattiva tagħha, il-Kummissjoni tikkonferma li għal Orizzont 2020 hija tqis li riskju ta’ żball, fuq bażi annwali, bejn 2 % u 5 % huwa realistiku meta jitqiesu r-riskji inerenti assoċjati mad-disinn tal-programm u l-ispejjeż tal-kontrolli. Madankollu, il-Kummissjoni għandha l-għan li tikseb livell ta’ żball kemm jista’ jkun qrib 2 % fi tmiem il-programm.

    1.25.

    Fil-qasam tal-“Koeżjoni”, il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza tax-xogħol li għamlu l-awtoritajiet tal-awditjar biex jidentifikaw l-iżbalji. Dan wassal għal korrezzjonijiet finanzjarji sinifikanti qabel ma l-kontijiet tal-2014–2020 ġew ippreżentati lill-Kummissjoni jew il-programmi 2007–2013 setgħu jingħalqu.

    Il-Kummissjoni tinnota li interpretazzjoni diverġenti tar-regoli nazzjonali jew tal-UE applikabbli kellha impatt fuq ir-rata ta’ żball ikkalkulata mill-QEA (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.14).

    Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u ta’ awditjar permezz ta’ diversi noti ta’ gwida, laqgħat tekniċi u għodod ta’ awditjar konġunt sabiex maż-żmien jiġi żgurat livell residwu ta’ żball inqas mil-livell ta’ materjalità.

    Il-Kummissjoni tenfasizza li hemm għadd ta’ programmi operattivi li għalihom għaddejjin proċeduri ta’ interruzzjoni u sospensjoni bil-ħsieb li jiġu implimentati pjanijiet ta’ azzjoni, inklużi korrezzjonijiet finanzjarji. Hija tirrapporta dwar id-dgħufijiet identifikati u l-azzjonijiet li ttieħdu b’mod trasparenti fir-Rapporti Annwali tal-Attività tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

    1.26.

    Fil-qasam tal-“Agrikoltura”, il-Kummissjoni hija sodisfatta bil-konklużjoni tal-QEA li l-pagamenti diretti tal-FAEG, li jirrappreżentaw 71,8 % tal-infiq taħt ir-riżorsi naturali jew EUR 41,6 biljun, huma ħielsa minn żball materjali. Din il-konklużjoni hija konsistenti mar-rata ta’ żball stmata mill-Kummissjoni għal din in-nefqa fir-Rapport ta’ Attività Annwali tad-DĠ AGRI għall-2018.

    1.27.

    Fil-qasam tan-“nefqa amministrattiva”, is-sistemi ta’ kontroll tal-Kummissjoni stess ikkonfermaw ukoll li din in-nefqa kienet ħielsa minn żball materjali.

    1.28.

    Ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 1.19 u 1.26.

    1.30.

    Fil-qasam tal-“Koeżjoni”, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-QEA dwar 3 żbalji sinifikanti li jikkonċernaw il-perjodu 2014–2020 u żewġ żbalji li jikkonċernaw il-perjodu 2007–2013 għall-politika ta’ koeżjoni. Dan huwa dovut għal interpretazzjoni diverġenti tar-regoli nazzjonali jew tal-UE applikabbli b’impatt fuq ir-rata ta’ żball ikkalkulata. Il-Kummissjoni tirreferi għall-agħar xenarji possibbli divulgati fir-Rapporti ta’ Attività Annwali għall-2018 rispettivi għall-politika ta’ koeżjoni, li hija temmen jirriflettu, meta jitqiesu l-iżbalji maqbula, stima raġonevoli tar-rata ta’ żball.

    Il-Kummissjoni tisħaq li, fir-rigward tal-iżbalji kkonfermati, se twettaq is-segwitu meħtieġ u se tieħu kull azzjoni li tqis meħtieġa.

    1.31.

    Il-Kummissjoni tinnota li, fil-qasam tal-“Koeżjoni” , l-awtoritajiet tal-awditjar identifikaw il-maġġoranza tal-ksur tal-akkwist pubbliku fit-tranżazzjonijiet eżaminati mill-QEA. Dan juri l-kapaċità mtejba tal-awtoritajiet tal-awditjar li jiskopru dawn it-tip ta’ żbalji. Madankollu, il-Kummissjoni se tkompli bl-azzjonijiet tagħha biex tiżgura li dawn il-kwistjonijiet jiġu identifikati aħjar permezz ta’ verifiki ta’ ġestjoni tal-ewwel livell, b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar l-Akkwist Pubbliku aġġornat.

    L-informazzjoni dwar ir-regolarità tal-Kummissjoni

    1.33.

    Il-Kummissjoni tagħti l-ogħla prijorità biex tiżgura li l-baġit tal-UE jiġi ġestit tajjeb u protett kontra l-iżbalji u l-frodi.

    Sabiex tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet mudell sod, trasparenti u effikaċi ta’ assigurazzjoni u ta’ responsabbiltà kif ukoll qafas sod ta’ kontroll intern. F’dan il-qafas — fejn applikabbli f’kollaborazzjoni ma’ Stati Membri u entitajiet inkarigati — id-dipartimenti tal-Kummissjoni jieħdu miżuri biex jipprevjenu żbalji, irregolaritajiet u frodi; u, meta dawn iseħħu, jieħdu azzjoni biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni.

    Fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni mill-uffiċjali awtorizzanti b’delega tal-Kummissjoni (li jiddikjaraw inter alia li l-informazzjoni fir-rapporti annwali tal-attività tagħhom tagħti stampa vera u ġusta), il-Kulleġġ tal-Kummissarji jerfa’ r-responsabbiltà politika għall-ġestjoni tal-baġit tal-UE.

    Il-Kummissjoni tirrapporta b’mod trasparenti dwar id-dgħufijiet identifikati mis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħha. Dawn id-dgħufijiet huma enfasizzati mir-riżervi li saru mid-dipartimenti tal-Kummissjoni fir-Rapporti ta’ Attività Annwali tagħhom u divulgati fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni. Id-dipartimenti tal-Kummissjoni huma obbligati jistabbilixxu pjanijiet ta’ azzjoni dwar kif se jiġu indirizzati d-dgħufijiet rilevanti kull meta ssir riżerva.

    1.34.

    Għad-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni, il-Kummissjoni ttenni l-appoġġ tagħha għall-approċċ pilota għall-politika ta’ Koeżjoni li ssegwi l-QEA. Fehim komuni u armonizzat tal-qafas globali tal-assigurazzjoni huwa prekundizzjoni essenzjali għal approċċ bħal dan, sabiex jiġi ggarantit qafas ta’ rappurtar stabbli, sistema robusta ta’ assigurazzjoni kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni u biex ikun jista’ jsir awditu uniku. Il-Kummissjoni tinsab lesta biex tkompli d-diskussjoni mal-QEA biex tilħaq tali fehim komuni.

    1.37.

    Għalkemm l-infiq tal-UE huwa suġġett għal karatteristiċi ta’ kontroll komuni, programmi ta’ nfiq individwali jistgħu jvarjaw ħafna minn qasam ta’ politika għal ieħor. Għalhekk, jeħtieġ li l-istrateġiji ta’ kontroll jiġu adattati għal modi ta’ ġestjoni differenti, oqsma ta’ politika u/jew proċeduri ta’ finanzjament speċifiċi u r-riskji assoċjati magħhom. Dan l-approċċ jippermetti li d-DĠs jidentifikaw id-dgħufijiet li għandhom impatt fuq (partijiet) speċifiċi tal-programmi ta’ nfiq u jieħdu azzjonijiet immirati sabiex jindirizzawhom.

    Kaxxa 1.10 — Bażi għall-istima tal-Kummissjoni tal-ammont f’riskju meta jsir il-pagament

    It-tieni inċiż: Sabiex jikkontribwixxu għar-rapportar korporattiv dwar in-nefqa tal-2018, kemm id-Direttorat Ġenerali, REGIO kif ukoll EMPL, stmaw ir-riskju meta jsir il-pagament u dak fl-għeluq billi użaw l-aktar approċċ konservattiv ibbażat fuq ir-rati ta’ żball residwu 2016–2017 ikkonfermati. Ir-rati tal-iżball residwu 2017–2018 mhux ikkonfermati jintużaw biss f’każ li jkunu ogħla mir-rati kkonfermati tal-2016–2017. Il-Kummissjoni tenfasizza li, meta jiġu ffirmati r-Rapport Annwali tal-Attività, in-nefqa ddikjarata fis-sena kalendarja li tkun qed tiġi rrappurtata hija koperta minn ritenzjoni ta’ 10 % fuq il-pagamenti interim.

    Ir-raba’ inċiż: Fil-qasam ta’ politika “Ewropa Globali”, l-istudji tar-RER ta’ DEVCO u ta’ NEAR huma kull wieħed ibbażat fuq kampjuni rappreżentattivi ta’ madwar 500 tranżazzjoni. Il-Kummissjoni tqis li l-esklużjoni ta’ kuntratti antiki ttejjeb l-istima tar-riskju rilevanti għas-sena ta’ rapportar.

    1.39 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li r-riskju meta jsir il-pagament li jiġi divulgat fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni jagħti stampa ġusta tar-riskju għal-legalità u r-regolarità tan-nefqa rilevanti taħt “Koeżjoni” li saret fl-2018, li hija relatata ma’ perjodu differenti minn dak awditjat mill-QEA.

    1.39 It-tielet inċiż. Fil-qasam ta’ politika “Agrikultura”, il-Kummissjoni hija sodisfatta ħafna li l-konklużjoni tal-awditu tal-QEA hija konsistenti mar-riskju ta’ pagament rappurtat fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni u fir-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ AGRI. Dawn ir-rati baxxi ta’ żbalji (ara l-paragrafu 7.35) jissostanzjaw assigurazzjoni raġonevoli għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-direttur ġenerali tad-DĠ AGRI (ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 7.35 u 7.37).

    1.40.

    L-objettiv tal-Kummissjoni huwa li l-livell ta’ żball ikun inqas minn 2 % fi tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tal-programmi (Ara l-paġni 151–152 tar-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni).

    In-natura pluriennali tal-programmi finanzjarji tal-UE tagħmilha possibbli li jiġu kkoreġuti l-iżbalji anki wara li jsiru l-pagamenti, fis-snin sal-għeluq tal-programmi. Il-Kummissjoni stmat li l-korrezzjonijiet futuri ġenerali għandhom ikunu 0,9 % tan-nefqa totali rilevanti għall-2018. Għalhekk, meta mqabbel mar-riskju stmat mal-pagament, ir-riskju fl-għeluq huwa stmat għal 0,8 % tan-nefqa rilevanti totali tal-2018.

    1.41.

    Il-korrezzjonijiet futuri huma stmati skont metodoloġija komuni, jiġifieri bbażata fuq medji storiċi aġġustati kif meħtieġ, speċjalment biex jiġu newtralizzati elementi li ma għadhomx rilevanti. Bħala riżultat, il-korrezzjonijiet futuri stmati huma konservattivi u jirriflettu l-kapaċità korrettiva attwali tad-dipartimenti tal-Kummissjoni.

    Konklużjonijiet

    1.49.

    Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjon li madwar nofs in-nefqa awditjata mhijiex affettwata minn żball materjali. L-iżball materjali huwa limitat għal ċerti tipi ta’ nfiq (nefqa bbażata fuq ir-rimborżi). Il-livell ġenerali ta’ żball għadu baxx meta mqabbel mas-snin ta’ qabel l-2017.

    Kapitolu 2 — Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

    Tweġibiet tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Il-ġestjoni baġitarja fl-2018

    2.8.

    Fl-2018, tħaffef sew il-pass tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni. Ir-rata tal-għażla tal-proġetti għall-FEŻR u għall-Fond ta’ Koeżjoni fi tmiem l-2018 laħqet 76,6 %,li jammontaw għal 4,2 punti perċentwali aktar meta mqabbla mal-2007–2013 matul l-istess perjodu ta’ referenza. Ir-rata tal-għażla għall-FSE/YEI fi tmiem l-2018 laħqet 70 %, li fil-fehma tal-Kummissjoni hija f’livell komparabbli għall-2007–2013.

    Fl-2018, il-baġit ivvotat ġie implimentat għalkollox inkluż id-dħul assenjat.

    L-isforzi li qed isiru jkomplu jħaffu l-implimentazzjoni fil-prattika. Il-Kummissjoni qed twettaq monitoraġġ mill-qrib tal-programmi meqjusa f’riskju sabiex tgħin biex tiġi evitata sitwazzjoni ta’ assorbiment insuffiċjenti u diżimpenn potenzjali. Għaddej djalogu mill-qrib mal-Istati Membri kkonċernati biex tittejjeb is-sitwazzjoni. Is-servizzi tal-Kummissjoni jipprovdu appoġġ sostanzjali lill-Istati Membri inkluż assistenza teknika u servizzi ta’ konsulenza.

    L-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali għall-2014–2020, iffinanzjati mill-FAEŻR, mhijiex milquta minn dewmien u tinsab miexja b’ritmu stabbli.

    2.9 sa 2.11. Il-Kummissjoni mhijiex tal-istess fehma bħall-valutazzjoni tal-QEA f’dak li jirrigwarda r-raġuni prinċipali għall-prefinanzjament li ma ntużax.

    L-implimentazzjoni tal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni wriet li r-rati ta’ prefinanzjament għall-2014–20 kienu ġew stabbiliti wisq għoljin. Għaldaqstant, kien hemm ammonti ta’ prefinanzjament annwali li ma ntużax li ġew irritornati fil-baġit tal-UE.

    Apparti minn hekk, l-introduzzjoni mill-koleġiżlaturi tar-regola ta’ diżimpenn awtomatiku n+3 (minflok n+2) wasslet għad-diżinċentivizzar tal-implimentazzjoni tal-baġit b’rata aktar mgħaġġla.

    Sabiex tinċentiva l-ġestjoni finanzjarja tajba u l-implimentazzjoni f’waqtha għall-2021–2027, il-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (COM(2018) 375) tinkludi regola ta’ diżimpenn awtomatiku n+2 minflok ir-regola ta’ diżimpenn awtomatiku attwali ta’ n+3. Għall-istess raġuni, il-livell ta’ prefinanzjament tnaqqas għal pagament annwali ta’ 0,5 % abbażi tal-appoġġ totali mill-Fondi.

    Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali mhuwiex ikkonċernat mill-paragrafi 2.9 sa 2.11 billi l-prefinanzjament jitħallas biss fl-ewwel 3 snin tal-perjodu ta’ programmazzjoni jiġifieri mill-2014 sal-2016 (f’konformità mal-Artikolu 35(1) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013).

    2.18.

    Wara bidu tardiv, l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni miexja sew.

    2.19 sa 2.21. Il-Kummissjoni, meta pproponiet il-limiti massimi tal-pagamenti għall-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, qieset l-iżviluppi kollha rilevanti għall-istimi tal-pagamenti f’dak il-mument, inkluża l-implimentazzjoni effettiva tal-baġit tal-UE fis-snin preċedenti u l-ħtiġijiet mistennija għall-2021–2027.

    Dawn l-istimi jinkludu wkoll il-proposta tal-Kummissjoni biex jitnaqqas il-livell tal-prefinanzjament annwali għall-programmi 2014–2020 minn 3 % għall-perjodu 2020–2023 għal 1 % għas-snin 2021–2023 (ara COM(2018) 614). Din il-proposta għadha trid tiġi diskussa fil-Kunsill.

    Wara bidu tardiv, l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni miexja sew. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-rata tal-għażla tal-proġetti għall-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2014–2020 kif kienet fi tmiem Diċembru 2018 u kif indikata fit-tweġiba tagħha għall-paragrafu 2.8, qabżet ir-rata kif definita għall-istess żmien għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013. Għaldaqstant, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-implimentazzjoni tal-Fondi SIE ma ġarrbitx dewmien lil hinn minn dak li kien hemm fil-QFP preċedenti.

    Kwistjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja marbuta mal-baġit tal-2018 u mal-futur

    2.22 u 2.23. L-adozzjoni tardiva tal-QFP għall-2014–2020 u d-dewmien konsegwenti fl-adozzjoni tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (6 xhur aktar tard milli fl-2007–2013) wasslu għal bidu tardiv tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2014–2020. Madankollu, mill-2018, l-implimentazzjoni bdiet miexja b’ritmu stabbli.

    It-trikkib bejn il-perjodi ta’ programmazzjoni hija konsegwenza naturali tal-eżistenza ta’ programmi pluriennali b’regola ta’ diżimpenn awtomatiku n+2/n+3.

    Fir-rigward tar-riskju ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament insuffiċjenti fil-bidu tal-QFP li jmiss, ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafu 2.8 u għall-paragrafi 2.19 sa 2.21.

    2.26.

    Il-Kummissjoni tenfasizza li l-iskopertura effettiva tal-baġit tal-UE għall-garanziji mhijiex se tiġġarrab minn baġit annwali uniku. L-iskopertura li tiġġarrab mill-baġit annwali hija biss parti mill-iskopertura effettiva u biċċa minn din tal-aħħar hija protetta minn marġini ta’ likwidità (ara wkoll il-paragrafu 2.27).

    2.28.

    Il-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li għall-ġestjoni tar-riskji tal-EFSD, li jopera fi swieq emerġenti u f’pajjiżi fraġli b’riskju għola minn f’operazzjonijiet garantiti fl-Istati Membri, hija assistita mill-Grupp “Guarantee” ta’ Valutazzjoni Teknika (GTAG — Guarantee Technical Assessment Group), li l-membri tiegħu huma esperti dwar ir-riskji ssekondati fuq bażi personali mill-istituzzjonijiet finanzjarji fil-vesti ta’ sħab fl-implimentazzjoni.

    Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

    2.44.

    L-adozzjoni tardiva tal-QFP għall-2014–2020 u d-dewmien sussegwenti fl-adozzjoni tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni wasslu għal bidu tardiv tal-implimentazzjoni tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2014–2020. Madankollu, mill-2018, l-implimentazzjoni tinsab miexja sew.

    Is-servizzi tal-Kummissjoni jipprovdu appoġġ sostanzjali lill-Istati Membri biex iħaffu l-implimentazzjoni fil-prattika.

    Il-Kummissjoni tisħaq ukoll li l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali għall-2014–2020, iffinanzjati mill-FAEŻR, mhijiex milquta minn dewmien u tinsab miexja b’ritmu stabbli.

    2.44 L-ewwel inċiż. L-implimentazzjoni tal-fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni wriet li r-rati ta’ prefinanzjament għall-2014–2020 kienu ġew stabbiliti wisq għoljin Għaldaqstant, kien hemm ammonti ta’ prefinanzjament annwali li ma ntużax li ġew irritornati fil-baġit tal-UE.

    Apparti minn hekk, l-introduzzjoni mill-koleġiżlaturi tar-regola ta’ diżimpenn awtomatiku n+3 (minflok n+2) wasslet għad-diżinċentivizzar tal-implimentazzjoni tal-baġit b’rata aktar mgħaġġla.

    Sabiex tinċentiva l-ġestjoni finanzjarja tajba u l-implimentazzjoni f’waqtha għall-2021–2027, il-proposta tal-Kummissjoni għar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (COM(2018) 375) tinkludi regola ta’ diżimpenn awtomatiku n+2 minflok ir-regola ta’ diżimpenn awtomatiku attwali ta’ n+3. Għall-istess raġuni, il-livell ta’ prefinanzjament tnaqqas għal pagament annwali ta’ 0,5 % abbażi tal-appoġġ totali mill-Fondi.

    2.44 It-tieni inċiż. Il-proposta tal-Kummissjoni għall-QFP li jmiss tqis li l-Marġini Globali għall-Pagamenti (MGP) ma tistax tiġi trasferita għall-QFP li jmiss.

    2.44 It-tielet inċiż. Wara bidu tardiv, l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni tinsab miexja sew. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li r-rata tal-għażla tal-proġetti għall-programmi tal-Politika ta’ Koeżjoni 2014–2020 kif kienet fi tmiem Diċembru 2018 u kif indikata fit-tweġiba tagħha għall-paragrafu 2.8, qabżet ir-rata kif definita għall-istess żmien għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013.

    2.44 Ir-raba’ inċiż. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-limiti massimi tal-pagamenti fil-bidu tal-QFP li jmiss tqis il-ħtiġijiet stmati kif ukoll il-limitazzjonijiet possibbli tal-limitu massimu tar-riżorsi proprji għal dawk is-snin.

    2.45.

    L-implimentazzjoni tal-Fondi SIE kompliet titjieb fl-2018 meta mqabbla mas-snin ta’ qabel. Fl-2018 kien hemm implimentazzjoni kompluta tal-baġit ivvotat. Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 2.8 u 2.22.

    Ir-rakkomandazzjoni 2.1 (il-livell tal-approprjazzjonijiet ta’ pagament)

    (a)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni sa fejn hu possibbli, filwaqt li tqis l-inċertezza u l-preċiżjoni tal-previżjonijiet tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Fondi SIE — il-mutur ewlieni wara l-istimi kumplessivi tal-pagamenti.

    (b)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

    Il-proposta tal-Kummissjoni għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss tippreżenta livelli ta’ impenji ambizzjużi u realistiċi għall-programmi ta’ nfiq tal-futur. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni pproponiet ukoll bidliet fir-regoli tad-diżimpenn.

    Abbażi tal-aktar projezzjonijiet riċenti dwar il-ħtiġijiet tal-pagamenti wara l-2020, il-Kummissjoni pproponiet ukoll limiti massimi annwali għall-pagamenti li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet mistennija u għall-implimentazzjoni tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ programmi kif ukoll tal-impenji pendenti mill-oqfsa finanzjarji preċedenti.

    (c)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

    Il-Kummissjoni ppreżentat il-proposti leġiżlattivi tagħha dwar il-Politika ta’ Koeżjoni ferm qabel il-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027. Fl-istess waqt, tisħaq li r-responsabbiltà għall-adozzjoni tal-qafas legali tibqa’ f’idejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

    Ir-rakkomandazzjoni 2.2 (il-fond ta’ proviżjonament komuni)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

    Il-Kummissjoni se tibqa’ tirċievi u twettaq monitoraġġ tal-impenji garantiti koperti mit-tliet fondi ta’ garanzija (ELM, FEIS, EFSD), u se tkompli tibgħat rapporti regolari lill-awtorità baġitarja skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju. Il-metodoloġija tar-Rata ta’ Proviżjonament Effettiva se tkun is-suġġett ta’ att delegat. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju din se tiġi implimentata gradwalment b’mod prudenti (l-Artikolu 213(2) tar-RF) wara li titqies kif dovut il-fażi inizjali tal-kostituzzjoni tal-proviżjonament globali.

    Ir-rakkomandazzjoni 2.3 (l-istrumenti finanzjarji ġestiti mill-Grupp tal-BEI)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

    Il-Kummissjoni se tkompli tipprovdi lill-awtorità baġitarja b’rapport annwali dettaljat dwar l-istrumenti finanzjarji kollha. Dan ir-rapport se jinkludi wkoll l-ammont kumplessiv u t-tqassim tal-fondi trasferiti fl-istrumenti finanzjarji ġestiti mill-Grupp tal-BEI.

    Kapitolu 3 — Kisba ta’ riżultati mill-baġit tal-UE

    Tweġibiet tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Introduzzjoni

    3.1.

    Il-Kummissjoni hija impenjata li ttejjeb il-qafas ta’ prestazzjoni għall-baġit tal-UE. Dak it-titjib se jseħħ kontinwament iżda gradwalment u b’mod partikolari fil-kuntest tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss. Dan jeħtieġ impenn sħiħ ukoll mill-entitajiet l-oħrajn kollha li jimplimentaw il-baġit tal-UE, b’mod partikolari mill-Istati Membri.

    Il-qafas ta’ prestazzjoni madwar il-baġit tal-UE jikkonsisti fi tliet elementi: (a) ir-rappurtar legalment obbligatorju dwar l-indikaturi li huma parti mill-bażijiet legali tal-programmi, (b) il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programmi, bl-użu ta’ firxa ħafna usa’ ta’ informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva u (c) l-evalwazzjonijiet regolari li qed jivvalutaw il-prestazzjoni tal-programm. Filwaqt li l-indikaturi jistgħu jagħtu indikazzjonijiet ta’ fejn għandha tingħata attenzjoni meta jitqies liema programmi jistgħu potenzjalment iqajmu tħassib dwar il-prestazzjoni, hija meħtieġa informazzjoni addizzjonali kwantitattiva u kwalitattiva sabiex wieħed jifhem jekk hemmx tħassib reali, x’inhu preċiżament u kif jista’ jittaffa.

    Parti 1 — X’jgħidulna l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-baġit tal-UE?

    3.3.

    In-“Nota Metodoloġika” li takkumpanja l-Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Programm (PPO) tindirizza l-għażla tal-indikaturi: “Saret għażla ta’ indikaturi bbażata fuq ċerti kriterji bħalma huma r-rilevanza, id-disponibbiltà tad-data, eċċ.”

    3.4.

    Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-faċilità għall-qarrej tad-Dikjarazzjonijiet tal-Programm (PS) tista’ tittejjeb, u tinsab fil-proċess li tagħmel dan, iżda tenfasizza li l-ammont biss ta’ informazzjoni inkluża fiha — jiġifieri l-progress fl-ilħuq tal-objettivi tal-programm skont l-Artikolu 41(3)(h) tar-Regolament Finanzjarju — huwa fil-qari ta’ referenza għall-ispeċjalisti. Huwa preċiżament għal din ir-raġuni li l-Kummissjoni bdiet tippubblika l-PPO biex ikollha ġabra ta’ informazzjoni aktar faċli għall-qarrej dwar il-prestazzjoni tal-programm.

    3.6.

    Il-Kummissjoni hija impenjata bis-sħiħ li tiġbor, tanalizza, tippubblika u taġixxi fuq informazzjoni dwar il-prestazzjoni ta’ kwalità għolja. Sabiex ikun hemm fehim aħjar tal-istat attwali tar-rappurtar dwar il-prestazzjoni fuq il-bażi ta’ indikaturi, il-Kummissjoni wettqet analiżi interna tad-data tal-prestazzjoni tal-programmi kollha ta’ nfiq disponibbli minn Marzu 2019 u li ġiet ippubblikata fid-Dikjarazzjonijiet tal-Programm li jakkumpanjaw l-Abbozz tal-Baġit 2020.

    Barra minn hekk, il-qafas ta’ prestazzjoni għall-baġit tal-UE huwa bbażat fuq elementi multipli. Il-monitoraġġ tal-progress fuq il-bażi tal-indikaturi tal-prestazzjoni huwa parti importanti waħda. Madankollu, il-progress fuq l-għażla ta’ indikaturi jipprovdi biss parti mill-istorja u ma jistax jintuża biex wieħed jasal għal konklużjonijiet sodi dwar il-prestazzjoni tal-programm. Kif tindika l-QEA stess fil-paragrafu 3.8, informazzjoni kwalitattiva, bħal eżempji ta’ kisba, jikkomplementaw informazzjoni dwar l-indikaturi u jipprovdu stampa aktar sħiħa tal-prestazzjoni, ukoll u b’mod partikolari f’każijiet fejn id-data dwar l-indikaturi hija nieqsa jew meta l-linja bażi tiġi aġġornata.

    Taqsima A — L-indikaturi juru varjazzjoni sinifikanti fil-kisbiet u jissuġġerixxu progress moderat b’mod ġenerali

    3.7.

    Il-qafas ta’ prestazzjoni attwali għall-baġit tal-UE ġie distint mill-OECD (1) bħala l-aħjar wieħed fost il-pari tiegħu. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li l-oqfsa ta’ prestazzjoni kollha jeħtieġu titjib kontinwu u qed isir aktar xogħol biex tittejjeb is-sistema, pereżempju permezz tal-proposti tal-Kummissjoni għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ programmi finanzjarji. Hemm ħafna sfidi assoċjati mal-ġbir u t-trażmissjoni tad-data, b’mod partikolari għal programmi taħt ġestjoni kondiviża. Dawn u fatturi oħrajn, fosthom il-multiannwalità tal-programmi, jagħmlu r-rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-baġit Ewropew sfida diffiċli.

    3.8.

    Il-Kummissjoni hija impenjata li tipproduċi rapporti ta’ kwalità għolja u affidabbli dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-UE. Għal dan, il-Kummissjoni tiddependi fuq id-data pprovduta mill-Istati Membri u minn sorsi oħrajn. Permezz tal-istruzzjonijiet ipprovduti mis-servizzi ċentrali, is-servizzi tal-Kummissjoni huma mitluba jipprovdu informazzjoni komprensiva dwar il-prestazzjoni għal kull programm u jiżguraw il-kwalità u l-affidabbiltà tal-informazzjoni ppreżentata.

    Is-sorsi tal-indikaturi tal-prestazzjoni huma żvelati b’mod sistematiku fir-rapporti annwali tal-attività (AARs). Barra minn hekk, skont l-istruzzjonijiet tar-rapporti annwali tal-attività tal-2018, id-diretturi responsabbli mill-ġestjoni tar-riskju u l-kontroll intern intalbu jiddikjaraw li l-informazzjoni ppreżentata fiż-żewġ Partijiet, 1 u 2 tal-AARs, kienet affidabbli, kompluta u preċiża.

    3.9 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni tinnota l-valutazzjoni tal-QEA li, ġeneralment, il-kalkolu tal-progress tal-prestazzjoni huwa aktar indikattiv meta tittieħed linja bażi bħala punt ta’ tluq. Madankollu, mhux il-programmi kollha ddefinixxew il-linji bażi numeriċi fil-qafas finanzjarju pluriennali 2014–2020, li huwa għalhekk li ttieħdet id-deċiżjoni, għall-fini tal-komparabbiltà, biex jiġi kkalkulat il-progress ġenerali.

    Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-użu ta’ previżjonijiet — ibbażati fuq proġetti deċiżi — flimkien maċ-ċifri ta’ implimentazzjoni attwali, fil-każ ta’ programmi ta’ investiment bħall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK) huwa leġittimu. Hija informattiva u tippermetti kemm lill-esperti kif ukoll lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jaslu għal konklużjonijiet dwar il-progress fl-implimentazzjoni u b’hekk għas-sistema kollha kemm hi biex tilħaq l-objettiv maħsub tagħha.

    3.10.

    Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-proċess ta’ aggregazzjoni tal-prestazzjoni fuq l-indikaturi fi programmi u intestaturi għandu l-limitazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni, b’mod intenzjonat, ma kkalkulatx medja tad-distanza għall-mira għal kull programm. Ċifra waħda ma tistax tkopri kompletament il-kumplessità inerenti fl-infiq ta’ għexieren ta’ biljuni ta’ euro.

    3.11.

    Il-Kummissjoni hija impenjata li ttejjeb il-ġbir u d-disponibbiltà tad-data, b’mod partikolari għall-ġestjoni kondiviża, fejn attwalment id-dewmien huwa l-itwal. Għal dan il-għan, f’Mejju 2018, il-Kummissjoni pproponiet ċiklu ta’ rappurtar ta’ kull xahrejn skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni COM(2018) 375 propost.

    3.12.

    Il-prestazzjoni f’ħafna każijiet mhix lineari maż-żmien iżda tibda bil-mod biss matul l-implimentazzjoni. Għalhekk huwa mistenni li l-progress mil-linja bażi fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ikun inqas mill-persentaġġi lineari ddikjarati mill-QEA. Il-progress li jkun sar għandu jqis ukoll id-dewmien fl-implimentazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tqis li, b’mod ġenerali, il-progress mil-linja bażi miexi fit-triq it-tajba. Madankollu, il-Kummissjoni taqbel li huwa meħtieġ li jkun hemm monitoraġġ bir-reqqa tal-progress fl-implimentazzjoni u li jittieħdu l-miżuri meħtieġa f’każ li jkun hemm nuqqasijiet.

    Intestatura 1A: L-indikaturi juru progress tajjeb għall-Erasmus+ u għall-FEIS u progress moderat għall-Orizzont 2020 u għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa

    3.13 L-ewwel inċiż. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-għażla tal-indikaturi għall-Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Programm kienet ibbażata b’mod partikolari fuq ir-rilevanza u d-disponibbiltà tad-data u mhux fuq il-valur li jirriżulta tal-indikatur. Hemm xi każijiet fir-rapport għal kull intestatura fejn il-kalkolu tal-progress ibbażat fuq id-Dikjarazzjonijiet tal-Programm jagħti riżultati aħjar minn dawk ibbażati fuq l-Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Programm. Il-Kummissjoni taqbel li fil-mixja ’l quddiem jeħtieġ li l-analiżi tkun aktar iddettaljata u li s-suppożizzjonijiet sottostanti jkunu speċifikati aħjar.

    3.13 It-tieni inċiż. Fl-Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Programm tal-2019 saru sforzi sinifikanti biex jittejjeb ir-rappurtar tad-data dwar il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tiffinanzja proġetti infrastrutturali kbar u fit-tul, jew proġetti li jeħtieġu jiġu kkoordinati f’network. Dawn il-proġetti ta’ spiss jeħtieġu jiġu żviluppati taħt oqfsa finanzjarji suċċessivi u jista’ jkun hemm dewmien sinifikanti bejn iż-żmien meta jitnieda l-proġett u d-disponibbiltà tad-data meħtieġa biex titkejjel il-prestazzjoni. Il-proposta tal-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni tal-faċilità poġġiet enfasi akbar fuq il-qafas ta’ prestazzjoni, li jipprovdi għal “miżuri ta’ monitoraġġ u rappurtar trasparenti, responsabbli u adegwati sabiex jiġi vvalutat il-progress tal-Programm (…) u jiġu promossi l-kisbiet tiegħu”.

    3.13 It-tielet inċiż. Fil-PPO tagħha, il-Kummissjoni għamlitha ċara li l-prestazzjoni tal-programm Erasmus+ qiegħda tiġi mqabbla mal-2017. Il-programm jinsab fit-triq it-tajba biex jikseb l-objettivi tiegħu sal-2020.

    3.13 Ir-raba’ inċiż. Il-Kummissjoni tinnota li l-mira inizjali tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) kienet li sa Lulju 2018 jiġu mmobilizzati EUR 315-il biljun f’investimenti. Fit-30 ta’ Diċembru 2017, daħal fis-seħħ ir-Regolament biex jiġi estiż u msaħħaħ il-FEIS (ir-Regolament 2.0 tal-FEIS). Dan estenda d-durata tal-FEIS sa tmiem l-2020 u żied il-mira ta’ investiment tiegħu għal EUR 500 biljun. Dan ir-Regolament ippreveda li l-garanzija tal-UE meħtieġa biex tippermetti lill-FEIS jappoġġa l-investimenti, se tiżdied minn EUR 16-il biljun għal EUR 26 biljun biss, sa minn Lulju 2018 (jiġifieri wara l-perjodu inizjali). Għalhekk, fi tmiem l-2017, ir-riżultati tal-FEIS ġew imqabbla mal-mira ta’ investiment inizjali ta’ EUR 315-il biljun.

    Intestatura 1B: L-indikaturi juru progress relattivament baxx għall-Koeżjoni minħabba bidu tard

    3.14.

    Il-previżjonijiet — ibbażati fuq proġetti deċiżi li jkunu għadhom għaddejjin — huma informazzjoni kruċjali fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-monitoraġġ. Minbarra d-data dwar l-implimentazzjoni attwali, huma jipprovdu ħarsa lejn ir-riżerva ta’ proġetti li, fil-każ ta’ politiki ta’ investiment qawwi bi żminijiet twal ta’ tħejjija bħall-koeżjoni, hija probabbilment l-aktar informazzjoni siewja matul l-implimentazzjoni.

    Intestatura 2: Fuq il-bażi tal-indikaturi, ma kienx possibbli li jiġi ddeterminat il-progress għall-biċċa l-kbira tan-nefqa fil-qasam tar-“Riżorsi naturali”

    3.15.

    Il-Kummissjoni tinnota li n-natura annwali tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija tagħmlu inqas favorevoli għall-iffissar ta’ miri pluriennali. Madankollu, qed isir xogħol biex jiġu żviluppati l-għodod u l-metriċi biex jiġi żgurat li r-rappurtar dwar il-prestazzjoni f’nofs it-terminu jkun jista’ jitwettaq ukoll għad-data ta’ dan il-fond.

    3.15 L-ewwel inċiż. Il-Kummissjoni tinnota li permezz tal-metodu applikat mill-QEA (kif spjegat fil-paragrafu 3.9 u l-Kaxxa 3.1) mhux possibbli li jiġi kkalkulat il-progress mil-linja bażi għal aktar minn wieħed mis-27 indikatur.

    Madankollu, il-Kummissjoni tqis li l-progress mil-linja bażi jista’ jiġi vvalutat għas-27 indikatur kollha. B’hekk, l-indikaturi magħżula jippermettu l-monitoraġġ tal-progress.

    Analiżi komprensiva tas-27 indikatur inklużi fid-Dikjarazzjoni tal-Programm għandha tqis ir-realtà speċifika tas-settur agrikolu u l-infiq tal-FAEG.

    Intestatura 3: L-indikaturi għal “Sigurtà u Ċittadinanza” juru żewġ programmi bi progress tajjeb, wieħed bi progress moderat u wieħed li għadu lura

    3.17.

    Il-Kummissjoni tinnota li, fil-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-Programm tal-Ikel u l-Għalf, wieħed irid iqis in-nuqqas ta’ prevedibbiltà tat-tifqigħat tal-mard tal-annimali u tal-pjanti. Il-programmi ta’ ħidma kollha ġew adottati u implimentati kif previst.

    Intestatura 4: L-indikaturi juru progress ġenerali raġonevoli għall-programmi “Ewropa Globali”

    3.19.

    Il-metodoloġija biex jiġu ddefiniti l-indikaturi u l-miri għall-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp hija spjegata fil-Qafas Rivedut tar-Riżultati tal-UE fl-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (SWD(2018) 444).

    Strumenti speċjali: Informazzjoni insuffiċjenti dwar il-progress miksub

    3.20 L-ewwel inċiż. Il-Kummissjoni tinnota li l-indikatur iqis biss dawk id-diżastri li jissodisfaw il-kriterji tal-eliġibbiltà. Is-sitt każijiet mill-2017 kienu għadhom qed jiġu investigati, għalhekk ma tqisux fil-kalkolu billi kien għadu mhux ċar jekk dawn jissodisfawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà. Fl-aħħar nett, fl-2017, tnejn mill-10 applikazzjonijiet ma ġewx aċċettati (għargħar ta’ Murcia u nirien ta’ Donana).

    Taqsima B — L-indikaturi mhux dejjem taw stampa tajba tal-progress attwali

    3.21.

    Fir-rigward tas-sottotitolu “Ħafna indikaturi ma ntgħażlux sew”, il-Kummissjoni tinnota li l-indikaturi tal-prestazzjoni għall-programmi finanzjarji tal-UE huma ddefiniti fl-atti legali li jsostnu dawn il-programmi. L-għażla tal-indikaturi hija r-riżultat tan-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq il-bażi ta’ proposta mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tirrapporta regolarment dwar l-indikaturi kollha ddefiniti fil-leġiżlazzjoni.

    3.22.

    Sehem għoli tal-indikaturi tal-input/output ma jfissirx li l-indikaturi ftit li xejn jintgħażlu. Il-Kummissjoni taqbel li l-indikaturi tar-riżultati u tal-impatt huma aktar xierqa biex ikejlu l-prestazzjoni per se. Madankollu, speċjalment għal proġetti ta’ investiment qawwi u bi żmien twil ta’ tħejjija, huma meħtieġa indikaturi tal-eżiti sabiex isir rapport dwar il-progress. Għalhekk, l-opinjoni tagħna hija li huwa meħtieġ bilanċ bejn it-tipi ta’ indikaturi u dan il-bilanċ għandu jkun speċifiku għall-programmi.

    3.23.

    Il-Kummissjoni tqis li proporzjon ta’ 60 % tal-indikaturi tal-input u tal-output mhux neċessarjament jillimita l-utilità tal-informazzjoni pprovduta. Filwaqt li l-Kummissjoni taqbel li għandu jkun hemm bilanċ bejn it-tipi differenti ta’ indikaturi, il-bilanċ xieraq jista’ jvarja bejn programmi differenti. Il-qafas ta’ prestazzjoni tal-baġit tal-UE fih ukoll sistema strutturata ta’ evalwazzjonijiet (interim u ex post), kif stabbilit fil-Linji Gwida għal Regolamentazzjoni Aħjar, preċiżament sabiex issir distinzjoni bejn id-diversi effetti ta’ programm.

    3.24.

    Il-Kummissjoni tinnota li huwa diffiċli ħafna li jintgħażlu indikaturi tal-impatt li huma influwenzati biss mill-effetti diretti tal-programm innifsu. Kwalunkwe indikatur tar-riżultat jew tal-eżitu usa’ se jkun inevitabbilment affettwat minn varjetà ta’ fatturi li dawn il-programmi se jkunu biss wieħed minnhom. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha l-għan li tuża sett ta’ indikaturi li jispjegaw u jirrappurtaw dwar il-prestazzjoni tal-programmi bl-aħjar mod possibbli, iżda, ukoll minħabba n-natura tal-programmi stess, dan kultant huwa ta’ sfida kbira.

    Madankollu qed isiru sforzi b’mod partikolari għas-sett li jmiss ta’ indikaturi fil-qafas finanzjarju pluriennali ta’ wara l-2020, biex jintgħażlu indikaturi tar-riżultati u tal-impatt li jispjegaw il-programmi bl-aħjar mod. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota wkoll li f’evalwazzjoni sħiħa biss bil-varjabbli ta’ kontroll xierqa, l-effetti tal-programmi ta’ nfiq tal-UE se jkunu jistgħu jiġu identifikati.

    3.25.

    B’rabta mat-Tabella 3.2, il-Kummissjoni taqbel li f’xi każijiet l-indikaturi li jkopru l-qasam tal-għajnuna umanitarja għandhom biss rabta indiretta mal-azzjoni umanitarja ffinanzjata mill-UE u wkoll li għadd ta’ fatturi esterni jinfluwenzaw il-valur tal-indikatur. Għalhekk, se jsiru sforzi fil-kuntest tal-QFP li jmiss biex tiżdied ir-rilevanza tas-sett ta’ indikaturi għall-azzjoni umanitarja tal-UE, jiġifieri biex jiġu żgurati rabtiet aktar ċari tal-indikaturi kollha mal-infiq u l-objettivi.

    Fir-rigward tal-FAEG, sistemi effettivi ta’ mmaniġġar u ta’ kontroll huma kruċjali wkoll biex jiġi żgurat li l-programmi jiġu implimentati b’mod li jwassal għall-ilħuq tal-objettivi. Għalhekk, il-ħtieġa għall-indikatur fid-dikjarazzjoni tal-programm li jkejjel sa liema punt tiġi vverifikata n-nefqa.

    3.26.

    Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li d-Dikjarazzjonijiet tal-Programm mhumiex strutturati b’tali mod li objettivi speċifiċi jintrabtu b’mod ċar mal-objettiv ġenerali. Madankollu, għall-programmi ta’ nfiq ta’ wara l-2020 ġiet stabbilita struttura ġerarkika ċara li tgħaqqad objettivi speċifiċi ma’ objettivi ġenerali u indikaturi ma’ objettivi speċifiċi. Barra minn hekk, in-nomenklatura tal-baġit qiegħda tiġi riveduta wkoll u se tkun strutturata skont objettivi speċifiċi. Dawn il-miżuri se jtejbu b’mod sinifikanti kemm l-istruttura kif ukoll il-faċilità għall-użu tad-dokumenti ta’ prestazzjoni tal-baġit tal-Kummissjoni.

    3.27.

    Wieħed dejjem jista’ jqis kompromess bejn lista eżawrjenti ta’ indikaturi li jkopru kull aspett tal-objettivi u r-riżorsi implikati.

    3.27 It-tieni inċiż. L-objettivi tal-Istrument ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp huma, min-natura tagħhom, wesgħin ħafna u ma jistgħux jiġu inklużi f’għadd limitat ta’ indikaturi. Madankollu, l-azzjonijiet relatati mat-tibdil fil-klima u l-ambjent jiġu mmonitorjati kull sena bl-użu tal-metodoloġija tal-indikaturi ta’ Rio, kif żviluppata mill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp (DAC) tal-OECD.

    3.28.

    Kif imsemmi hawn fuq, il-Kummissjoni — filwaqt li sserraħ ukoll fuq l-Istati Membri u entitajiet oħra ta’ rappurtar — qiegħda ttejjeb kontinwament ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni tagħha. Fl-analiżi tagħha tal-ġabra ta’ data disponibbli, f’Marzu 2019, il-Kummissjoni sabet li 63 % tal-indikaturi għandhom “informazzjoni sħiħa dwar il-prestazzjoni” li jfisser punti ta’ data, linja bażi u mira, li l-Kummissjoni tqis bħala figura raġonevoli. Għall-qafas ta’ prestazzjoni tal-programmi ta’ nfiq ta’ wara l-2020 il-Kummissjoni issa nediet proġett wiesa’ bl-għan li tiżgura li tali informazzjoni dwar il-prestazzjoni sottostanti tiġi stabbilita għall-programmi b’mod konsistenti u skont skeda miftiehma.

    3.28 Ir-raba’ inċiż. Il-Kummissjoni tinnota li f’każijiet speċifiċi l-linja bażi tinbidel ukoll meta d-data statistika uffiċjali tiġi aġġornata.

    3.29.

    Għall-FAEG huwa meqjus li l-indikaturi magħżula jippermettu l-valutazzjoni tal-progress (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.15, l-ewwel inċiż).

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura li r-rappurtar dwar il-prestazzjoni għall-FAEG, l-Orizzont 2020 u l-FSUE jitjieb kontinwament b’mod partikolari għall-perjodu QFP li jmiss, li għalih huma proposti dispożizzjonijiet imsaħħa ta’ monitoraġġ u indikaturi ssimplifikati bbażati fuq lezzjonijiet li ttieħdu mill-evalwazzjonijiet.

    3.30.

    Fil-każijiet imsemmija mill-QEA, il-Kummissjoni taċċetta l-utilità li jiġu ddefiniti stadji importanti annwali għall-monitoraġġ tal-prestazzjoni. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li xi programmi fiċ-ċiklu 2014–2020 ma għandhomx minnhom jew — fil-każ ta’ ġestjoni kondiviża — m’hemmx biżżejjed informazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istati Membri dwar il-valuri rrappurtati. Hawnhekk ukoll il-Kummissjoni hija impenjata, fejn rilevanti, li ttejjeb din is-sitwazzjoni għall-programmi finanzjarji ta’ wara l-2020, li għalihom l-appoġġ tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Istati Membri jkun vitali.

    3.31.

    Fir-rigward tas-sottotitolu “Għal xi programmi, id-data disponibbli kienet ta’ kwalità insuffiċjenti”, il-Kummissjoni tinnota li d-disponibbiltà u l-kwalità tad-data jiddependu ħafna fuq l-obbligi ta’ rappurtar li jirriżultaw mill-proċess leġiżlattiv. Meta d-data tiġi rrappurtata mill-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi, il-Kummissjoni għandha kapaċità limitata li tinfluwenza l-kwalità tagħhom. Il-Kummissjoni tinnota li tliet kwarti tal-indikaturi kellhom l-aktar data reċenti disponibbli. Għal xi programmi, id-data se tkun disponibbli biss aktar tard fil-perjodu ta’ implimentazzjoni.

    3.32.

    Il-Kummissjoni tieħu r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’serjetà kbira u dejjem tippreżenta l-aħħar data disponibbli fir-rapporti dwar il-prestazzjoni tagħha. Kif diġà ġie stabbilit, f’sistema ta’ prestazzjoni kumplessa daqs dik tal-baġit tal-UE, u bil-qafas legali attwali, hija sfida li jkun hemm data kompletament aġġornata. Il-Kummissjoni qed timmira li ttejjeb il-preżentazzjoni ta’ informazzjoni aġġornata kemm jista’ jkun fir-rappurtar tagħha, filwaqt li terġa’ tinnota li dan jiddependi fil-biċċa l-kbira fuq il-provvista f’waqtha u affidabbli ta’ data mill-Istati Membri u partijiet terzi oħrajn. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li kwalunkwe rappurtar se jkun dejjem ġabra ta’ sitwazzjoni f’ċertu ħin, billi d-data sottostanti hija rarament statika.

    3.33.

    Il-Kummissjoni taċċetta li hemm ċerti kwistjonijiet ta’ kwalità limitata tad-data b’rabta mal-indikaturi iżda ssostni li, b’mod ġenerali, il-qafas ta’ prestazzjoni huwa b’saħħtu. Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll l-impenn tagħha biex ittejjeb is-sistema ta’ prestazzjoni u ta’ rappurtar għaċ-ċiklu baġitarju li jmiss.

    3.33 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni hija impenjata li tiżgura li l-kwalità tad-data wara l-indikaturi ċentrali tal-prestazzjoni titjieb, inkluż l-informazzjoni rrapportata dwar l-applikazzjonijiet għall-privattivi u l-pubblikazzjonijiet. Dan huwa rifless fit-taqsima tar-riżultati tal-proġett aġġornata b’mod regolari tad-Dashboard tal-Orizzont, ippubblikata fuq il-portal online dwar il-Finanzjament u l-Opportunitajiet.

    3.34.

    Il-Kummissjoni taċċetta li ċerti miri ta’ indikaturi jistgħu ma jkunux ambizzjużi biżżejjed iżda ssostni li b’mod ġenerali l-qafas ta’ prestazzjoni huwa robust. Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll l-impenn tagħha li ttejjeb is-sistema fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

    3.34 It-tieni punt. Il-prijorità tal-politika, b’mod partikolari għall-Fond ta’ Koeżjoni (minħabba s-settur ferrovjarju tal-Istati Membri eliġibbli għal dawn l-investimenti), kienet ir-rikostruzzjoni u t-titjib tal-ferroviji, b’mira ta’ 2 829 km. Il-miri għal-linji tal-ferroviji ġodda ffinanzjati mill-FEŻR kienu kemxejn ogħla b’580 km iżda xorta waħda b’14 % biss tal-mira għat-tul tal-linja rikostrutta u mtejba.

    3.35.

    Il-Kummissjoni taċċetta li miri fuq xi indikaturi f’xi programmi jistgħu ma jkunux ambizzjużi biżżejjed. Sabiex jiġu identifikati dawk l-indikaturi u l-miri, jeħtieġ li jiġu vvalutati fid-dettall it-tifsira u l-kuntest tal-indikaturi.

    Parti 2 — Riżultati tal-awditi tal-prestazzjoni mwettqa mill-Qorti: konklużjonijiet u rakkomandazzjonjiet ewlenin

    Intestaturi 1a “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi” u 1b “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”

    (a)   Rapport speċjali 8/2018 — Durabbiltà tal-appoġġ tal-UE għall-investimenti produttivi fl-impriżi

    3.38.

    Il-Kummissjoni tinnota li l-proġetti vverifikati mill-QEA b’mod ġenerali pprovdew outputs kif kien ippjanat u li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dawk l-outputs kienu għadhom jeżistu u kienu qegħdin jintużaw.

    Meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000–2006, l-approċċ tal-ġestjoni tal-UE għall-kwistjoni tad-durabbiltà tal-investimenti evolva b’mod sinifikanti fl-2007–2013. Dan huwa rifless mhux biss mid-dispożizzjonijiet regolatorji speċifiċi u msaħħa, iżda wkoll mill-enfasi li saret fuq l-ippjanar strateġiku għal proġetti ewlenin kif ukoll fl-evalwazzjonijiet ex post tal-Kummissjoni fil-livell tal-programm għall-Politika ta’ Koeżjoni.

    Fir-rigward tar-riżultati miksuba, fiż-żmien tal-verifika l-Kummissjoni enfasizzat in-nuqqas ta’ data għal ħafna mill-proġetti vverifikati, aktar milli dominanza ta’ riżultati dgħajfa jew ebda riżultat li jdum.

    3.39 L-ewwel inċiż. Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni hija relatata mal-proċess ta’ approvazzjoni tal-programmi operattivi fil-perjodu ta’ wara l-2020.

    (b)   Rapport speċjali 9/2018 — Sħubiji Pubbliċi Privati (PPPs) fl-UE

    3.40 u 3.41. Is-Sħubiji Pubbliċi Privati (PPPs) huma waħda mill-għodod għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri u l-promoturi tal-proġetti bħala strument potenzjali tal-implimentazzjoni tal-politika. Il-Kummissjoni tikkontribwixxi għall-kondiviżjoni tal-aħjar prattika, toffri assistenza teknika mmirata, tanalizza l-oqfsa PPP nazzjonali b’mod regolari u tipprovdi rakkomandazzjonijiet ta’ politika dwar kif jistgħu jittejbu (“is-Semestru Ewropew”), fejn ikun rilevanti. Madankollu, fir-rigward tas-Semestru Ewropew u l-Istrateġija Ewropa 2020, ma hemm l-ebda inkoraġġiment speċifiku għal użu aktar intensiv ta’ PPPs. Fir-rigward tal-istrumenti settorjali, il-Kummissjoni ma għandhiex bażi legali biex titlob lill-Istati Membri jużaw xi ftit jew wisq PPPs meta mqabbla ma’ metodi ta’ akkwist oħrajn. Taħt ġestjoni kondiviża tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, id-diskrezzjoni li tintuża l-PPP titħalla esklussivament f’idejn l-Istati Membri.

    (c)   Rapport speċjali 12/2018 — Banda wiesgħa fl-Istati Membri tal-UE

    3.42 u 3.43. Il-Kummissjoni timmonitorja l-objettivi tal-banda wiesgħa tal-Aġenda Diġitali u tippubblika d-data rilevanti fl-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali tagħha.

    Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri biex jirrevedu l-progress tal-Pjanijiet Nazzjonali ta’ Banda Wiesgħa tagħhom u biex jaġġornawhom b’medda taż-żmien tal-2025.

    Il-Kummissjoni tfakkar li r-responsabbiltà aħħarija għall-infurzar tal-ambjent legali u regolatorju hija tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (ARN). Fil-proposta tagħha għal regoli riveduti tal-UE dwar it-telekomunikazzjoni (il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi) il-Kummissjoni pproponiet dispożizzjonijiet imsaħħa dwar l-indipendenza u l-kapaċità regolatorja tal-ARN, inklużi r-riżorsi disponibbli, is-setgħa li jimponu direttament penali u armonizzazzjoni ta’ lista minima ta’ kompiti.

    F’żoni ekonomikament inqas vijabbli, il-Kummissjoni pproponiet ukoll regoli riveduti tat-telekomunikazzjoni biex jinċentivizzaw l-użu.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri għall-applikazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat għall-banda wiesgħa u se tkompli tagħmel dan.

    Il-Kummissjoni waqqfet Pjan ta’ Azzjoni għall-Banda Wiesgħa Rurali li jiffoka fuq l-isfida tal-banda wiesgħa fiż-żoni rurali, b’mod partikolari permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki permezz tan-network tal-Uffiċċji tal-Kompetenza fuq il-Banda Wiesgħa, missjonijiet immirati fl-Istati Membri, monitoraġġ aktar mill-qrib tal-infiq fuq banda wiesgħa FSIE u linji gwida aġġornati dwar l-investiment fil-banda wiesgħa.

    (d)   Rapport speċjali 17/2018 — Assorbiment

    3.44.

    Il-Kummissjoni tfakkar li d-data tal-adozzjoni tal-qafas leġiżlattiv tiddependi ħafna mill-koleġiżlaturi. Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll li filwaqt li l-adozzjoni bikrija tal-qafas leġiżlattiv hija importanti fir-rigward tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi, hemm ukoll fatturi oħra bħar-regola tad-diżimpenn, il-livell tal-prefinanzjament jew ir-rekwiżiti tal-ħatra għall-2014–2020, li kellhom effett sinifikanti fuq l-implimentazzjoni.

    Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjon li l-miżuri li ħadet f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet tal-programm ikkonċernati, b’mod partikolari permezz tat-Task Force għal implimentazzjoni aħjar li stabbiliet, wasslu għal żieda qawwija fl-assorbiment matul il-perjodu 2007–2013. Hija enfasizzat ukoll li fuq il-bażi tar-riżultati tal-evalwazzjoni ex post tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013 u tas-seba’ rapport dwar il-Koeżjoni Ekonomika, Soċjali u Territorjali, il-Politika ta’ koeżjoni wriet riżultati kumplessivament tajbin.

    3.45 L-ewwel inċiż. Għall-perjodu 2021–2027, il-Kummissjoni ppreżentat il-proposta tagħha għar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni sa mid-29 ta’ Mejju 2018 (COM(2018) 375), jiġifieri 30 xahar qabel il-bidu ppjanat tal-perjodu ta’ eliġibbiltà. Hija bdiet ukoll negozjati informali dwar ftehimiet ta’ sħubija mal-Istati Membri qabel l-adozzjoni tal-qafas legali mill-koleġiżlatur.

    3.45 It-tieni inċiż. Is-servizzi tal-Kummissjoni komplew jipprovdu appoġġ sostanzjali lill-Istati Membri inklużi assistenza teknika u servizzi ta’ konsulenza sabiex itejbu l-kapaċità tagħhom biex jimplimentaw il-fondi filwaqt li jiffokaw fuq il-kisba tar-riżultati.

    Monitoraġġ mill-qrib jippermetti l-istabbiliment ta’ pjanijiet ta’ azzjoni mfassla skont il-ħtiġijiet ta’ kull programm u s-segwitu tal-kwistjonijiet speċifiċi identifikati biex jiżguraw implimentazzjoni sostnuta, mingħajr ebda kompromess dwar it-twettiq tar-riżultati.

    (e)   Rapport speċjali 30/2018 — Drittijiet tal-passiġġieri

    3.47 L-ewwel inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet.

    3.47 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni filwaqt li qieset li kellha rwol importanti fiż-żieda tal-għarfien tal-passiġġieri. Hija aċċettat ukoll li tkompli ttejjeb il-gwida eżistenti.

    3.47 It-tielet inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni u se tuża d-dritt tagħha ta’ inizjattiva biex tirrifletti dwar l-isfidi li fadal għall-infurzar u tipproponi soluzzjonijiet għalihom.

    (f)   Rapport speċjali 28/2018 –— Orizzont 2020

    3.48.

    Il-Kummissjoni laqgħet il-valutazzjoni tal-QEA fir-rigward tal-Orizzont 2020. Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjonijiet kollha tar-rapport. Konsegwentement, il-Kummissjoni qiegħda timplimenta r-rakkomandazzjonijiet.

    Intestatura 2 — “Riżorsi naturali”

    3.51 L-ewwel inċiż. Il-Kummissjoni tirrikonoxxi li proġetti ta’ enerġija rinnovabbli għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu għal żvilupp rurali sostenibbli.

    Hija tqis li sa issa hija indirizzat it-tfassil u s-sostenibbiltà tal-politika futura dwar l-enerġija rinnovabbli permezz tal-leġiżlazzjoni l-ġdida adottata: ir-Regolament il-ġdid tal-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija (ir-Regolament (UE) 2018/1999), ir-Regolament dwar il-LULUCF (ir-Regolament (UE) 2018/841), u r-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (id-Direttiva (UE) 2018/2001).

    F’dan il-qafas, l-Istati Membri, meta jfasslu u jiffinalizzaw il-pjanijiet nazzjonali integrati tagħhom dwar l-enerġija u l-klima, jistgħu jqisu ċ-ċirkostanzi u l-ħtiġijiet taż-żoni rurali tagħhom.

    Tibqa’ l-għażla tal-Istati Membri/Reġjuni, meta jfasslu l-programmi tal-iżvilupp rurali tagħhom u jilħqu bilanċ bejn diversi objettivi tal-istrateġiji ta’ żvilupp rurali tagħhom, jekk jintlaħaqx il-potenzjal tal-finanzjament mill-FAEŻR f’dan ir-rigward.

    3.51 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni impenjat ruħha li tqis l-evidenza kollha disponibbli dwar il-prestazzjoni tal-politika sa issa u li tuża din l-informazzjoni meta tanalizza soluzzjonijiet speċifiċi għall-futur tal-Valutazzjoni tal-Impatt li fuqha hija bbażata l-proposta tal-Kummissjoni għall-PAK ta’ wara l-2020. Il-Kummissjoni impenjat ruħha wkoll li tqis il-mod kif tevalwa l-prestazzjoni tat-tipi ta’ intervent, inkluż fejn xieraq, l-appoġġ għad-dħul.

    3.51 It-tielet inċiż. L-użu ta’ Opzjonijiet relatati mal-Kostijiet Simplifikati għandu jnaqqas il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet u għall-benefiċjarji. Is-sistema ta’ rimborż tal-Opzjonijiet relatati mal-Kostijiet Simplifikati għandha twassal għall-istess riżultati bħas-sistemi ta’ rimborż konvenzjonali, għalkemm b’mod aktar sempliċi u rapidu. Il-Kummissjoni qablet li tirrifletti dwar il-modi ta’ kif wieħed jersaq lejn sistemi li jibbażaw ir-rimborż tal-Istat Membru fuq it-twettiq tal-politika.

    3.52 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni saħħet ir-rabtiet bejn is-sistema ta’ kundizzjonalità u l-benesseri tal-annimali b’mod partikolari billi kompliet taqsam mal-Istati Membri l-aħjar prattiki u r-riżultati tal-ispezzjonijiet dwar il-kundizzjonalità, kif irrakkomandat mill-QEA. Dan sar fil-qafas tal-laqgħat tal-Grupp ta’ Esperti dwar il-kundizzjonalità organizzati fl-2018.

    3.52 Il-ħames inċiż. Rigward ir-rapport speċjali 25/2018, l-għażla tal-proġett (inkluża l-prijoritizzazzjoni tal-proġetti) għandha ssir mill-Istati Membri. Fir-rigward tal-Fondi SIE, id-dispożizzjonijiet legali li jirregolawhom ma jipprovdux għal tali rwol tal-Kummissjoni b’ġestjoni kondiviża fir-rigward tal-istabbiliment ta’ kriterji għas-selezzjoni ta’ operazzjonijiet, għat-tnedija ta’ sejħiet għal proposti, għall-evalwazzjoni u għall-għażla ta’ proġetti għall-finanzjament. Huwa r-rwol tal-Istati Membri li jorganizzaw dan il-proċess. Dan ma jinbidilx fil-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu 2021–2027. Madankollu, billi l-prekundizzjonijiet tal-finanzjament (imsejħa kundizzjonijiet abilitanti) għall-appoġġ mill-FEŻR/mill-Fond ta’ Koeżjoni, għall-perjodu 2021–2027, il-Kummissjoni pproponiet li l-investimenti fil-prevenzjoni tar-riskju u l-ġestjoni għandhom ikunu konformi mal-pjan nazzjonali jew reġjonali għall-ġestjoni tar-riskju. Dan huwa approċċ simili għall-perjodu 2014–2020, iżda ġie msaħħaħ u joffri li jħares lejn ir-riskji kollha b’mod integrat.

    Intestaturi 3 “Sigurtà u ċittadinanza” u 4 “Ewropa Globali”

    (a)   Rapport speċjali 7/2018 — it-Turkija

    3.55 L-ewwel inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    Il-Kummissjoni tinnota d-data fil-mira għall-implimentazzjoni u se tqis l-iffukar mill-ġdid fl-eżerċizzju ta’ programmazzjoni tal-2018, waqt li żżomm mal-linji gwida politiki.

    Il-Kummissjoni tinnota li l-progress f’oqsma daqstant sensittivi ma jiddependix biss fuq il-finanzjament IPA allokat iżda b’mod aktar importanti jiddependi fuq ir-rieda politika tal-awtoritajiet Torok.

    3.55 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    3.55 It-tielet inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    3.55 Ir-raba’ inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    3.55 Il-ħames inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    (b)   Rapport speċjali 20/2018 -— L-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA)

    3.56.

    L-appoġġ tal-UE għall-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà (APSA) kemm f’termini ta’ kapaċitajiet kif ukoll ta’ sjieda finanzjarja, kien strumentali għall-kontribut għall-iżvilupp ta’ din l-arkitettura — għalkemm ir-riżultati mistennija ma ntlaħqux b’mod sistematiku.

    Il-kontribuzzjoni għas-salarji jew kostijiet operazzjonali oħrajn fiha nnifisha mhijiex kwistjoni problematika billi hija marbuta mal-kisba tar-riżultati u hija parti minn strateġija ta’ appoġġ usa’ bi strateġija ta’ ħruġ ċara.

    3.57 L-ewwel inċiż. Il-Kummissjoni u s-SEAE aċċettaw ir-rakkomandazzjoni. Madankollu, l-appoġġ ad hoc tal-kostijiet operazzjonali xorta waħda jista’ jkun xieraq taħt ċerti kundizzjonijiet.

    3.57 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni.

    (c)   Rapport speċjali 27/2018 — Il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija

    3.59 L-ewwel inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    Il-Kummissjoni tqis li l-appoġġ ta’ attivitajiet simili permezz ta’ strumenti paralleli ppermetta komplementarjetà u ma wassal għal ebda duplikazzjoni jew trikkib, u ppermetta lill-Kummissjoni taċċellera r-reazzjonijiet tagħha, billi strumenti differenti ġew immobilizzati fi żminijiet differenti.

    3.59 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    3.59 It-tielet inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    3.59 Ir-raba’ inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    Il-Kummissjoni tinnota li l-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni ma tiddependix esklussivament fuq il-Kummissjoni iżda wkoll fuq ir-rieda tas-sħab li jaċċettaw dawn il-kundizzjonijiet.

    3.59 Il-ħames inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    Minkejja n-nuqqas ta’ aċċess għall-ismijiet tal-benefiċjarji, is-sħab stabbilixxew mekkaniżmi ta’ kontroll robust. Is-sħab, flimkien mal-Kummissjoni, se jkomplu jaħdmu favur aċċess aħjar għad-data primarja għall-Gvern Tork, b’kunsiderazzjoni xierqa għall-qafas legali.

    3.59 Is-sitt inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    Il-Kummissjoni se tkompli timpenja ruħha mal-awtoritajiet Torok dwar din il-kwistjoni bil-għan li tiżgura aċċess sħiħ għad-data għas-sħab ta’ implimentazzjoni, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-qafas legali applikabbli.

    Il-Kummissjoni tinnota li l-Faċilità mhijiex maħsuba biex tikkoordina l-assistenza kollha tal-UE lir-refuġjati fit-Turkija; il-mandat tagħha dwar il-monitoraġġ u r-rapportar jirrigwarda l-assistenza tal-Faċilità biss. F’kuntest separat, il-Kummissjoni diġà qed tħejji Rapport Globali dwar l-Implimentazzjoni tal-finanzjament relatat mal-kriżi tal-migrazzjoni li se jikkomplementa r-rapportar speċifiku tal-Faċilità.

    (d)   Rapport speċjali 32/2018 — Fond Fiduċjarju tal-UE (EUTF) għall-Afrika

    3.60.

    L-EUTF ġie mfassal bħala għodda ta’ implimentazzjoni b’objettivi flessibbli sabiex ikun jista’ jirrispondi għall-ħtiġijiet u l-isfidi emerġenti li joriġinaw minn kriżijiet kumplessi, li lkoll huma ta’ natura differenti u li jaffettwaw lit-tliet reġjuni.

    3.61 L-ewwel inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    3.61 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni parzjalment.

    3.61 It-tielet inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    3.61 Ir-raba’ inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazzjoni.

    Intestatura 5 “Amministrazzjoni”

    (a)   Rapport speċjali 34/2018 — L-akkomodazzjoni tal-uffiċċji tal-istituzzjonijiet tal-UE

    3.64 L-ewwel inċiż. Rigward l-istrateġija tal-bini, il-prinċipji ewlenin tal-politika tal-proprjetà immobbli tal-Kummissjoni, kif stipulat fil-Komunikazzjoni COM(2007)501 għadhom, fil-biċċa l-kbira, aġġornati (2).

    Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni parzjalment biss, minħabba d-dokumenti ta’ ppjanar (MAPFs u d-Dokument ta’ Ħidma dwar Bini li jakkumpanja l-Abbozz ta’ Baġit) diġà jiġu aġġornati kull sena.

    3.64 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni ma aċċettatx ir-rakkomandazzjoni iżda se tivvaluta l-marġini għat-titjib.

    Il-Kummissjoni tista’ tipprovdi l-informazzjoni dwar il-pagamenti bil-quddiem li jkunu saru għal bosta proġetti kull sena, fid-Dokument ta’ Ħidma dwar il-Bini li jakkumpanja l-Abbozz tal-Baġit.

    3.64 It-tielet inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni parzjalment billi tqis li l-proċedura meħtieġa għall-ġestjoni tal-bini hija fis-seħħ. Dan jista’ jiġi vvalutat mill-ġdid f’nofs it-terminu.

    3.64 Ir-raba’ inċiż. Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni u tixtieq tenfasizza li fi kwistjonijiet ta’ proprjetà immobbli d-daqs, il-ħtiġijiet u l-lokalizzazzjoni differenti ta’ kull istituzzjoni jwasslu għall-karatteristiċi speċifiċi li jista’ jkollhom influwenza importanti fuq ir-riżultati tat-tqabbil.

    Rapporti dwar “Funzjonament tas-Suq Uniku u Unjoni Monetarja sostenibbli”

    (b)   Rapport speċjali 3/2018 — Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP)

    3.68.

    B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tqis l-implimentazzjoni tal-MIP bħala waħda pożittiva. Il-Qorti tal-Awdituri għamlet sondaġġ lill-Membri tal-Kumitat tal-Politika Ekonomika (KPE) u madwar 10 % biss minnhom qiesu l-MIP bħala ineffettiv. Sabiex tittejjeb it-trasparenza, il-Kummissjoni għamlet pubbliku fil-Kompendju tal-MIP il-prinċipji li jiġu segwiti biex jiġu identifikati u vvalutati l-iżbilanċi kif ukoll introduċiet matriċi ta’ valutazzjoni tal-MIP fl-IDRs. Fir-rigward tal-profil tal-analiżi tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet tal-IDR huma rrappurtati f’Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li takkumpanja l-IDRs, mhux fl-IDR infushom għaliex, skont ir-regolament, huma għandhom iqisu l-kuntest ġenerali. Fl-aħħar nett, l-identifikazzjoni inizjali tal-iżbilanċi ma titqiesx bħala sistema ta’ twissija bikrija u għalhekk hija bbażata fuq varjabbli ta’ data ta’ kwalità għolja. Madankollu, l-analiżi ddettaljata tal-Kummissjoni tuża l-aħħar previżjonijiet makroekonomiċi li, bid-disinn, iqisu l-kundizzjonijiet ġenerali tas-suq, inklużi kundizzjonijiet sovrani possibbli li jirriflettu kontaġju minn barra.

    3.69.

    Il-Kummissjoni taċċetta l-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet tal-QEA u hija impenjata li timplimentahom. Ħafna rakkomandazzjonijiet li jinsabu fir-rapport jiffukaw fuq it-tisħiħ u t-titjib tal-aspetti tal-MIP li l-Kummissjoni diġà qiegħda tindirizza.

    (c)   Rapport speċjali 18/2018 — “L-objettiv prinċipali tal-parti preventiva tal-Patt ta’ Stabbilità u Tkabbir (PST) qiegħed jintlaħaq?”

    3.70.

    Il-Kummissjoni bħalissa tinsab fil-proċess li timplimenta dawk ir-rakkomandazzjonijiet li hija aċċettat. Il-Kunsill ħareġ il-konklużjonijiet tiegħu dwar ir-rapport f’Diċembru 2018 u stieden lill-Kummissjoni biex tirrifletti dwar is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-QEA u biex tirrapporta lura lill-Kunsill fi żmien sentejn. Il-Kummissjoni aċċettat din l-iskadenza.

    3.71 L-ewwel inċiż. Il-Kummissjoni rrevediet il-parametri tal-matriċi tar-rekwiżiti bħala parti minn reviżjoni usa’ tal-flessibbiltà taħt l-SGP, ippubblikata f’Mejju 2018. Il-Kummissjoni ma aċċettatx ir-rakkomandazzjoni biex tindirizza l-effetti kumulattivi ta’ devjazzjonijiet permessi billi r-Regolament (KE) Nru 1466/97 jipprovdi b’mod speċifiku l-marġini ta’ devjazzjoni permess ta’ 0,25 % tal-PDG u l-Kummissjoni ma tistax timponi restrizzjonijiet fuq dan.

    3.71 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni ma aċċettatx ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija f’din is-sentenza, jiġifieri r-rakkomandazzjonijiet 2(a) u 2(b). Id-devjazzjoni temporanja taħt il-klawżola tar-riforma strutturali mhijiex marbuta direttament mal-ispejjeż baġitarji attwali tar-riforma billi ċerti riformi strutturali ta’ benefiċċju mhux dejjem joħolqu spejjeż baġitarji diretti sinifikanti, filwaqt li riformi bħal dawn iġorru spejjeż ekonomiċi jew politiċi sostanzjali. F’dawn il-każijiet, l-irbit dirett tad-devjazzjoni temporanja mal-ispejjeż baġitarji effettivament jannulla l-intenzjoni ta’ inċentiv tal-klawżola. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma aċċettatx ir-rakkomandazzjoni li twaqqaf il-klawżola ta’ investiment fil-forma attwali tagħha billi tqis li dan huwa element importanti tal-pakkett ta’ flessibbiltà introdott fl-2015.

    3.71 It-tielet inċiż. Il-Kummissjoni se teżamina dawn il-kwistjonijiet bħala parti mir-reviżjoni li jmiss tagħha tal-leġiżlazzjoni “2-pack” u “6-pack”. Il-parametri tal-matriċi tar-rekwiżiti diġà jistabbilixxu rekwiżiti ogħla għal Stati Membri li għandhom ħafna dejn.

    3.71 Ir-raba’ inċiż. Il-Kummissjoni implimentat dawn ir-rakkomandazzjonijiet fil-ħin għall-pubblikazzjoni reċenti tal-Pakkett tar-Rebbiegħa tagħha tal-2019.

    Parti 3 — Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet

    3.75.

    Il-ħdax-il rakkomandazzjoni li ma ġew implimentati bl-ebda mod ma ġewx aċċettati mill-Kummissjoni.

    Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

    Konklużjonijiet

    3.79.

    Il-prestazzjoni f’ħafna każijiet mhix lineari maż-żmien iżda tibda bil-mod biss matul l-implimentazzjoni. Meta wieħed iqis dan u l-bidu tard ta’ ċerti programmi, il-Kummissjoni tqis li, b’mod ġenerali, il-progress miexi fit-triq it-tajba. Il-Kummissjoni taqbel li huwa neċessarju li jiġi mmonitorjat bir-reqqa l-progress ta’ implimentazzjoni u li jittieħdu l-miżuri neċessarji f’każ li jkun hemm nuqqasijiet. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-proċess ta’ aggregazzjoni tal-prestazzjoni fuq l-indikaturi fi programmi u intestaturi għandu l-limitazzjonijiet tiegħu. Il-Kummissjoni, b’mod intenzjonat, ma kkalkulatx medja tad-distanza għall-mira għal kull programm. Ċifra waħda ma tistax tkopri kompletament il-kumplessità inerenti fl-infiq ta’ għexieren ta’ biljuni ta’ euro.

    3.80.

    Il-qafas ta’ prestazzjoni attwali għall-baġit tal-UE ġie distint mill-OECD (3) bħala l-aħjar wieħed fost il-pari tiegħu. Il-Kummissjoni għamlet proposti biex ittejbu aktar għall-qafas finanzjarju futur. Madankollu, hemm ħafna sfidi assoċjati mal-ġbir u t-trażmissjoni tad-data, b’mod partikolari għal programmi taħt ġestjoni kondiviża. Dawn u fatturi oħrajn, fosthom il-multiannwalità tal-programmi, jagħmlu r-rappurtar dwar il-prestazzjoni tal-baġit Ewropew sfida diffiċli.

    (a)

    L-ewwel inċiż: L-indikaturi tal-prestazzjoni għall-programmi finanzjarji tal-UE huma ddefiniti fl-atti legali li jsostnu dawn il-programmi. Il-Kummissjoni taqbel li l-indikaturi tar-riżultati u tal-impatt huma importanti biex ikejlu l-prestazzjoni. Huwa meħtieġ bilanċ bejn it-tipi ta’ indikaturi.

    It-tieni inċiż: Il-Kummissjoni taqbel li l-indikaturi kollha għandhom jgħinu biex jitkejlu l-kisbiet tal-baġit tal-UE.

    It-tielet inċiż: Wieħed dejjem jista’ jqis kompromess bejn lista eżawrjenti ta’ indikaturi li jkopru kull aspett tal-objettivi u r-riżorsi implikati.

    (b)

    L-ewwel inċiż: Il-Kummissjoni — filwaqt li sserraħ ukoll fuq l-Istati Membri u entitajiet oħra ta’ rappurtar — qiegħda kontinwament ittejjeb ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni tagħha. Fl-analiżi tagħha tal-ġabra ta’ data disponibbli f’Marzu 2019, il-Kummissjoni sabet li 63 % tal-indikaturi għandhom “informazzjoni sħiħa dwar il-prestazzjoni” li jfisser punti ta’ data, linja bażi u mira, li l-Kummissjoni tqis bħala figura raġonevoli. Għall-qafas ta’ prestazzjoni tal-programmi ta’ nfiq ta’ wara l-2020 il-Kummissjoni issa nediet proġett wiesa’ bl-għan li tiżgura li tali informazzjoni dwar il-prestazzjoni sottostanti tiġi stabbilita għall-programmi b’mod konsistenti u skont skeda miftiehma.

    (c)

    L-ewwel inċiż: Id-disponibbiltà u l-kwalità tad-data jiddependu ħafna fuq l-obbligi ta’ rappurtar li jirriżultaw mill-proċess leġiżlattiv. Meta d-data tiġi rrappurtata mill-Istati Membri u l-awtoritajiet pubbliċi, il-Kummissjoni għandha kapaċità limitata li tinfluwenza l-kwalità tagħhom. Il-Kummissjoni tinnota li tliet kwarti tal-indikaturi kellhom l-aktar data reċenti disponibbli. Għal xi programmi, id-data se tkun disponibbli biss aktar tard fil-perjodu ta’ implimentazzjoni.

    (d)

    L-ewwel inċiż: Il-Kummissjoni taċċetta li ċerti miri ta’ indikaturi jistgħu ma jkunux ambizzjużi biżżejjed iżda ssostni li b’mod ġenerali l-qafas ta’ prestazzjoni huwa b’saħħtu. Il-Kummissjoni tenfasizza wkoll l-impenn tagħha li ttejjeb is-sistema fil-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss.

    3.81.

    Il-Kummissjoni taqbel mal-QEA li d-disponibbiltà tad-data tista’ titjieb. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li għandu jinkiseb bilanċ bejn tipi differenti ta’ indikaturi iżda ma hemm l-ebda proporzjon partikolari ta’ indikaturi tal-input u tal-output li awtomatikament jippreżentaw dgħufija (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.23). Il-fatt li l-progress ma jistax jiġi kkalkulat huwa marbut kemm mad-disponibbiltà tad-data kif ukoll ma’ kif tintuża d-data disponibbli biex jiġi kkalkulat dak il-progress (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.28). Filwaqt li jista’ jkun hemm miri mhux ambizzjużi dwar xi indikaturi f’xi programmi, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet mhuwiex faċli li jiġu identifikati (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 3.35).

    Rakkomandazzjonijiet

    Rakkomandazzjoni 3.1 (Indikaturi fid-dikjarazzjonijiet tal-programm)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Skont ir-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni hija mitluba tirrapporta fid-Dikjarazzjonijiet tal-Programm dwar l-indikaturi kollha stipulati fil-bażijiet legali tal-programmi ta’ nfiq kif miftiehem mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill ibbażati fuq proposti magħmula mill-Kummissjoni.

    (a)

    Il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ bilanċ xieraq bejn it-tipi ta’ indikaturi biex tiġi mmonitorjata u evalwata l-prestazzjoni u dan il-bilanċ għandu jirrifletti l-ispeċifiċitajiet tal-programmi individwali.

    Rakkomandazzjoni 3.2 (Oqfsa ta’ prestazzjoni għall-programmi)

    Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li se jkun meħtieġ li jintuża għadd limitat ta’ indikaturi li għalihom mhuwiex sinifikanti li jiġu ddefiniti l-linji bażi, l-istadji importanti jew il-miri kwantitattivi.

    (d)

    Il-Kummissjoni tinnota li għandha tqis il-kunsiderazzjonijiet tal-fattibbiltà u tal-kostijiet kif ukoll il-fatt li teħtieġ impenn korrispondenti, b’mod partikolari, tal-Istati Membri u tal-benefiċjarji, li jippreżentaw data ta’ kwalità għolja fil-ħin.

    Rakkomandazzjoni 3.3 (Informazzjoni f’waqtha għall-indikaturi tal-prestazzjoni)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li għandha tqis il-kunsiderazzjonijiet tal-fattibbiltà u tal-kostijiet kif ukoll il-fatt li teħtieġ impenn korrispondenti, b’mod partikolari, tal-Istati Membri u tal-benefiċjarji, li jippreżentaw data ta’ kwalità għolja fil-ħin.

    Rakkomandazzjoni 3.4 (Dokumentazzjoni tal-miri)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

    Rakkomandazzjoni 3.5 (Titjib tal-Analiżi tal-Prestazzjoni tal-Programmi)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

    (a)

    Il-Kummissjoni tqis li se tkun tista’ timplimenta din il-parti tar-rakkomandazzjoni biss fil-bidu tal-QFP 2021–2027.

    Anness 3.3 — Status iddettaljat tar-rakkomandazzjonijiet tal-2015 għal kull rapport

    Rapport speċjali 01/2015: Trasport minn Passaġġi fuq l-Ilma Interni fl-Ewropa — L-ebda titjib sinifikanti fis-sehem modali u fil-kundizzjonijiet ta’ navigabbiltà mill-2001 ’il hawn

    Tweġiba għall-paragrafu 52, rakkomandazzjoni 1(a): Il-Kummissjoni tinnota li din ir-rakkomandazzjoni ġiet indirizzata lill-Istati Membri.

    Tweġiba għall-paragrafu 54, rakkomandazzjoni 2(a): Il-Kummissjoni ħadet l-azzjonijiet li kienu possibbli fil-perjodu ta’ żmien iddefinit għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni u tqisha bħala implimentata. Hija eżaminat is-sitwazzjoni tas-settur tan-navigazzjoni interna permezz ta’ analiżi ddedikata għall-Osservazzjoni tas-Suq. Ir-reviżjoni tal-istrateġija nnifisha se sseħħ fil-kuntest aktar ġenerali tar-reviżjoni tal-qafas TEN-T (ara r-rakkomandazzjoni 2c hawn taħt).

    Tweġiba għall-paragrafu 54, rakkomandazzjoni 2(c): Din l-azzjoni se titlesta bir-reviżjoni tar-Regolament TEN-T previst sal-31 ta’ Diċembru 2023.

    Rapport speċjali 02/2015: Finanzjament mill-UE ta’ impjanti tat-Trattament tal-Ilma Urban Mormi fil-baċin tax-Xmara Danubju — aktar sforzi huma meħtieġa biex l-Istati Membri jingħataw għajnuna sabiex jilħqu l-objettivi tal-UE għall-politika tal-ilma mormi

    Tweġiba għall-paragrafu 108, rakkomandazzjoni 1(a): Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni.

    Tweġiba għall-paragrafu 110, rakkomandazzjoni 2(a): Il-Kummissjoni implimentat bis-sħiħ il-parti tar-rakkomandazzjoni 2(a) li aċċettat. Għall-biċċa l-kbira tat-tagħbija ta’ ilma mormi (l-agglomerazzjonijiet kollha ta’ aktar minn 2 000 p.e.) qiegħda tiġi rrappurtata informazzjoni finanzjarja. Agglomerazzjonijiet ta’ inqas minn 2 000 p.e. ma jirrappurtawx. Ir-raġunijiet għal dan huma dawn li ġejjin: a) piż amministrattiv addizzjonali mhux ġustifikabbli, b) jiżdied id-dewmien fir-rappurtar (il-QEA tirrakkomanda xi mkien ieħor li jnaqqas id-dewmien fir-rappurtar), c) l-ebda obbligu espliċitu ta’ rappurtar fid-Direttiva.

    Tweġiba għall-paragrafu 115, rakkomandazzjoni 3(a): Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni.

    Tweġiba għall-paragrafu 115, rakkomandazzjoni 3(b): Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni.

    Tweġiba għall-paragrafu 115, rakkomandazzjoni 3(c): Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ.

    Tweġiba għall-paragrafu 115, rakkomandazzjoni 3(d): Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ. Il-Kummissjoni ħadet l-azzjoni rrakkomandata.

    Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 huma pprovduti rekwiżiti dwar ir-rappurtar fuq strumenti finanzjarji fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014. Dan tal-aħħar jistabbilixxi mudell għar-rappurtar dwar strumenti finanzjarji. Fit-Taqsima VIII tal-mudell ta’ rappurtar l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet oħrajn, barra l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej miġbura minn strumenti finanzjarji, inklużi kontribuzzjonijiet pubbliċi u/jew privati, it-tnejn impenjati fil-ftehimiet ta’ finanzjament u mħallsa fil-livell ta’ riċevituri finali.

    Tweġiba għall-paragrafu 117, rakkomandazzjoni 4(a): Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni.

    Tweġiba għall-paragrafu 117, rakkomandazzjoni 4(b): Din ir-rakkomandazzjoni hija implimentata parzjalment.

    Tweġiba għall-paragrafu 119, rakkomandazzjoni 5(b): Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni.

    Rapport speċjali 03/2015: Garanzija tal-UE għaż-Żgħażagħ — ittieħdu l-ewwel passi iżda hemm riskji għall-implimentazzjoni fil-ġejjieni

    Tweġiba għall-paragrafu 89, rakkomandazzjoni 1: Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Rapport speċjali 04/2015: L-assistenza teknika — x’kontribut tat lill-agrikoltura u l-iżvilupp rurali?

    Tweġiba għall-paragrafu 90, rakkomandazzjoni 1: Il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ. Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża, fil-Programmi tal-Iżvilupp Rurali tagħhom, l-Istati Membri jiddeskrivu kif se tintuża l-assistenza teknika u huma f’pożizzjoni li jipprovdu valutazzjoni ġenerali ta’ kif din tiġi implimentata.

    Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-indikaturi ta’ monitoraġġ jipprovdu biss parti mill-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni u li l-evalwazzjoni tmur ferm lil hinn mill-analiżi tad-data tat-tabelli ta’ monitoraġġ. Il-Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni komuni għall-iżvilupp rurali, kif stipulat fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 jinkludu l-Mistoqsija 20: “Sa liema punt l-assistenza teknika kkontribwiet biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013?”

    L-evalwazzjoni ex post tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali hija mistennija li titħejja u tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa Diċembru 2024.

    Tweġiba għall-paragrafu 90, rakkomandazzjoni 2: Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni.

    Tweġiba għall-paragrafu 93, rakkomandazzjoni 4: Il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ. Il-monitoraġġ tat-Tabella B2.3 jiddistingwi bejn l-appoġġ tal-Assistenza Teknika — ħlief in-Network Rurali Nazzjonali — in-nefqa pubblika totali għall-kostijiet amministrattivi u kostijiet oħrajn, dawn tal-aħħar jinkludu l-istudji u t-taħriġ. Bħala prinċipju ġenerali, id-definizzjoni ta’ indikaturi addizzjonali li għandhom jinġabru mill-Istati Membri u r-Reġjuni għandha żżomm il-bilanċ it-tajjeb bejn il-valur miżjud minn naħa u l-piż amministrattiv min-naħa l-oħra. Din hija r-raġuni għaliex l-ammont ta’ informazzjoni ddettaljata miġbura f’dan il-livell qed jinżamm limitat b’mod intenzjonali.

    Il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tipprovdi evidenza ex ante dwar l-eżiti eventwali tal-mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni. Taħt ġestjoni kondiviża, l-evalwazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali ssir fil-livell tal-Istati Membri jew tar-Reġjuni f’konformità mal-approċċ ta’ evalwazzjoni komuni kif stabbilit fl-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014.

    Rapport speċjali 05/2015: L-istrumenti finanzjarji huma għodda ta’ suċċess u promettenti fil-qasam tal-iżvilupp rurali?

    Tweġiba għall-paragrafu 100, rakkomandazzjoni 3: Il-koleġiżlaturi ma pprovdewx rekwiżiti legali għall-istabbiliment ta’ miri għall-effetti rotanti. Ir-raġuni għal dan hija li n-natura rotanti assoċjata ma’ kull strument finanzjarju hija speċifika għal kull strument u d-disinn tiegħu. Dan jiddependi wkoll minn fatturi esterni bħad-domanda tas-suq u l-iżvilupp ekonomiku. Bl-istess mod, il-Kummissjoni pprovdiet biss regoli ta’ implimentazzjoni addizzjonali relatati mar-rotazzjoni fir-regolamenti ta’ implimentazzjoni tagħha (UE) Nru 964/2014 u (UE) 2016/1157, impoġġija fit-taqsimiet dwar il-politika tas-self. Il-qafas legali u r-regoli ta’ implimentazzjoni jistgħu jipprovdu biss prinċipji għall-iffissar tal-miri u għall-ġestjoni tar-riżorsi mħallsa lura.

    B’mod partikolari, il-volum immirat tas-self u l-firxa tar-rata tal-imgħax ma jistgħux jiġu stabbiliti fil-livell tal-UE ex ante b’miri ddefiniti minn qabel. Dawn jistgħu jiġu vvalutati biss każ b’każ fil-valutazzjoni ex ante ta’ kull strument finanzjarju (skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u għandhom jitqiesu sabiex tiġi ddeterminata n-natura tal-istrument (strument rotanti jew mhux rotanti). L-aspett tal-ingranaġġ għandu jiġi eżaminat ukoll matul il-proċess ta’ valutazzjoni ex ante. Ir-riżorsi mħallsa lura lill-istrument finanzjarju għandhom jew jerġgħu jintużaw fl-istess strument finanzjarju (li jista’ jerġa’ jintuża fl-istess strument finanzjarju) jew wara li jitħallsu lura lill-awtorità ta’ ġestjoni jew fond ta’ fondi huma għandhom jintużaw skont l-Artikolu 44 (għall-istess objettiv stabbilit taħt prijorità qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ eliġibbiltà) u l-Artikolu 45 (skont l-għan tal-programm wara tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

    B’dawn id-dispożizzjonijiet kif emendati fir-Regolament Omnibus (ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046) il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata, bl-eċċezzjoni tal-miri li jistgħu jiġu ddefiniti biss fil-valutazzjoni ex ante ta’ kull strument finanzjarju u ma jistgħux jiġu stabbiliti b’mod orizzontali mill-Kummissjoni.

    Rapport speċjali 08/2015: L-appoġġ finanzjarju tal-UE qiegħed jindirizza l-ħtiġijiet tal-mikrointrapriżi b’mod adegwat?

    Tweġiba għall-paragrafu 68, rakkomandazzjoni 1: Fir-rigward tad-dgħufija li għadha preżenti msemmija mill-QEA fl-Anness 3.4, għandu jiġi nnotat li l-inklużjoni ta’ indikaturi speċifiċi f’PO hija fakultattiva għall-Awtoritajiet ta’ ġestjoni. Madankollu, ir-Regolament jipprevedi indikatur ta’ output komuni obbligatorju għall-entitajiet (Regolament (UE) Nru 1304/2013, Anness I(2)).

    Tweġiba għall-paragrafu 72, rakkomandazzjoni 4: Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni.

    Rapport speċjali 09/2015: Appoġġ mill-UE għall-ġlieda kontra t-tortura u l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt

    Tweġiba għall-paragrafu 55, rakkomandazzjoni 4: Filwaqt li taqbel mal-konklużjoni tal-QEA li din ir-rakkomandazzjoni ma ġietx implimentata, il-Kummissjoni ttenni li ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni.

    Tweġiba għall-paragrafu 56, rakkomandazzjoni 6: Filwaqt li taqbel mal-konklużjoni tal-QEA li din ir-rakkomandazzjoni ma ġietx implimentata, il-Kummissjoni ttenni li ma taċċettax ir-rakkomandazzjoni.

    Rapport speċjali 12/2015: Il-prijorità tal-UE li tippromwovi ekonomija rurali bbażata fuq l-għarfien ġiet affettwata minn ġestjoni ħażina ta’ miżuri ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ konsulenza

    Tweġiba għall-paragrafu 94, rakkomandazzjoni 1(b): Ir-rakkomandazzjoni mill-QEA hija meqjusa bħala implimentata bis-sħiħ. Hemm metodoloġiji differenti biex issir analiżi rikorrenti tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ u l-approċċ l-aktar xieraq jiddependi mit-tfassil tas-Sistema tal-Għarfien u tal-Innovazzjoni Agrikola (AKIS) rispettiva, li tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Għalhekk, l-Iskeda tal-Miżura tista’ tiddeskrivi biss f’termini ġenerali l-aktar mod effiċjenti biex titwettaq tali valutazzjoni tal-ħtiġijiet.

    L-aġġornament għall-Iskeda tal-Miżura kif implimentata mill-Kummissjoni jitqies li jipprovdi l-livell xieraq ta’ dettall u li jkun biżżejjed biex jiggwida lill-Istati Membri biex iwettqu valutazzjoni rikorrenti tal-ħtiġijiet.

    Tweġiba għall-paragrafu 94, rakkomandazzjoni 1(d): Ir-rakkomandazzjoni mill-QEA hija meqjusa bħala implimentata bis-sħiħ. Il-miżuri kollha tal-iżvilupp rurali huma approvati biss biex jiżdiedu fil-Programmi tal-Iżvilupp Rurali jekk Stat Membru juri ħtieġa strateġika sottostanti. Dik il-ħtieġa tkun evidenti mill-istrateġija tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali li min-naħa tagħha hija bbażata fuq l-analiżi SWOT u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet li jirriżultaw li kull Stat Membru kellu jwettaq fil-bidu tal-fażi ta’ Programmar għall-Iżvilupp Rurali.

    Fil-Laqgħat Annwali ta’ Reviżjoni u l-Kumitati ta’ Monitoraġġ jiġu vvalutati r-“Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni (AIR)”, li jirrappurtaw dwar il-progress ta’ implimentazzjoni tal-miżuri pprogrammati kollha tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali. F’każ ta’ diffikultajiet jew dewmien fl-implimentazzjoni, is-sitwazzjoni tiġi analizzata u tiġi mfittxija azzjoni ta’ rimedju.

    Tweġiba għall-paragrafu 96, rakkomandazzjoni 2(b): Ir-rakkomandazzjoni mill-QEA dwar id-dokumenti ta’ gwida u l-akkwist pubbliku inkluża informazzjoni dwar kunsinna interna hija meqjusa bħala implimentata bis-sħiħ.

    Fir-rigward tal-monitoraġġ tal-proċeduri tal-Istati Membri permezz ta’ verifiki tal-konformità ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għar-Rakkomandazzjoni 5 b’rabta mar-Rapport speċjali 12/2015.

    Tweġiba għall-paragrafu 98, rakkomandazzjoni 3(a): Ir-rakkomandazzjoni mill-QEA hija meqjusa bħala implimentata bis-sħiħ. Il-Kummissjoni tipprovdi gwida, li sservi bħala dokument biex tiċċara ċerti interpretazzjonijiet legali u biex ixxerred eżempji ta’ prattiki tajba ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni lill-Istati Membri.

    Il-kwistjoni tar-raġonevolezza tal-kostijiet hija diskussa regolarment mal-Istati Membri f’diversi kuntesti: l-aħħar avveniment kien is-seminar tar-rata ta’ Żball li sar f’Ġunju 2018 u li fih ġew diskussi aspetti tar-raġonevolezza tal-kostijiet u l-użu ta’ Opzjonijiet relatati mal-Kostijiet Simplifikati.

    It-taħriġ jista’ jiġi organizzat fuq it-talbiet tal-Istati Membri, u diġà ġew organizzati diversi sessjonijiet ta’ taħriġ dwar dan is-suġġett. Ta’ min jinnota wkoll li l-użu ta’ Opzjonijiet relatati mal-Kostijiet Simplifikati qed jiżdied b’mod sinifikanti matul l-implimentazzjoni tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali, li jfisser li l-valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-kostijiet tintuża inqas ta’ spiss mill-Istati Membri.

    Tweġiba għall-paragrafu 98, rakkomandazzjoni 3(b): Ir-rakkomandazzjoni mill-QEA hija meqjusa bħala implimentata bis-sħiħ. L-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jirrikjedi li fl-2017 u l-2019 il-laqgħat annwali ta’ reviżjoni bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru jkopru l-programmi kollha. Dawn il-laqgħat ta’ reviżjoni għandhom iqisu r-rapporti ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija. Fost l-oħrajn, dan ir-rapport għandu jagħti informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni bejn il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u strumenti ta’ finanzjament oħrajn tal-Unjoni u nazzjonali u mal-Bank Ewropew tal-Investiment. Dawn il-laqgħat ta’ reviżjoni huma mezzi addizzjonali biex jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn il-programmi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fi Stat Membru partikolari, u jipprovdu bażi biex jiġi introdott titjib fejn meħtieġ.

    Tweġiba għall-paragrafu 100, rakkomandazzjoni 4(b): Il-Kummissjoni tibqa’ tal-fehma li mhix responsabbli għall-monitoraġġ li hemm fis-seħħ sistemi ta’ feedback għat-titjib tat-taħriġ li ġej.

    Rigward informazzjoni affidabbli dwar il-kwalità u l-effettività tas-servizzi ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ konsulenza, l-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 jispeċifika l-mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni (EQ) komuni għall-iżvilupp rurali: EQ 1, b’referenza għall-Qasam ta’ Fokus 1 A, jgħid hekk: “Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġaw l-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali?” Din l-EQ għandha tiġi mwieġba fir-Rapport ta’ Implimentazzjoni Annwali mtejjeb li jrid jiġi sottomess fl-2019 u fl-evalwazzjoni ex post.

    Għalhekk, ir-rakkomandazzjoni mill-QEA hija meqjusa bħala implimentata bis-sħiħ.

    Tweġiba għall-paragrafu 102, rakkomandazzjoni 5: Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ. Fir-rigward tal-verifiki fil-qasam tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni li ma twettqux fil-prattika ġew ippjanati fil-Programm ta’ Ħidma Pluriennali 2016–2019 għas-sena n+2, jiġifieri għall-2018–2019. Wara Valutazzjoni tar-Riskju Ċentrali ġdida li saret fl-2017 il-punteġġ tar-riskju tagħhom kien inqas minħabba n-nefqa aktar baxxa u, minħabba r-riżorsi disponibbli, ġie deċiż li jiġu organizzati verifiki oħra (b’riskju ogħla u b’aktar infiq).

    Wara r-Rapport speċjali, żdied il-profil tar-riskju tal-qasam tal-verifika. B’konsegwenza ta’ dan, id-DĠ AGRI għażel u wettaq 5 verifiki (f’AT, DK, FR, IT, SE). Għandu jinftiehem li, minħabba li l-infiq huwa baxx ħafna, anke jekk saret żieda fil-fattur ta’ riskju fil-qasam tal-verifika fl-analiżi tar-riskju, in-numru ta’ tranżazzjonijiet magħżula għadu limitat.

    Barra minn hekk, fl-approċċ il-ġdid tal-verifika li d-DĠ AGRI ilu jwettaq minn Lulju 2018, l-enfasi qiegħda fuq il-ħidma tal-Korp taċ-Ċertifikazzjoni (KĊ) għall-miżuri kollha li mhumiex IACS, inklużi l-miżuri relatati mat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni. Kull meta din il-miżura tkun fil-kampjun 1 tal-KĊ, hija tintgħażel ukoll mid-DĠ AGRI fil-verifika tagħha.

    Rapport speċjali 13/2015: L-appoġġ tal-UE lil pajjiżi li jipproduċu l-injam taħt il-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT

    Tweġiba għall-paragrafu 58, rakkomandazzjoni 1: Din ir-rakkomandazzjoni ġiet aċċettata parzjalment fl-2015 mill-Kummissjoni, billi l-allokazzjoni ta’ baġit għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT hija fattibbli biss għall-programmi tematiċi/linji baġitarji. Għall-perjodu 2014–2020, il-Kummissjoni allokat EUR 145 miljun għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT taħt il-Programm Tematiku tal-Linja Baġitarja u żviluppat Pjanijiet ta’ Azzjoni Annwali b’dettalji dwar liema oqsma ta’ azzjoni tal-pjan ta’ azzjoni FLEGT kellhom jiġu ffinanzjati.

    Rapport speċjali 16/2015: Titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija permezz tal-iżvilupp tas-suq intern tal-enerġija: jinħtieġu sforzi akbar

    Tweġiba għall-paragrafu 117, rakkomandazzjoni 3: Il-Kummissjoni tqis li r-rakkomandazzjoni hija implimentata bis-sħiħ permezz tal-estensjoni tal-qafas regolatorju u l-istabbiliment ta’ pjattaforma.

    Tweġiba għall-paragrafu 123, rakkomandazzjoni 7(b): Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni parzjalment u ħadet l-azzjoni mitluba dwar l-elementi aċċettati.

    Tweġiba għall-paragrafu 126, rakkomandazzjoni 9: Il-Kummissjoni ma aċċettatx ir-rakkomandazzjoni. Madankollu, ħadet l-azzjonijiet meqjusa neċessarji biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet sottostanti.

    Rapport speċjali 17/2015: Appoġġ mill-Kummissjoni għat-timijiet ta’ azzjoni għaż-żgħażagħ: l-immirar mill-ġdid tal-finanzjament mill-FSE nkiseb, iżda ma kienx hemm fokus suffiċjenti fuq ir-riżultati

    Tweġiba għall-paragrafu 84, rakkomandazzjoni 2(a): Il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ.

    Il-Kummissjoni tinsisti li l-eżami tal-opportunitajiet biex jittejbu r-riżultati, hija prattika standard kontinwa. Il-Kummissjoni teżamina kull talba ta’ programmar mill-ġdid, kemm jekk ikkawżata mill-ħtieġa li jiġu inkorporati fondi addizzjonali ġodda jew le, primarjament bil-ħsieb li jinkisbu riżultati aħjar, u jkollha diskussjonijiet fit-tul mal-Istat Membru. Sa issa, il-Kummissjoni ma kinitx ħadet l-inizjattiva li tipproponi modifiki ġodda billi kien ikun bla bżonn u kien wisq ineffiċjenti.

    Tweġiba għall-paragrafu 84, rakkomandazzjoni 2(b): Il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ.

    Il-Kummissjoni tinsisti li valutazzjoni bħal din titwettaq b’mod diliġenti u dejjem kienet prattika standard. Ir-rappurtar dwar kull dettall uniku tal-proċess ta’ valutazzjoni, dwar elementi li huma meħtieġa mir-Regolamenti u li dejjem kienu prattika standard, huwa meqjus bħala mhux neċessarju u ineffiċjenti, u b’hekk in-nuqqas ta’ informazzjoni ddettaljata dwar il-listi ta’ kontroll.

    Tweġiba għall-paragrafu 84, rakkomandazzjoni 2(c): Il-Kummissjoni tinsisti li din ir-rakkomandazzjoni tiġi implimentata bis-sħiħ sal-punt li tibqa’ rilevanti. Din ir-rakkomandazzjoni tilfet ir-rilevanza matul l-2014–2020 billi r-Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni ma għadhomx jitqiesu bħala l-mezz ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni ddettaljata iżda mqassra biss. Il-Kummissjoni tinsisti li informazzjoni suffiċjenti u rilevanti tiġi trażmessa permezz tar-Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni u li informazzjoni aktar iddettaljata tiġi pprovduta permezz ta’ mezzi oħra ta’ rappurtar (pereżempju rapporti ta’ evalwazzjoni; laqgħat tekniċi u kumitati ta’ monitoraġġ — li d-diskussjonijiet tagħhom huma riflessi fil-minuti u n-noti għall-fajl).

    Tweġiba għall-paragrafu 86, rakkomandazzjoni 3: Il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ.

    Il-Kummissjoni tinsisti li l-kontrolli sistematiċi tal-plawsibbiltà u tal-affidabbiltà jitwettqu bħala prattika standard. Teżisti evidenza li din hija prattika standard (dokumenti ta’ gwida mill-unità ta’ evalwazzjoni u mill-unità ta’ koordinazzjoni tal-FSE; il-listi ta’ kontroll biex jaċċettaw ir-rapporti). Id-dokumentazzjoni ta’ kull kontroll imwettaq, ma tkunx meħtieġa u tkun ineffiċjenti.

    Rapport speċjali 20/2015: Il-kosteffettività tal-appoġġ taħt l-Iżvilupp Rurali tal-UE għal investimenti mhux produttivi fl-agrikoltura

    Tweġiba għall-paragrafu 74, rakkomandazzjoni 1(a): Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ir-Rapport ta’ Implimentazzjoni Annwali 2018 imtejjeb se jiġi sottomess mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fl-aħħar ta’ Ġunju 2019. Il-Kummissjoni se tkun f’pożizzjoni li tlesti l-monitoraġġ rispettiv dak iż-żmien biss.

    Tweġiba għall-paragrafu 77, rakkomandazzjoni 3(a): Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata billi l-azzjoni meħtieġa biex l-Istati Membri jingħataw il-pariri biex jistabbilixxu indikaturi addizzjonali twettqet. Il-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali permezz tas-sett ta’ indikaturi komuni tal-kuntest, tar-riżultati u tal-output taħt is-Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni għall-2014–2020.

    L-evalwazzjonijiet isiru minn/f’isem l-Istati Membri filwaqt li s-sinteżi ta’ dawn l-evalwazzjonijiet fil-livell tal-UE ssir taħt ir-responsabbiltà tas-servizzi tal-Kummissjoni. L-elementi obbligatorji tas-Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni għall-2014–2020, li jinsabu fl-att ta’ implimentazzjoni, jinkludu lista tal-indikaturi li għandhom jintużaw biex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni tal-politika. Lil hinn minn dawn l-indikaturi, il-Kummissjoni ma tistax tagħmel wisq ħlief li tagħti pariri/tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-indikaturi addizzjonali.

    Ir-rakkomandazzjoni biex “jingħata parir lil dawk l-Istati Membri fejn l-appoġġ għall-investimenti mhux produttivi huwa sinifikanti, biex jiġu definiti indikaturi tar-riżultati speċifiċi għat-tipi ta’ investimenti mhux produttivi li huma l-aktar iffinanzjati b’mod frekwenti” ġiet issodisfata permezz tal-linji gwida dwar “Assessment of Rural Development Programmes results: How to prepare for reporting on evaluation in 2017” (Valutazzjoni tar-riżultati tal-Programmi għall-Iżvilupp Rurali: Kif tħejji għar-rapportar dwar l-evalwazzjoni fl-2017).

    Il-Kummissjoni ma tistax tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu indikaturi addizzjonali bħal dawn billi jmorru lil hinn mill-elementi obbligatorji tal-qafas tas-Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMES) għall-2014–2020.

    Tweġiba għall-paragrafu 81, rakkomandazzjoni 5(b): Id-Direttorat tal-Assigurazzjoni u l-Verifika tad-DĠ AGRI se jkompli jinkludi s-sejbiet tal-QEA fil-ħidma preparatorja tiegħu għall-Programm ta’ Ħidma Pluriennali (MAWP). Is-sejbiet tal-QEA huma fost il-kriterji standard użati meta jiġi stabbilit l-MAWP.

    Rapport speċjali 23/2015: Il-kwalità tal-ilma fil-baċin tax-Xmara Danubju: sar progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma iżda għad fadal xi jsir

    Tweġiba għall-paragrafu 172, rakkomandazzjoni 1(d): Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Tweġiba għall-paragrafu 172, rakkomandazzjoni 1(e): Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Tweġiba għall-paragrafu 172, rakkomandazzjoni 1(f): Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Tweġiba għall-paragrafu 182, rakkomandazzjoni 2(b): Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Tweġiba għall-paragrafu 182, rakkomandazzjoni 2(c): Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Tweġiba għall-paragrafu 182, rakkomandazzjoni 2(d): Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Tweġiba għall-paragrafu 191, rakkomandazzjoni 3(b): Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni.

    Tweġiba għall-paragrafu 191, rakkomandazzjoni 3(e): Huwa previst aktar xogħol u din ir-rakkomandazzjoni hija mistennija li tiġi implimentata bis-sħiħ sa tmiem l-2020.

    Tweġiba għall-paragrafu 191, rakkomandazzjoni 3(f): Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Tweġiba għall-paragrafu 191, rakkomandazzjoni 3(g): Din ir-rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Rapport speċjali 24/2015: L-indirizzar tal-frodi intra-Komunitarja tal-VAT: Tinħtieġ aktar azzjoni

    Tweġiba għall-paragrafu 116, rakkomandazzjoni 6: Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni. Ir-rakkomandazzjoni ġiet issostitwita mill-proposta tal-Kummissjoni, attwalment diskussa mill-Kunsill, għal “sistema definittiva tal-VAT”, li eżaminat is-sistema attwali tal-VAT għall-kummerċ intra-UE u li tinkludi regoli ġodda dwar l-obbligi ta’ rappurtar.

    Tweġiba għall-paragrafu 117, rakkomandazzjoni 7: Il-Kummissjoni ma aċċettatx din ir-rakkomandazzjoni. Il-mekkaniżmu tar-reverse charge settorjali bħala miżura kontra l-frodi huwa fakultattiv u orjentat l-aktar lejn problemi speċifiċi nazzjonali ta’ frodi. Il-proposta tal-Kummissjoni għal “sistema definittiva tal-VAT”, attwalment diskussa mill-Kunsill, tipprevedi t-tneħħija tar-reverse charge settorjali (fir-rigward ta’ oġġetti fl-ewwel fażi) billi tittratta strutturalment dwar il-kawża tal-problema ta’ frodi intra-UE.

    Rapport speċjali 25/2015: L-appoġġ mill-UE għall-infrastruttura rurali: il-potenzjal li jinkiseb valur sinifikattivament akbar għall-flus

    Tweġiba għall-paragrafu 101, rakkomandazzjoni 1(b): Il-Kummissjoni tqis li r-rakkomandazzjoni hija implimentata bis-sħiħ.

    Il-pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki — in-Network Ewropew għall-Iżvilupp Rurali — hija stabbilita u tintuża mill-Istati Membri ladarba l-proġetti u l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni jidhru matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali 2014–2020. Valutazzjonijiet ulterjuri dwar it-telf nett potenzjali għall-ekonomija jistgħu jsiru biss fuq bażi ta’ każ b’każ u matul l-evalwazzjoni tal-programm, li għaliha l-Kummissjoni ħarġet gwida.

    Barra minn hekk, bl-adozzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali għall-perjodu attwali 2014–2020, il-Kummissjoni mmitigat ir-riskju li ma jinkisibx valur miżjud għall-fondi tal-UE.

    Tweġiba għall-paragrafu 101, rakkomandazzjoni 1(d): Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata parzjalment, billi l-implimentazzjoni tagħha għadha għaddejja. Huma stabbiliti kuntatti regolari bejn is-servizzi differenti tal-Kummissjoni. Meta jiġu approvati jew emendati programmi tal-iżvilupp rurali, servizzi oħrajn tal-Kummissjoni jkunu inklużi fil-proċess permezz ta’ Konsultazzjonijiet f’Interservizz formali filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjonijiet. Barra minn hekk, il-modifiki tal-Ftehimiet ta’ Sħubija jsiru wkoll b’mod konġunt. Ir-Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni għall-2018 msaħħa, li għandhom jitressqu fl-2019 huma mistennija jipprovdu aktar għarfien dwar l-effettività tal-arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn il-fondi tal-UE. Gwida riveduta għal dawn ir-Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni ġiet ippubblikata f’Settembru 2018.

    Tweġiba għall-paragrafu 106, rakkomandazzjoni 2(b): Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ. Il-Kummissjoni ppreżentat diversi preżentazzjonijiet dwar l-għażliet il-ġodda introdotti mar-Regolament Omnibus (Regolament (UE, Euratom) 2018/1046) dwar għażliet ta’ kostijiet issimplifikati. F’Ottubru 2018 kien hemm preżentazzjoni fil-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali u preżentazzjoni matul is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għas-seminar “Produttività u Sostenibbiltà Agrikola” (EIP-AGRI), kif ukoll preżentazzjoni għall-Konferenza Spanjola tal-Aġenziji tal-Pagamenti f’Novembru 2018. Matul dawk il-preżentazzjonijiet, saru diskussjonijiet dwar kif l-użu ta’ Opzjonijiet relatati mal-Kostijiet Simplifikati jistgħu jissostitwixxu l-ħtieġa li tiġi vvalutata r-raġonevolezza tal-kostijiet, u kif l-Istati Membri jistgħu jegħlbu kwalunkwe diffikultà rigward dan l-aspett. Is-sessjoni ta’ ħidma dwar in-Network Ewropew għall-Iżvilupp Rurali hija skedata għall-20 ta’ Ġunju 2019, bit-titolu Sessjoni ta’ Ħidma ENRD “Simplified Cost Options: experience gained and new opportunities” (Opzjonijiet relatati mal-Kostijiet Simplifikati: esperjenza miksuba u opportunitajiet ġodda).

    Tweġiba għall-paragrafu 109, rakkomandazzjoni 3(a): Il-Kummissjoni biħsiebha tivvaluta l-effiċjenza u l-effettività tal-fondi taħt il-Programmi tal-Iżvilupp Rurali 2014–2020, skont is-Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (l-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013). Dan se jsir fuq il-bażi tal-evalwazzjonijiet interim tal-Istati Membri rrappurtati fl-2019 u l-evalwazzjonijiet ex post ippreżentati lill-Kummissjoni sa tmiem l-2024 (l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013).

    Anness 3.4 — Titjib miksub u nuqqasijiet li jifdal ta’ rakkomandazzjonijiet implimentati parzjalment għal kull rapport

    Rapport speċjali 01/2015: Trasport minn Passaġġi fuq l-Ilma Interni fl-Ewropa — L-ebda titjib sinifikanti fis-sehem modali u fil-kundizzjonijiet ta’ navigabbiltà mill-2001 ’il hawn

    Paragrafu 54, rakkomandazzjoni 2(a): M’hemm l-ebda evidenza ta’ sforzi effettivi ta’ koordinazzjoni fl-Istati Membri kollha.

    Risposta: Ir-rakkomandazzjoni kienet li jsiru analiżijiet fil-fond fid-dawl ta’ żvilupp ulterjuri tal-istrateġija. Il-Kummissjoni ħadet l-azzjonijiet li kienu possibbli fil-perjodu ta’ żmien iddefinit għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni u tqisha bħala implimentata. Hija eżaminat is-sitwazzjoni tas-settur tan-navigazzjoni interna permezz ta’ analiżi ddedikata għall-Osservazzjoni tas-Suq. Barra minn dan, il-Kummissjoni qiegħda twettaq ukoll studji relatati mal-potenzjal tat-trasport fuq l-ilma (portijiet u passaġġi fuq l-ilma interni) skont xenarji differenti ta’ evoluzzjoni tal-ekonomija tal-UE u tal-iżviluppi fl-infrastruttura. Ir-reviżjoni tal-istrateġija nnifisha se sseħħ fil-kuntest aktar ġenerali tar-reviżjoni tal-qafas TEN-T. L-istudju mwettaq mill-Kummissjoni relatat mal-potenzjal tat-trasport fuq l-ilma (portijiet u passaġġi fuq l-ilma interni) skont xenarji differenti ta’ evoluzzjoni tal-ekonomija tal-UE, xejriet industrijali u żviluppi tat-TEN-T kellu jiġi konkluż fi Frar 2019. Madankollu, minħabba d-dewmien li qed jiffaċċja l-konsulent responsabbli mill-istudju kif ukoll il-ħtieġa li jkun hemm titjib sinifikanti fl-istudju, ir-rapport finali bħalissa qed jiġi approvat mis-servizzi tal-Kummissjoni

    Wara diskussjonijiet mal-Kunsill u mal-PE, il-Kummissjoni bdiet il-ħidma mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati għat-tħejjija tal-programm futur NAIADES III, li se jiġi stabbilit wara l-2020, biex tkompli ttejjeb l-effiċjenza tas-settur tan-navigazzjoni interna.

    Rapport speċjali 02/2015: Finanzjament mill-UE ta’ impjanti tat-Trattament tal-Ilma Urban Mormi fil-baċin tax-Xmara Danubju — aktar sforzi huma meħtieġa biex l-Istati Membri jingħataw għajnuna sabiex jilħqu l-objettivi tal-UE għall-politika tal-ilma mormi

    Paragrafu 110, rakkomandazzjoni 2(a): Ma nġabret l-ebda informazzjoni bħal din għal agglomerazzjonijiet ta’ inqas minn 2 000 p.e.

    Risposta: Il-Kummissjoni qieset kif xieraq ir-rakkomandazzjoni 2(a) u ma aċċettatx il-parti ta’ din ir-rakkomandazzjoni għall-agglomerazzjonijiet ta’ inqas minn 2 000 p.e. Il-Kummissjoni ma aċċettatx li titlob lill-Istati Membri biex jipprovdu informazzjoni dwar l-ammonti finanzjarji għall-agglomerazzjonijiet ta’ inqas minn 2 000 p.e. Ir-raġunijiet għal dan huma dawn li ġejjin: a) piż amministrattiv addizzjonali mhux ġustifikabbli, b) jiżdied id-dewmien fir-rappurtar (il-QEA tirrakkomanda xi mkien ieħor li jnaqqas id-dewmien fir-rappurtar), c) l-ebda obbligu espliċitu ta’ rappurtar fid-Direttiva.

    Paragrafu 115, rakkomandazzjoni 3(c): Il-konklużjoni tad-DĠ ENV rigward ir-rakkomandazzjoni tagħna, jiġifieri l-ħtieġa ta’ kejl obbligatorju ta’ flussi żejda, għadha pendenti.

    Risposta: B’segwitu għar-rakkomandazzjoni tal-QEA, il-Kummissjoni wettqet studju ddedikat dwar il-kwistjoni ta’ flussi eċċessivi ta’ ilma tal-maltemp u inkludiet din il-kwistjoni bħala parti mill-evalwazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (UWWTD). L-evalwazzjoni waslet fi tmiemha u se tiġi ppubblikata mhux aktar tard mill-aħħar tliet xhur tal-2019. L-evalwazzjoni tħares lura iżda tqis ukoll l-impatt residwu tal-flussi eċċessivi tad-dranaġġ ikkombinati f’xenarju ta’ konformità sħiħa. Dan ġie msejjes u l-konklużjonijiet se jiġu integrati fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal għall-Evalwazzjoni (mistenni mhux aktar tard mill-aħħar tliet xhur tal-2019). Fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ssegwi b’valutazzjoni tal-impatt dwar jekk il-UWWTD għandhiex tiġi emendata, inkluż fir-rigward tat-twaqqif ta’ rekwiżiti li jikkonċernaw il-kejl u r-regoli għal flussi eċċessivi. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li issa r-rakkomandazzjoni hija implimentata bis-sħiħ.

    Paragrafu 115, rakkomandazzjoni 3(d): Għad hemm riskju ta’ impjanti tat-trattament tal-ilma mormi ta’ daqs eċċessiv.

    Risposta: Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ. Il-Kummissjoni ħadet l-azzjoni rrakkomandata.

    Għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 huma pprovduti rekwiżiti dwar ir-rappurtar fuq strumenti finanzjarji fl-Artikolu 46 tar-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u l-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 821/2014. Dan tal-aħħar jistabbilixxi mudell għar-rappurtar dwar strumenti finanzjarji. Fit-Taqsima VIII tal-mudell ta’ rappurtar l-Istati Membri għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-ammont ta’ kontribuzzjonijiet oħrajn, barra l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej miġbura minn strumenti finanzjarji, inklużi kontribuzzjonijiet pubbliċi u/jew privati, it-tnejn impenjati fil-ftehimiet ta’ finanzjament u mħallsa fil-livell ta’ riċevituri finali.

    Paragrafu 117, rakkomandazzjoni 4(b): L-adozzjoni tar-Regolament rivedut dwar il-Prodotti Fertilizzanti għadha pendenti. L-inklużjoni tal-ħama tad-dranaġġ fil-lista ta’ fertilizzanti tiddependi fuq ir-riżultati ta’ studju tekniku li jkun għaddej.

    Risposta: Ir-Regolament dwar il-Prodotti Fertilizzanti ġie adottat f’Mejju u se jiġi ppubblikat fil-25 ta’ Ġunju. Att Delegat fuq il-bażi tal-istudju STRUBIAS jista’ jintroduċi kategoriji ġodda ta’ materjali komponenti fl-Anness 2 tar-Regolament li jistabbilixxi regoli ta’ rkupru għal ċerti materjali, bħal irmied u melħ tal-preċipitazzjoni li jiġu rkuprati mill-ħama tad-dranaġġ u li jinbigħu fis-suq bħala Prodotti Fertilizzanti bil-marka CE (marka Ewropea tal-konformità).

    Rapport speċjali 04/2015: Assistenza tekinka (AT) — x’kontribut tat għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali?

    Paragrafu 90, rakkomandazzjoni 1: Il-valur miżjud tal-azzjonijiet meħuda wara r-rakkomandazzjoni huwa dubjuż. Filwaqt li l-Kummissjoni implimentat ir-rakkomandazzjoni 1 (tiċċara u timmonitorja), l-azzjoni tagħha ma indirizzatx is-sejba sottostanti tagħna li ġiet identifikata fir-rapport, jiġifieri li sehem kbir min-nefqa tal-Istati Membri fuq l-Assistena Teknika “jammonta effettivament għall-appoġġ baġitarju”. L-użu tal-AT għall-kostijiet amministrattivi ġenerali mhuwiex kontra r-Regolamenti tal-UE u huwa għalhekk permess mill-Kummissjoni. Bħala parti mill-monitoraġġ, evalwazzjoni xierqa ta’ dawn il-kostijiet u tqabbil bejn l-Istati Membri jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati l-aħjar/l-agħar prattiki li għandhom jiġu inklużi fl-iskeda ta’ gwida u r-rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri.

    Risposta: Skont il-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża, fil-Programmi tal-Iżvilupp Rurali tagħhom, l-Istati Membri jiddeskrivu kif se tintuża l-assistenza teknika u huma f’pożizzjoni li jipprovdu valutazzjoni ġenerali ta’ kif din tiġi implimentata.

    Barra minn hekk, għandu jiġi enfasizzat li l-indikaturi ta’ monitoraġġ jipprovdu biss parti mill-informazzjoni meħtieġa għall-evalwazzjoni u li l-evalwazzjoni tmur ferm lil hinn mill-analiżi tad-data tat-tabelli ta’ monitoraġġ. Il-Mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni komuni għall-iżvilupp rurali, kif stipulat fl-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014 jinkludu l-Mistoqsija 20: “Sa liema punt l-assistenza teknika kkontribwiet biex jintlaħqu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 59 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 u l-Artikolu 51(2) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013?”

    L-evalwazzjoni ex post tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali hija mistennija li titħejja u tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa Diċembru 2024.

    Il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ.

    Paragrafu 93, rakkomandazzjoni 4: Il-Kummissjoni ma ħaditx biżżejjed azzjonijiet għat-twaqqif tal-qafas ta’ prestazzjoni fil-livell tal-Kummissjoni, skont l-evidenza disponibbli għall-awdituri. Il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri, permezz tar-rakkomandazzjoni fl-ittri ta’ osservazzjoni tagħha għall-approvazzjoni PŻR 2014–2020, biex jistabbilixxu indikaturi adegwati għall-AT, iżda dan mhuwiex obbligatorju. L-ebda informazzjoni dwar l-istat ta’ implimentazzjoni tal-qafas ta’ prestazzjoni fil-livell tal-Istati Membri ma kienet disponibbli mill-Kummissjoni. Il-monitoraġġ tad-data meħtieġa ftit li xejn kien disponibbli, u din id-data ma ntużatx fil-prattika. L-indikaturi għall-NRN u għall-kostijiet l-oħrajn (li jkopru wkoll l-appoġġ tal-AT għall-bini ta’ kapaċità) mhumiex ibbilanċjati meta jitqies id-daqs relattiv tan-nefqa relatata ma’ dawn l-elementi.

    Risposta: Il-Monitoraġġ tat-Tabella B2.3 jiddistingwi bejn l-appoġġ tal-Assistenza Teknika — minbarra n-Network Rurali Nazzjonali — in-nefqa pubblika totali għall-kostijiet amministrattivi u kostijiet oħrajn, b’dan tal-aħħar jinkludi studji u taħriġ. Bħala prinċipju ġenerali, id-definizzjoni ta’ indikaturi addizzjonali li għandhom jinġabru mill-Istati Membri u r-Reġjuni għandha żżomm il-bilanċ it-tajjeb bejn il-valur miżjud minn naħa u l-piż amministrattiv min-naħa l-oħra. Din hija r-raġuni għaliex l-ammont ta’ informazzjoni ddettaljata miġbura f’dan il-livell qed jinżamm limitat b’mod intenzjonali.

    Il-Kummissjoni mhix f’pożizzjoni li tipprovdi evidenza ex ante dwar l-eżiti eventwali tal-mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni. Taħt ġestjoni kondiviża, l-evalwazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali ssir fil-livell tal-Istati Membri jew tar-Reġjuni f’konformità mal-approċċ ta’ evalwazzjoni komuni kif stabbilit fl-Artikolu 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 808/2014.

    Il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ.

    Rapport speċjali 05/2015: L-istrumenti finanzjarji huma għodda ta’ suċċess u promettenti fil-qasam tal-iżvilupp rurali?

    Paragrafu 100, rakkomandazzjoni 3: Il-Kummissjoni ma ddefinixxietx miri preċiżi għall-effetti rotanti. L-impatt attwali ta’ ġestjoni aktar stretta tal-fondi fuq l-effetti rotanti jibqa’ miftuħ.

    Il-koleġiżlaturi ma pprovdewx rekwiżiti legali għall-istabbiliment ta’ miri għall-effetti rotanti. Ir-raġuni għal dan hija li n-natura rotanti assoċjata ma’ kull strument finanzjarju hija speċifika għal kull strument u d-disinn tiegħu. Dan jiddependi wkoll minn fatturi esterni bħad-domanda tas-suq u l-iżvilupp ekonomiku. Bl-istess mod, il-Kummissjoni pprovdiet biss regoli ta’ implimentazzjoni addizzjonali relatati mar-rotazzjoni fir-regolamenti ta’ implimentazzjoni tagħha (UE) Nru 964/2014 u (UE) 2016/1157, impoġġija fit-taqsimiet dwar il-politika tas-self. Il-qafas legali u r-regoli ta’ implimentazzjoni jistgħu jipprovdu biss prinċipji għall-iffissar tal-miri u għall-ġestjoni tar-riżorsi mħallsa lura.

    B’mod partikolari, il-volum immirat tas-self u l-firxa tar-rata tal-imgħax ma jistgħux jiġu stabbiliti fil-livell tal-UE ex ante b’miri ddefiniti minn qabel. Dawn jistgħu jiġu vvalutati biss każ b’każ fil-valutazzjoni ex ante ta’ kull strument finanzjarju (skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013) u għandhom jitqiesu sabiex tiġi ddeterminata n-natura tal-istrument (strument rotanti jew mhux rotanti). L-aspett tal-ingranaġġ għandu jiġi eżaminat ukoll matul il-proċess ta’ valutazzjoni ex ante. Ir-riżorsi mħallsa lura lill-istrument finanzjarju għandhom jew jerġgħu jintużaw fl-istess strument finanzjarju (li jista’ jerġa’ jintuża fl-istess strument finanzjarju) jew wara li jitħallsu lura lill-awtorità ta’ ġestjoni jew fond ta’ fondi huma għandhom jintużaw skont l-Artikolu 44 (għall-istess objettiv stabbilit taħt prijorità qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ eliġibbiltà) u l-Artikolu 45 (skont l-għan tal-programm wara tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013.

    B’dawn id-dispożizzjonijiet kif emendati fir-Regolament Omnibus (ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046) il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata, bl-eċċezzjoni tal-miri li jistgħu jiġu ddefiniti biss fil-valutazzjoni ex ante ta’ kull strument finanzjarju u ma jistgħux jiġu stabbiliti b’mod orizzontali mill-Kummissjoni.

    Rapport speċjali 07/2015: Il-missjoni tal-pulizija tal-UE fl-Afganistan: riżultati mħallta (SEAE)

    Paragrafu 85, rakkomandazzjoni 2(a): L-ebda evidenza tal-korsijiet ta’ taħriġ attwali. L-ebda element speċifiku għall-pajjiż. L-ebda evidenza għat-taħriġ ta’ qabel l-użu tal-persunal lokali.

    Risposta: Is-SEAE jaqbel mal-valutazzjoni tal-QEA.

    Paragrafu 86, rakkomandazzjoni 3(b): L-evidenza disponibbli ma turix l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni għal ħarrieġa/trainee lokali.

    Risposta: Is-SEAE jaqbel mal-valutazzjoni tal-QEA.

    Paragrafu 86, rakkomandazzjoni 3(d): Ma ġietx identifikata evidenza għal fajls ta’ mentoraġġ, stadji importanti ta’ mentoraġġ u reġistri ta’ mentoraġġ.

    Risposta: Is-SEAE jaqbel mal-valutazzjoni tal-QEA.

    Paragrafu 86, rakkomandazzjoni 3(e): Il-linji gwida speċifiċi għat-trasferiment tal-konsulenti ma nstabux fid-dokumentazzjoni ta’ appoġġ.

    Risposta: Is-SEAE jaqbel mal-valutazzjoni tal-QEA.

    Paragrafu 86, rakkomandazzjoni 3(f): L-awdituri ma sabux struzzjonijiet/evidenza speċifiċi għal sinerġiji ma’ attivitajiet ta’ mentoraġġ u biex l-objettivi tal-proġett jingħaqdu b’mod ċar mal-istadji importanti tal-MIP.

    Risposta: Is-SEAE jaqbel mal-valutazzjoni tal-QEA.

    Paragrafu 88, rakkomandazzjoni 5(a): Sa issa għadha ma ġiet żviluppata l-ebda strateġija komprensiva u komuni tas-SEAE/Kummissjoni għat-tnaqqis fid-daqs u l-għeluq tal-missjonijiet tal-PSDK. Id-dgħufija li l-pjanijiet tal-għeluq tal-missjoni għandhom jiġu sottomessi biss tliet xhur qabel it-tmiem tal-fażi operattiva tal-mandat ma ġietx irrimedjata. Il-linji gwida disponibbli ma jindirizzawx b’mod komprensiv ir-riskji differenti inerenti fit-tnaqqis fid-daqs u l-proċess tal-għeluq.

    Risposta: Is-SEAE jaqbel mal-valutazzjoni tal-QEA.

    Paragrafu 88, rakkomandazzjoni 5(b): L-awdituri ma sabux struzzjonijiet/evidenza speċifiċi dwar kif tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ assi u dwar kif jiġi evitat esponiment għal riskji finanzjarji fl-akkumulazzjoni tal-assi; lanqas ma sabu eżempji ta’ struzzjonijiet/evidenza ċentrali f’waqthom mis-SEAE u mill-Kummissjoni għall-missjonijiet tal-PSDK biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni tal-assi.

    Risposta: Is-SEAE jaqbel mal-valutazzjoni tal-QEA.

    Rapport Speċjali 08/2015 L-appoġġ finanzjarju tal-UE qed jindirizza l-ħtiġijiet ta’ mikroimprendituri b’mod adegwat?

    Paragrafu 68, rakkomandazzjoni 1: Billi ma hemm l-ebda indikatur speċifiku għall-mikrointraprendituri, għad m’hemm l-ebda informazzjoni disponibbli għall-perjodu 2014–2020 dwar kemm jiġi allokat finanzjar b’għotjiet lill-mikro-intraprendituri.

    Risposta: Fir-rigward tad-dgħufija li għadha preżenti msemmija mill-QEA fl-Anness 3.4, għandu jiġi nnotat li l-inklużjoni ta’ indikaturi speċifiċi f’PO hija fakultattiva għall-Awtoritajiet ta’ ġestjoni. Madankollu, ir-Regolament jipprevedi indikatur ta’ output komuni obbligatorju għall-entitajiet (Regolament (UE) Nru 1304/2013, Anness I(2)).

    Rapport speċjali 10/2015: L-isforzi biex jiġu indirizzati l-problemi relatati mal-akkwist pubbliku fin-nefqa tal-UE għall-koeżjoni għandhom jiġu intensifikati

    Paragrafu 99, rakkomandazzjoni 1(a): Attwalment, madwar kwart tal-każijiet fl-IMS biss fihom informazzjoni ddettaljata dwar is-sottokategorija, li se titjieb bir-reġistrazzjoni ta’ każijiet ġodda u bl-għeluq ta’ każijiet qodma. L-għodda ta’ analiżi u l-interfaċċi bejn il-bażijiet tad-data tal-IMS u tal-Istati Membri jinsabu fi stadju avvanzat iżda għad iridu jiġu ffinalizzati.

    Risposta: Is-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS) ġiet aġġornata sabiex tinkludi kategorija speċifika ta’ irregolaritajiet relatati mal-ksur tal-akkwist pubbliku. Din il-kategorija hija mbagħad artikulata fuq 26 tipoloġija speċifika li jistgħu jiddeskrivu fid-dettall ir-raġunijiet ewlenin għal dan il-ksur. Din il-kategorizzazzjoni hija allinjata bis-sħiħ ma’ dik użata mid-DĠ REGIO u l-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar.

    Qabel ma jiġu sfruttati l-possibbiltajiet analitiċi offruti minn din il-kategorizzazzjoni l-ġdida, huwa meħtieġ li tintlaħaq massa kritika ta’ data. Sal-lum, mid-19 891 irregolarità li jirreferu għall-ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku, 7 593 (38 %) fihom informazzjoni bbażata fuq din il-kategorizzazzjoni l-ġdida. Konsegwentement, se ssir analiżi sinifikanti ta’ data bħal din b’mod progressiv, hekk kif l-Istati Membri jaġġornaw l-irregolaritajiet il-qodma u oħrajn ġodda.

    Għalhekk, is-sitwazzjoni qiegħda titjieb b’mod progressiv u l-Kummissjoni qiegħda tfakkar lill-awtoritajiet nazzjonali biex jaġġornaw l-informazzjoni u biex joqogħdu attenti għall-kwalità tad-data kull meta jkun possibbli (sottogrupp iddedikat tal-kumitat COCOLAF jew Laqgħat ta’ koordinazzjoni annwali mal-Awtoritajiet tal-Awditjar).

    Paragrafu 105, rakkomandazzjoni 6(a): Għad iridu jiġu implimentati stadji ulterjuri tal-akkwist elettroniku kif previst mid-direttiva (dwar il-fatturi elettroniċi sa April 2019).

    Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jipparteċipaw u jużaw il-bażi tad-data ARACHNE b’mod attiv.

    Risposta: L-aħħar fażi legalment vinkolanti tal-akkwist elettroniku (sottomissjoni elettronika ta’ offerti) ilha fis-seħħ minn Ottubru 2018. Bħala parti mill-Istrateġija tas-Suq Uniku, il-Kummissjoni qiegħda tappoġġa l-iżvilupp ta’ reġistri tal-kuntratti fl-Istati Membri. Ir-reġistri tal-kuntratti jikkontribwixxu b’mod sinifikanti biex tiżdied it-trasparenza tad-data fl-akkwist pubbliku. Ġie stabbilit grupp ta’ ħidma tal-forum ta’ diversi partijiet ikkonċernati (EXEP) biex jaħdem f’dan il-qasam sabiex jaqsam prattiki tajba u pproduċa wkoll linja gwida dwar ir-reġistri tal-kuntratti.

    Fir-rigward tal-għodod għall-estrazzjoni ta’ data, il-Kummissjoni qiegħda tieħu l-azzjoni rakkomandata. Hija qiegħda tippromwovi b’mod attiv li l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli jużaw Arachne, għodda preventiva bil-punteġġi tar-riskji li żviluppat hi stess. Din l-għodda tista’ ġġib titjib sinifikanti mhux biss fil-verifiki tal-ġestjoni, iżda anke fil-prevenzjoni u s-sejba ta’ diversi riskji relatati, pereżempju mal-proċeduri ta’ akkwist pubbliku, kunflitti ta’ interess u l-konċentrazzjoni ta’ għotjiet taħt operaturi partikolari. Tista’ tgħin ukoll sabiex tidentifika l-indikaturi ta’ frodi potenzjali. Il-Kummissjoni hija konxja ta’ għodod oħrajn komparabbli għall-estrazzjoni ta’ data u hija favur l-użu tagħhom.

    Ittieħdu l-miżuri li ġejjin:

    (1)

    Provvista ta’ appoġġ tekniku u għall-bini tal-kapaċità lill-Istati Membri, b’mod partikolari “pajjiżi ta’ prijorità”, għall-implimentazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ akkwist elettroniku fid-direttivi dwar l-akkwist pubbliku sa tmiem l-2018.

    (2)

    Il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki biex tiġi appoġġata t-tranżizzjoni tal-akkwist elettroniku permezz tal-EXEP — Forum ta’ diversi partijiet ikkonċernati dwar l-akkwist elettroniku (l-aħħar laqgħa tal-EXEP saret fit-22 ta’ Mejju 2019). Konferenza dwar it-Trasformazzjoni Diġitali fl-Akkwist Pubbliku saret fit-18 ta’ Ottubru 2018.

    (3)

    Il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-appoġġ tal-implimentazzjoni (b’mod partikolari permezz tal-attivitajiet tal-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni Elettronika) tal-istandard tal-UE tal-fatturazzjoni elettronika, li ġie ppubblikat fl-2017 u bid-data ta’ skadenza ta’ April 2019.

    (4)

    It-trattament ta’ kwistjonijiet legali b’rabta mal-akkwist elettroniku (Għajnuna mill-Istat, interpretazzjoni tad-Direttiva, eċċ.).

    Rapport speċjali 11/2015: Il-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd huma mmaniġġati tajjeb mill-Kummissjoni?

    Paragrafu 90, rakkomandazzjoni 1(b): Madankollu, billi ma hemmx strateġiji reġjonali ddokumentati, għad irid isir progress fir-rigward tad-definizzjoni u d-dokumentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-istrateġiji reġjonali.

    Risposta: Il-Kummissjoni tieħu nota tal-valutazzjoni finali tal-QEA. Hija tqis li kull evalwazzjoni individwali li saret fil-kuntest tan-negozjati tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli (SFPA) diġà tintegra l-kuntest reġjonali, bil-għan li tiġi żgurata konsistenza fost id-dispożizzjonijiet tal-SFPAs differenti tal-istess reġjun.

    Madankollu, hija se tiddefinixxi b’mod ulterjuri l-istrateġiji reġjonali tal-SFPA fl-evalwazzjoni ġenerali tal-SFPAs ippjanati għall-2020/2021.

    Paragrafu 93, rakkomandazzjoni 2(a): Madankollu, il-proċeduri attwali għall-monitoraġġ tal-proċess tal-għoti tal-liċenzji għadhom affettwati min-nuqqasijiet. Għad irid isir progress fir-rigward tal-monitoraġġ tal-Kummissjoni u s-segwitu tal-proċess ta’ liċenzjar.

    Risposta: Il-Kummissjoni tieħu nota tal-valutazzjoni finali tal-QEA. Is-servizzi tal-Kummissjoni li jimmaniġġaw il-proċess ta’ liċenzjar diġà jinsabu f’pożizzjoni li jivverifikaw il-preċiżjoni u l-kompletezza tad-data fuq il-bażi tal-linji gwida interni eżistenti u jirreġistraw it-talbiet kollha li jaslu f’bażi tad-data.

    Sabiex il-proċess jiġi ssimplifikat aktar, ġie żviluppat proġett tal-IT li għadu għaddej bħalissa. Għalhekk, il-proċess ta’ liċenzjar għandu jiġi awtomatizzat għalkollox sa tmiem l-2021.

    Rapport speċjali 12/2015: Il-prijorità tal-UE li tippromwovi ekonomija rurali bbażata fuq l-għarfien ġiet affettwata minn ġestjoni ħażina ta’ miżuri ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ konsulenza

    Paragrafu 94, rakkomandazzjoni 1(b): L-informazzjoni fid-dokument ta’ gwida mhijiex iddettaljata biżżejjed dwar kif għandha titwettaq analiżi rikorrenti tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ.

    Risposta: Hemm metodoloġiji differenti biex issir analiżi rikorrenti tal-ħtiġijiet ta’ taħriġ u l-approċċ l-aktar xieraq jiddependi mit-tfassil tas-Sistema tal-Għarfien u tal-Informazzjoni Agrikoli (AKIS) rispettiva, li tvarja minn Stat Membru għal ieħor. Għalhekk, l-Iskeda tal-Miżura tista’ tiddeskrivi biss f’termini ġenerali l-aktar mod effiċjenti biex titwettaq tali valutazzjoni tal-ħtiġijiet.

    L-aġġornament għall-Iskeda tal-Miżura kif implimentata mill-Kummissjoni jitqies li jipprovdi l-livell xieraq ta’ dettall u li jkun biżżejjed biex jiggwida lill-Istati Membri biex iwettqu valutazzjoni rikorrenti tal-ħtiġijiet.

    Għalhekk, ir-rakkomandazzjoni mill-QEA titqies bħala implimentata bis-sħiħ.

    Paragrafu 94, rakkomandazzjoni 1(d): Il-konformità tal-Istati Membri rigward it-twaqqif ta’ servizzi ta’ konsulenza mhijiex immonitorjata mill-Kummissjoni fi ħdan il-kumitati ta’ monitoraġġ u l-laqgħat ta’ reviżjoni annwali.

    Risposta: Il-miżuri kollha tal-iżvilupp rurali huma approvati biss biex jiżdiedu fil-Programmi tal-Iżvilupp Rurali jekk Stat Membru juri ħtieġa strateġika sottostanti. Dik il-ħtieġa tkun evidenti mill-istrateġija tal-Programm tal-Iżvilupp Rurali li min-naħa tagħha hija bbażata fuq l-analiżi SWOT u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet li jirriżultaw li kull Stat Membru kellu jwettaq fil-bidu tal-fażi ta’ Programmar għall-Iżvilupp Rurali.

    Fil-Laqgħat Annwali ta’ Reviżjoni u l-Kumitati ta’ Monitoraġġ jiġu vvalutati r-“Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni (AIR)”, li jirrappurtaw dwar il-progress ta’ implimentazzjoni tal-miżuri pprogrammati kollha tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali. F’każ ta’ diffikultajiet jew dewmien fl-implimentazzjoni, is-sitwazzjoni tiġi analizzata u tiġi mfittxija azzjoni ta’ rimedju.

    Għalhekk, ir-rakkomandazzjoni mill-QEA titqies bħala implimentata bis-sħiħ.

    Paragrafu 96, rakkomandazzjoni 2(b): Il-monitoraġġ mill-Kummissjoni tal-proċeduri tal-Istati Membri kif meħtieġ mir-rakkomandazzjoni tagħna mhuwiex biżżejjed.

    Risposta: Ir-rakkomandazzjoni mill-QEA dwar id-dokumenti ta’ gwida u l-akkwist pubbliku inkluża informazzjoni dwar kunsinna interna hija meqjusa bħala implimentata bis-sħiħ.

    Fir-rigward tal-monitoraġġ tal-proċeduri tal-Istati Membri permezz ta’ verifiki tal-konformità ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għar-Rakkomandazzjoni 5 b’rabta mar-Rapport speċjali 12/2015.

    Paragrafu 98, rakkomandazzjoni 3(a): Il-Kummissjoni tat ftit evidenza ta’ taħriġ addizzjonali lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni li qed jiddiskutu l-kwistjoni tar-raġonevolezza tal-kostijiet meta l-SCOs ma jintużawx. Minkejja li għandhom xi objettivi komuni, il-kontrolli fuq ir-raġonevolezza tal-kostijiet u l-użu tal-SCOs mhumiex l-istess kwistjoni. L-opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati jkopru biss parti żgħira mill-infiq totali fuq l-iżvilupp rurali (ara r-Rapport Speċjali 11/2018) u għalhekk tibqa’ l-ħtieġa għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni biex jivvalutaw ir-raġonevolezza tal-kostijiet. (Fil-pjattaforma ENRD, il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda prattika tajba oħra fi proċeduri amministrattivi għall-valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-kostijiet).

    Risposta: Il-Kummissjoni tipprovdi gwida, li sservi bħala dokument biex tiċċara ċerti interpretazzjonijiet legali u biex ixxerred eżempji ta’ prattiki tajba ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni lill-Istati Membri.

    Il-kwistjoni tar-raġonevolezza tal-kostijiet hija diskussa regolarment mal-Istati Membri f’diversi kuntesti: l-aħħar avveniment kien is-seminar tar-rata ta’ Żball li sar f’Ġunju 2018 u li fih ġew diskussi aspetti tar-raġonevolezza tal-kostijiet u l-użu ta’ Opzjonijiet relatati mal-Kostijiet Simplifikati.

    It-taħriġ jista’ jiġi organizzat fuq it-talbiet tal-Istati Membri, u diġà ġew organizzati diversi sessjonijiet ta’ taħriġ dwar dan is-suġġett. Ta’ min jinnota wkoll li l-użu ta’ Opzjonijiet relatati mal-Kostijiet Simplifikati qed jiżdied b’mod sinifikanti matul l-implimentazzjoni tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali, li jfisser li l-valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-kostijiet tintuża inqas ta’ spiss mill-Istati Membri.

    F’dan ir-rigward, ir-rakkomandazzjoni mill-QEA titqies bħala implimentata bis-sħiħ.

    Paragrafu 98, rakkomandazzjoni 3(b): Is-suġġetti ta’ diskussjoni tal-gruppi ta’ bejn is-servizzi huma ġenerali u ma jkoprux miżuri ta’ programmi individwali. Barra minn hekk, ir-rapport tagħna (rapport speċjali 16/2017) sab nuqqasijiet li jaffettwaw il-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi tal-iżvilupp rurali f’termini ta’ komplementarjetà u sinerġiji bejn is-setturi.

    Risposta: L-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 jirrikjedi li fl-2017 u l-2019 il-laqgħat annwali ta’ reviżjoni bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru jkopru l-programmi kollha. Dawn il-laqgħat ta’ reviżjoni għandhom iqisu r-rapporti ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija. Fost l-oħrajn, dan ir-rapport għandu jagħti informazzjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni bejn il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u strumenti ta’ finanzjament oħrajn tal-Unjoni u nazzjonali u mal-Bank Ewropew tal-Investiment. Dawn il-laqgħat ta’ reviżjoni huma mezzi addizzjonali biex jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn il-programmi tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej fi Stat Membru partikolari, u jipprovdu bażi biex jiġi introdott titjib fejn meħtieġ.

    Għalhekk, ir-rakkomandazzjoni mill-QEA titqies bħala implimentata bis-sħiħ.

    Paragrafu 100, rakkomandazzjoni 4(b): Id-dokument ta’ gwida aġġornat għall-miżura 1 ma jipprovdix gwida ċara għat-twettiq tal-proċeduri ta’ feedback mill-Istati Membri. Minkejja li l-eżempju ta’ metodoloġija standard mir-rapport jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-programmi ta’ taħriġ, dan mhux imsemmi fit-test ta’ gwida u l-fehim komuni jista’ jkun li l-metodoloġija hija biss għall-analiżi tal-ħtiġijiet.

    Risposta: Il-Kummissjoni tibqa’ tal-fehma li mhix responsabbli għall-monitoraġġ li hemm fis-seħħ sistemi ta’ feedback għat-titjib tat-taħriġ li ġej.

    Rigward informazzjoni affidabbli dwar il-kwalità u l-effettività tas-servizzi ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ konsulenza, l-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 808/2014 jispeċifika l-mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni (EQ) komuni għall-iżvilupp rurali: EQ 1, b’referenza għall-Qasam ta’ Fokus 1 A, jgħid hekk: “Sa liema punt l-interventi tal-PŻR appoġġaw l-innovazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iżvilupp tal-bażi tal-għarfien fiż-żoni rurali?” Din l-EQ għandha tiġi mwieġba fir-Rapport ta’ Implimentazzjoni Annwali mtejjeb li jrid jiġi sottomess fl-2019 u fl-evalwazzjoni ex post.

    Għalhekk, ir-rakkomandazzjoni mill-QEA hija meqjusa bħala implimentata bis-sħiħ.

    Paragrafu 102, rakkomandazzjoni 5: Diversi verifiki ppjanati ma twettqux fil-prattika, u raġuni possibbli għal dan hija l-punteġġ baxx mill-analiżi tar-riskju.

    L-awdituri tagħna jagħrfu li d-DĠ AGRI beda jwettaq verifiki ta’ konformità fil-qasam tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni wara l-pubblikazzjoni tar-rapport speċjali tagħna f’dan il-qasam. Madankollu, skont l-MAWP tad-DĠ AGRI 2016–2018 (p. 49), l-ispjegazzjoni għan-nuqqas ta’ verifiki qabel l-SR 12/2015 hija nefqa baxxa matul il-perjodu tal-programm 2007–2013.

    M’għandniex assigurazzjoni li l-profil tar-riskju tat-trasferiment tal-għarfien u l-miżuri ta’ konsulenza żdied sal-punt stipulat fit-tweġiba tal-Kummissjoni.

    Risposta: Fir-rigward tal-verifiki fil-qasam tat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni li ma twettqux fil-prattika ġew ippjanati fil-Programm ta’ Ħidma Pluriennali 2016–2019 għas-sena n+2, jiġifieri għall-2018–2019. Wara Valutazzjoni tar-Riskju Ċentrali ġdida li saret fl-2017 il-punteġġ tar-riskju tagħhom kien inqas minħabba n-nefqa aktar baxxa u, minħabba r-riżorsi disponibbli, ġie deċiż li jiġu organizzati verifiki oħra (b’riskju ogħla u b’aktar infiq).

    Wara r-Rapport speċjali, żdied il-profil tar-riskju tal-qasam tal-verifika. B’konsegwenza ta’ dan, id-DĠ AGRI għażel u wettaq ħames verifiki (f’AT, DK, FR, IT, SE). Għandu jinftiehem li, minħabba li l-infiq huwa baxx ħafna, anke jekk saret żieda fil-fattur ta’ riskju fil-qasam tal-verifika fl-analiżi tar-riskju, in-numru ta’ tranżazzjonijiet magħżula għadu limitat.

    Barra minn hekk, fl-approċċ il-ġdid tal-verifika li d-DĠ AGRI ilu jwettaq minn Lulju 2018, l-enfasi qiegħda fuq il-ħidma tal-Korp taċ-Ċertifikazzjoni (KĊ) għall-miżuri kollha li mhumiex IACS, inklużi l-miżuri relatati mat-trasferiment tal-għarfien u l-innovazzjoni. Kull meta din il-miżura tkun fil-kampjun 1 tal-KĊ, hija tintgħażel ukoll mid-DĠ AGRI fil-verifika tagħha.

    Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ.

    Rapport speċjali 13/2015: L-appoġġ tal-UE lil pajjiżi li jipproduċu l-injam taħt il-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT

    Paragrafu 58, rakkomandazzjoni 1: Il-pjan ta’ ħidma huwa konkluż għall-2018–2022 minflok għall-2016–2020. Il-perjodu ta’ żmien differenti għandu impatt fuq il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-programm FLEGT (ara r-rakkomandazzjoni 5).

    L-abbozz tal-pjan ta’ ħidma għadu ma jorbotx lill-Kummissjoni b’mod formali, mingħajr l-approvazzjonijiet neċessarji kollha.

    Lanqas ma għandu baġit implimentattiv iddedikat, u b’hekk il-monitoraġġ tal-prestazzjoni u r-responsabbiltà jkunu aktar diffiċli.

    Risposta: Il-Kummissjoni fakkret li din ir-rakkomandazzjoni ġiet aċċettata parzjalment fl-2015 billi l-allokazzjoni ta’ baġit għall-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni FLEGT hija biss fattibbli għall-programmi tematiċi/linji baġitarji.

    L-abbozz tal-Pjan ta’ Ħidma FLEGT ġie vvalidat mill-Istati Membri f’Settembru 2018. Għalhekk, l-abbozz tal-pjan ta’ ħidma ġie approvat minn xi partijiet responsabbli. Barra minn hekk, l-abbozz tal-Pjan ta’ Ħidma FLEGT huwa dokument ta’ akkumpanjament għall-Komunikazzjoni tal-UE li jmiss dwar id-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti. Ladarba din il-Komunikazzjoni tal-UE tiġi adottata, il-Pjan ta’ Ħidma FLEGT se jsir awtomatikament Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal u konsegwentement se jorbot lill-Kummissjoni b’mod formali.

    Paragrafu 59, rakkomandazzjoni 5: Il-pjan ta’ ħidma għad ma għandux l-approvazzjonijiet kollha meħtieġa sa issa. L-iskadenza għar-rapport ta’ progress tal-2018 ma ġietx issodisfata.

    Risposta: Il-Kummissjoni biħsiebha tipproduċi r-rapport ta’ progress tal-ewwel sentejn (2018–2019) sa tmiem l-2019.

    Rapport speċjali 16/2015: Titjib tas-sigurtà tal-provvista tal-enerġija permezz tal-iżvilupp tas-suq intern tal-enerġija: jinħtieġu sforzi akbar

    Paragrafu 117, rakkomandazzjoni 3: L-implimentazzjoni għadha għaddejja. L-ineffiċjenza tas-suq għad trid tiġi solvuta.

    Risposta: Fir-rigward tal-Kummissjoni, ir-rakkomandazzjoni hija implimentata bis-sħiħ permezz tal-estensjoni tal-qafas regolatorju u l-istabbiliment ta’ pjattaforma.

    Sakemm il-QEA tirreferi għal “ineffiċjenzi tas-suq li għad iridu jiġu solvuti”, il-Kummissjoni tenfasizza li r-rakkomandazzjoni tal-QEA ma kinitx li tneħħi l-kwistjonijiet kollha u d-distorsjonijiet tal-prezzijiet mis-suq, iżda li timplimenta miżuri speċifiċi (mekkaniżmi tal-kummerċ) sabiex ittejjeb is-sitwazzjoni.

    Il-Kummissjoni tqis li r-rakkomandazzjoni ma għandhiex tiġi interpretata b’rabta mal-impatt ta’ dawn il-miżuri minħabba li dan l-impatt ma jimmaterjalizzax direttament u jkun jiddependi wkoll minn fatturi li mhumiex fil-kontroll tal-Kummissjoni (imġiba ta’ atturi ekonomiċi, sitwazzjoni tas-suq, ambjent regolatorju, eċċ.). Barra minn hekk, l-indirizzar tal-ineffiċjenzi tas-suq jaqa’ essenzjalment taħt il-kompetenza tal-Istati Membri u tal-operaturi ekonomiċi.

    Paragrafu 123, rakkomandazzjoni 7(b): Il-Kummissjoni aċċettat u implimentat ir-rakkomandazzjoni parzjalment. Il-preżenza ta’ kapaċitajiet analitiċi u ta’ mmudellar internament jista’ jkollha implikazzjonijiet ta’ riżorsi konsiderevoli għall-Kummissjoni jew għall-ACER.

    Risposta: Il-Kummissjoni aċċettat ir-rakkomandazzjoni parzjalment u ħadet l-azzjoni mitluba dwar l-elementi aċċettati.

    Paragrafu 126, rakkomandazzjoni 9: Il-Kummissjoni ma għamlitx proposti legali.

    Risposta: Il-Kummissjoni ma aċċettatx ir-rakkomandazzjoni. Madankollu, ħadet l-azzjonijiet meqjusa neċessarji biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet sottostanti.

    Rapport speċjali 17/2015 Appoġġ mill-Kummissjoni għat-timijiet ta' azzjoni għaż-żgħażagħ: ir-riorjentament tal-finanzjament mill-FSE nkiseb, iżda ma kienx hemm fokus suffiċjenti fuq ir-riżultati

    Paragrafu 84, rakkomandazzjoni 2(a): Nuqqasijiet fl-applikazzjoni tar-rekwiżit li jiġġustifikaw l-impatt mistenni tal-bidliet fuq l-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv.

    Risposta: Il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ.

    Il-Kummissjoni tinsisti li l-eżami tal-opportunitajiet biex jittejbu r-riżultati, hija prattika standard kontinwa. Il-Kummissjoni teżamina kull talba ta’ programmar mill-ġdid, kemm jekk ikkawżata mill-ħtieġa li jiġu inkorporati fondi addizzjonali ġodda jew le, primarjament bil-ħsieb li jinkisbu riżultati aħjar, u jkollha diskussjonijiet fit-tul mal-Istat Membru. Sa issa, il-Kummissjoni ma kinitx ħadet l-inizjattiva li tipproponi modifiki ġodda billi kien ikun bla bżonn u kien wisq ineffiċjenti.

    Paragrafu 84, rakkomandazzjoni 2(b): Il-lista ta’ kontroll ma ddokumentatx l-analiżi tar-raġonevolezza tar-riżultati addizzjonali.

    Risposta: Il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ.

    Il-Kummissjoni tinsisti li valutazzjoni bħal din titwettaq b’mod diliġenti u dejjem kienet prattika standard. Ir-rappurtar dwar kull dettall uniku tal-proċess ta’ valutazzjoni, dwar elementi li huma meħtieġa mir-Regolamenti u li dejjem kienu prattika standard, huwa meqjus bħala mhux neċessarju u ineffiċjenti, u b’hekk in-nuqqas ta’ informazzjoni ddettaljata dwar il-listi ta’ kontroll.

    Paragrafu 84, rakkomandazzjoni 2(c): L-effettività fil-passat u dik mistennija marbuta mal-emendi tal-OP mhijiex irrappurtata biżżejjed fl-AIRs.

    Risposta: Il-Kummissjoni tinsisti li din ir-rakkomandazzjoni tiġi implimentata bis-sħiħ sal-punt li tibqa’ rilevanti. Din ir-rakkomandazzjoni tilfet ir-rilevanza matul l-2014–2020 billi r-Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni ma għadhomx jitqiesu bħala l-mezz ta’ komunikazzjoni ta’ informazzjoni ddettaljata iżda mqassra biss. Il-Kummissjoni tinsisti li informazzjoni suffiċjenti u rilevanti tiġi trażmessa permezz tar-Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni u li informazzjoni aktar iddettaljata tiġi pprovduta permezz ta’ mezzi oħra ta’ rappurtar (pereżempju rapporti ta’ evalwazzjoni; laqgħat tekniċi u kumitati ta’ monitoraġġ — li d-diskussjonijiet tagħhom huma riflessi fil-minuti u n-noti għall-fajl).

    Paragrafu 86, rakkomandazzjoni 3: Wara talbiet ad hoc, ma waslet l-ebda evidenza ta’ kontrolli sistematiċi tal-affidabbiltà fuq id-data tal-AIR jew ta’ kontrolli fuq l-informazzjoni.

    Risposta: Il-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ. Il-Kummissjoni tinsisti li l-kontrolli sistematiċi tal-plawsibbiltà u tal-affidabbiltà jitwettqu bħala prattika standard. Teżisti evidenza li din hija prattika standard (dokumenti ta’ gwida mill-unità ta’ evalwazzjoni u mill-unità ta’ koordinazzjoni tal-FSE; il-listi ta’ kontroll biex jaċċettaw ir-rapporti). Id-dokumentazzjoni ta’ kull kontroll imwettaq, ma tkunx meħtieġa u tkun ineffiċjenti.

    Rapport speċjali 20/2015: Il-kosteffettività tal-appoġġ taħt l-Iżvilupp Rurali tal-UE għal investimenti mhux produttivi fl-agrikoltura

    Paragrafu 74, rakkomandazzjoni 1(a): Ir-rakkomandazzjoni li l-Kummissjoni twettaq monitoraġġ permezz tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-Istati Membri għadha għaddejja u l-implimentazzjoni tagħha tista’ tiġi vverifikata biss wara l-evalwazzjoni interim tal-2019.

    Risposta: Skont l-Artikolu 75 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, ir-Rapport ta’ Implimentazzjoni Annwali 2018 imtejjeb se jiġi sottomess mill-Istati Membri lill-Kummissjoni fl-aħħar ta’ Ġunju 2019. Il-Kummissjoni se tkun f’pożizzjoni li tlesti l-monitoraġġ rispettiv dak iż-żmien biss.

    Paragrafu 77, rakkomandazzjoni 3(a): Billi l-gwida mhijiex dokument vinkolanti u obbligatorju għall-Istati Membri, il-Kummissjoni ma tistax “tiżgura” l-livell li fih l-Istati Membri segwew il-gwida u ddefinixxew l-indikaturi speċifiċi addizzjonali. Sa liema punt l-azzjonijiet tal-Kummissjoni żguraw il-monitoraġġ jew il-valutazzjoni rrakkomandati tal-kontribuzzjoni tal-NPI matul l-evalwazzjonijiet għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 jista’ jiġi vvalutat biss mill-evalwazzjonijiet tar-rapport ta’ implimentazzjoni annwali mtejjeb tal-2019.

    Risposta: Il-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali permezz tas-sett ta’ indikaturi komuni tal-kuntest, tar-riżultati u tal-output taħt is-Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni għall-2014–2020.

    L-evalwazzjonijiet isiru minn/f’isem l-Istati Membri filwaqt li s-sinteżi ta’ dawn l-evalwazzjonijiet fil-livell tal-UE ssir taħt ir-responsabbiltà tas-servizzi tal-Kummissjoni. L-elementi obbligatorji tas-Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni għall-2014–2020, li jinsabu fl-att ta’ implimentazzjoni, jinkludu lista tal-indikaturi li għandhom jintużaw biex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni tal-politika. Lil hinn minn dawn l-indikaturi, il-Kummissjoni ma tistax tagħmel wisq ħlief li tagħti pariri/tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex jistabbilixxu l-indikaturi addizzjonali.

    Ir-rakkomandazzjoni biex “jingħata parir lil dawk l-Istati Membri fejn l-appoġġ għall-investimenti mhux produttivi huwa sinifikanti, biex jiġu definiti indikaturi tar-riżultati speċifiċi għat-tipi ta’ investimenti mhux produttivi li huma l-aktar iffinanzjati b’mod frekwenti” ġiet issodisfata permezz tal-linji gwida dwar “Assessment of Rural Development Programmes results: How to prepare for reporting on evaluation in 2017” (“Linji Gwida: Valutazzjoni tar-riżultati tal-PŻR: Kif tħejji għar-rapportar dwar l-evalwazzjoni fl-2017”).

    Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata billi l-azzjoni meħtieġa biex l-Istati Membri jingħataw il-pariri biex jistabbilixxu indikaturi addizzjonali twettqet.

    Il-Kummissjoni ma tistax tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu indikaturi addizzjonali bħal dawn billi jmorru lil hinn mill-elementi obbligatorji tal-qafas tas-Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (CMES) għall-2014–2020.

    Rapport speċjali 21/2015: Analiżi tar-riskji relatati ma’ approċċ orjentat lejn ir-riżultati, għal azzjoni tal-UE fl-iżvilupp u l-kooperazzjoni

    Paragrafu 83, rakkomandazzjoni 1: Gwida Prattika dwar l-Interventi tal-UE ta’ Ġestjoni għall-Kooperazzjoni Internazzjonali, inklużi skedi li għandhom l-għan li jiċċaraw kunċetti u terminoloġija ewlenin relatati mar-riżultati, kienet għadha mhix disponibbli fiż-żmien tas-segwitu. Barra minn hekk, kien għad hemm inkonsistenzi fl-użu tat-terminoloġija fid-dokumenti metodoloġiċi ewlenin. Pereżempju, dijagramma ppreżentata mill-Kummissjoni fl-għodda tagħha għal evalwaturi ta’ azzjonijiet ta’ żvilupp tal-UE kien għad fiha definizzjonijiet li kienu inkonsistenti mat-terminoloġija adottata fil-kuntest tal-qafas tar-riżultati. Barra minn hekk, il-miri u l-linji bażi għadhom neqsin f’xi dokumenti ta’ azzjoni.

    Risposta: Filwaqt li r-reviżjoni tal-Gwida Prattika għadha għaddejja, it-terminoloġija rigward ir-riżultati ġiet issimplifikata aktar f’dokumentazzjoni oħra riveduta u mfassla mill-ġdid. Il-mudell għall-azzjonijiet ta’ żvilupp, li huwa anness mal-Kapitolu 6 ta’ DEVCO Companion, ġie rivedut reċentement biex titjieb il-konsistenza ġenerali fit-terminoloġija. Dan il-proċess ġie estiż ukoll għall-annessi tal-2018 PRAG li jikkonċernaw it-terminoloġija u l-Gwidi għall-Indikaturi tas-Setturi li għadhom kif ġew ippubblikati (2018). Il-gwida metodoloġika għall-indikaturi tas-setturi tipprovdi indikazzjonijiet iddettaljati dwar il-katina tar-riżultati fil-livell tas-settur. Dan ix-xogħol jinforma r-reviżjoni attwali tal-Gwida Prattika.

    Rapport speċjali 23/2015: Il-kwalità tal-ilma fil-baċin tax-Xmara Danubju: sar progress fl-implimentazzjoni tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma iżda għad fadal xi jsir

    Paragrafu 191, rakkomandazzjoni 3(d): Il-Kummissjoni diġà ħadet azzjoni konkreta biex timplimenta din ir-rakkomandazzjoni, u għandha tkompli tmexxihom ’il quddiem fil-proċess ta’ rappurtar li jmiss skont id-Direttiva dwar in-Nitrati (2020) u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (2022).

    Risposta: Il-Kummissjoni aċċettat din ir-rakkomandazjoni u tinnota li hija qiegħda taħdem fuq is-simplifikazzjoni tal-monitoraġġ u tar-rappurtar skont id-Direttiva dwar in-Nitrati u d-Direttiva Qafas dwar l-Ilma.

    Rapport speċjali 25/2015: L-appoġġ mill-UE għall-infrastruttura rurali: il-potenzjal li jinkiseb valur sinifikattivament akbar għall-flus

    Paragrafu 101, rakkomandazzjoni 1(b): Il-Kummissjoni ma ħarġet l-ebda dokument ta’ gwida speċifiku dwar kif jista’ jiġi mmitigat ir-riskju ta’ telf nett għall-ekonomija, jew dwar kif tiġi evitata sostituzzjoni sempliċi ta’ fondi oħrajn mir-riżorsi tal-PŻR. Ma hemm l-ebda evidenza li t-telf nett għall-ekonomija ġie mmitigat b’mod effettiv għall-programmi 2017–2020. Id-DĠ AGRI għandu l-intenzjoni li jagħmel valutazzjoni inizjali ta’ dan fuq il-bażi tal-evalwazzjoni interim tal-2019. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda evidenza li r-riskju tas-sostituzzjoni ta’ fondi nazzjonali b’fondi EADFR ġie mmitigat.

    Risposta: Il-Kummissjoni tqis li r-rakkomandazzjoni hija implimentata bis-sħiħ.

    Il-pjattaforma għall-iskambju tal-aħjar prattiki — in-Network Ewropew għall-Iżvilupp Rurali — hija stabbilita u tintuża mill-Istati Membri hekk kif il-proġetti u l-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni jidhru matul il-perjodu ta’ programmazzjoni attwali 2014–2020. Valutazzjonijiet ulterjuri dwar it-telf nett potenzjali għall-ekonomija jistgħu jsiru biss fuq bażi ta’ każ b’każ u matul l-evalwazzjoni tal-programm, li għaliha l-Kummissjoni ħarġet gwida.

    Barra minn hekk, bl-adozzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali għall-perjodu attwali 2014–2020, il-Kummissjoni mmitigat ir-riskju li ma jinkisibx valur miżjud għall-fondi tal-UE.

    Paragrafu 101, rakkomandazzjoni 1(d): L-effettività tal-arranġamenti biex tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn il-fondi differenti tal-UE tal-perjodu ta’ programmazzjoni attwali għadha mhix magħrufa. Ir-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni se jkunu disponibbli biss aktar tard fl-2019. Ir-rapport speċjali tagħna 16/2017 sab nuqqasijiet li jaffettwaw il-ftehim ta’ sħubija u l-programmi tal-iżvilupp rurali f’termini ta’ komplementarjetà u sinerġiji bejn is-setturi.

    Risposta: Huma stabbiliti kuntatti regolari bejn is-servizzi differenti tal-Kummissjoni. Meta jiġu approvati jew emendati programmi tal-iżvilupp rurali, servizzi oħrajn tal-Kummissjoni jkunu inklużi fil-proċess permezz ta’ Konsultazzjonijiet f’Interservizz formali filwaqt li jitqiesu l-kontribuzzjonijiet. Barra minn hekk, il-modifiki tal-Ftehimiet ta’ Sħubija jsiru wkoll b’mod konġunt. Ir-Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni għall-2018 imsaħħa, li għandhom jitressqu fl-2019 huma mistennija jipprovdu aktar għarfien dwar l-effettività tal-arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-komplementarjetà bejn il-fondi tal-UE. Gwida riveduta għal dawn ir-Rapporti Annwali ta’ Implimentazzjoni ġiet ippubblikata f’Settembru 2018.

    Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata parzjalment, billi l-implimentazzjoni tagħha għadha għaddejja.

    Paragrafu 106, rakkomandazzjoni 2(b): Il-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda evidenza ulterjuri ta’ taħriġ addizzjonali tal-MA dwar ir-raġonevolezza tal-ispejjeż sa mis-segwitu tagħna tal-2017. Il-Kummissjoni ma identifikat l-ebda prattika tajba oħra fir-rigward tal-proċeduri amministrattivi għall-valutazzjoni tar-raġonevolezza tal-ispejjeż fil-pjattaforma ENRD.

    Risposta: Il-Kummissjoni ppreżentat diversi preżentazzjonijiet dwar l-għażliet il-ġodda introdotti mar-Regolament Omnibus (ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046) dwar għażliet ta’ spejjeż issimplifikati. F’Ottubru 2018 kien hemm preżentazzjoni fil-Kumitat għall-Iżvilupp Rurali u preżentazzjoni matul is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni għas-seminar “Produttività u Sostenibbiltà Agrikola” (EIP-AGRI), kif ukoll preżentazzjoni għall-Konferenza Spanjola tal-Aġenziji tal-Pagamenti f’Novembru 2018. Matul dawk il-preżentazzjonijiet, saru diskussjonijiet dwar kif l-użu ta’ Opzjonijiet relatati mal-Kostijiet Simplifikati jistgħu jissostitwixxu l-ħtieġa li tiġi vvalutata r-raġonevolezza tal-kostijiet, u kif l-Istati Membri jistgħu jegħlbu kwalunkwe diffikultà rigward dan l-aspett. Is-sessjoni ta’ ħidma dwar in-Network Ewropew għall-Iżvilupp Rurali hija skedata għall-20 ta’ Ġunju 2019, bit-titolu Sessjoni ta’ Ħidma ENRD “Simplified Cost Options: experience gained and new opportunities” (Opzjonijiet relatati mal-Kostijiet Simplifikati: esperjenza miksuba u opportunitajiet ġodda).

    Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ.

    Paragrafu 109, rakkomandazzjoni 3(a): Il-ġbir tad-data meħtieġa għall-valutazzjoni tal-indikaturi tal-prestazzjoni u r-riżultati tal-programmi inġenerali għadu mhux biżżejjed. Skont it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-verifika ta’ segwitu, il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tivvaluta “informazzjoni li tippermetti li wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar l-effiċjenza u l-effettività tal-infiq tal-fondi matul l-evalwazzjonijiet previsti mis-CMEF” fl-2019.

    Risposta: Il-Kummissjoni biħsiebha tivvaluta l-effiċjenza u l-effettività tal-fondi taħt il-Programmi tal-Iżvilupp Rurali 2014–2020, skont is-Sistema Komuni ta’ Monitoraġġ u Evalwazzjoni (l-Artikolu 110 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013). Dan se jsir fuq il-bażi tal-evalwazzjonijiet interim tal-Istati Membri rrappurtati fl-2019 u l-evalwazzjonijiet ex post ippreżentati lill-Kummissjoni sa tmiem l-2024 (l-Artikolu 78 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013).

    Anness 3.5 — Segwitu ta’ rakkomandazzjonijiet preċedenti għal kwistjonijiet ta’ qafas ta’ prestazzjoni

    Rakkomandazzjoni 1: Il-Kummissjoni għandha tikkonkretizza l-objettivi ta’ livell għoli tal-leġiżlazzjoni dwar Orizzont 2020 f’objettivi operazzjonali fil-livell tal-programmi ta’ ħidma, sabiex, bil-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-programmi ta’ ħidma u tas-sejħiet huma jkunu jistgħu jintużaw effettivament bħala motivaturi għall-prestazzjoni.

    Risposta: Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ. Il-Kummissjoni żviluppat gwida interna għat-tħejjija tal-Programmi ta’ Ħidma. Dan jiddikjara li l-Orizzont 2020 huwa implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma li jistabbilixxu l-objettivi, il-baġits, u l-iskadenzi tas-sejħiet għall-proposti (li huwa pass ulterjuri fil-proċess). Barra minn hekk, fejn ikun possibbli, l-użu ta’ indikaturi huwa meħtieġ (skont it-tip ta’ azzjonijiet).

    Il-gwida ta’ hawn fuq kienet diġà rilevanti għall-programmi ta’ ħidma 2016–2017 u 2018–2020, fejn saru sforzi addizzjonali biex tiġi żgurata t-traduzzjoni tal-objettivi ta’ livell għoli għal livell aktar operattiv permezz ta’ dikjarazzjonijiet tal-impatt mistennija mtejba għal kull sejħa. Din il-ħidma se titkompla u tiġi msaħħa għall-programm futur biex tissaħħaħ ir-rabta bejn l-objettivi tal-programm u l-attivitajiet implimentati permezz ta’ loġika ta’ intervent imtejba u tfassil ta’ indikaturi (Direzzjonijiet tal-Impatt Ewlieni).

    Barra minn hekk, din il-gwida tistabbilixxi l-Grupp Strateġiku għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (SRIG), li l-għan tiegħu kien li jiżgura l-koerenza tal-politika ta’ Orizzont 2020 billi jiffoka fuq prijoritajiet u rabtiet strateġiċi mal-politiki tal-UE. Huwa jipprovdi orjentazzjonijiet għall-programmazzjoni strateġika ta’ Orizzont 2020, u gwida dwar kwistjonijiet li jolqtu partijiet differenti, b’mod partikolari għal karatteristiċi ewlenin bħall-azzjoni klimatika, il-kooperazzjoni internazzjonali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, ix-Xjenzi Soċjali u l-Istudji Umanistiċi, eċċ.

    Rakkomandazzjoni 2: Il-Kummissjoni għandha tkompli tiċċara r-rabtiet bejn l-istrateġija Ewropa 2020 (2010–2020), il-qafas finanzjarju pluriennali (2014–2020), il-prijoritajiet tal-Kummissjoni (2015–2019), pereżempju permezz tal-ippjanar strateġiku u l-proċess ta’ rappurtar (2016–2020). Dan isaħħaħ l-arranġamenti għall-monitoraġġ u r-rappurtar u jippermetti lill-Kummissjoni tirrapporta b’mod effettiv dwar il-kontribut tal-baġit tal-UE lejn l-objettivi tal-Ewropa 2020.

    Risposta: Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ. Il-prijoritajiet politiċi tal-Kummissjoni huma definiti b’mod ċar fil-linji gwida politiċi tal-President Juncker. Huma jipprovdu pjan direzzjonali għall-azzjoni tal-Kummissjoni li huwa għalkollox konsistenti u kompatibbli mal-Ewropa 2020 bħala l-istrateġija tal-Ewropa għal tkabbir fuq żmien twil. Id-differenzi fil-kamp ta’ applikazzjoni bejn il-prijoritajiet u l-Ewropa 2020 jirriflettu l-obbligu tal-Kummissjoni li twieġeb għal sfidi li rriżultaw jew kibru fil-prominenza minn meta ġiet żviluppata l-istrateġija tal-Ewropa 2020, bħall-migrazzjoni.

    Mill-2016 ’il quddiem u fuq il-bażi tal-pjanijiet strateġiċi prodotti minn kull dipartiment tal-Kummissjoni, ir-rapporti annwali tal-attività ta’ kull dipartiment tal-Kummissjoni, kif ukoll ir-rapport annwali ta’ ġestjoni u prestazzjoni (adottat fit-13 ta’ Ġunju 2017) tal-Kummissjoni jispjegaw kif l-objettivi speċifiċi jikkontribwixxu għall-prijoritajiet politiċi u jkomplu jiċċaraw ir-rabtiet ma’ Ewropa 2020.

    Rakkomandazzjoni 3: Fl-attivitajiet kollha tagħha, il-Kummissjoni għandha tuża t-termini input, output, riżultat u impatt b’mod konsistenti u f’konformità mal-linji gwida tagħha għal regolamentazzjoni aħjar.

    Risposta: Il-Kummissjoni tqis din ir-rakkomandazzjoni bħala implimentata bis-sħiħ. Il-Kummissjoni għandha sett konsistenti ta’ definizzjonijiet permezz tal-gwida aġġornata dwar Regolamentazzjoni Aħjar, ir-Regolament Finanzjarju rivedut u l-proposti tal-Kummissjoni għall-programmi finanzjarji ta’ wara l-2020.


    (1)  https://www.oecd.org/gov/budgeting/budgeting-and-performance-in-the-eu-oecd-review.pdf

    (2)  Din il-politika tista’ tiġi rieżaminata fil-kuntest tal-iżviluppi li jikkonċernaw il-Modi Ġodda ta’ Ħidma (New Ways of Working), li qed jiġu implimentati u l-eżitu tan-negozjati tal-QFP 2021–2027.

    (3)  https://www.oecd.org/gov/budgeting/budgeting-and-performance-in-the-eu-oecd-review.pdf

    Kapitolu 4 — Dħul

    Tweġibiet tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Eżaminar ta’ elementi tas-sistemi ta’ kontroll intern u r-rapporti annwali tal-attività u oħrajn

    4.9.

    Il-Kummissjoni se twettaq segwitu tal-problema identifikata mill-QEA fi Spanja u l-Istat Membru se jkun jeħtieġlu jieħu miżuri xierqa biex jindirizza u jsib tarf tad-dgħufija identifikata fis-sistemi ta’ kontroll.

    4.10.

    Il-Kummissjoni, kontinwament, twettaq segwitu ta’ kwalunkwe nuqqas identifikat fir-rigward tal-kontijiet B u l-Istati Membri jinżammu responsabbli finanzjarjament għal kwalunkwe telf tar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (RPT) minħabba l-iżbalji amministrattivi tagħhom.

    Il-Kummissjoni se twettaq segwitu tal-problemi identifikati mill-awditu tal-QEA f’ċerti Stati Membri fis-segwitu abitwali tagħha għas-sejbiet tal-QEA u l-Istati Membri se jintalbu jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw u jsibu tarf ta’ dawn il-problemi.

    4.12.

    Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-programm ta’ spezzjoni tagħha kopra l-oqsma bl-ogħla riskji identifikati, jiġifieri l-frodi fil-valutazzjoni (ara l-każ tar-Renju Unit b’madwar 3 biljun ewro ta’ telf stmat tar-RPT, inklużi l-interessi) u l-evażjoni tad-dazji anti-dumping fuq il-pannelli solari.

    Minħabba l-portata tat-telf potenzjali tar-RPT involut, dawn is-suġġetti għall-ispezzjoni ngħataw prijorità fl-2018 u fl-2019 u koprew l-Istati Membri kollha.

    Meta tfassal il-programm ta’ spezzjoni tagħha, il-Kummissjoni tuża diversi indikaturi tar-riskju interni u esterni, ippreżentati fil-programm ta’ spezzjoni annwali.

    4.13.

    B’mod sistematiku ssir rikonċiljazzjoni tal-ammonti rkuprati mill-kont B u mħallas fil-baġit tal-UE permezz tar-rendikont A. Barra minn hekk, l-ispetturi awtorizzati tal-Kummissjoni jivverifikaw ir-rendikontijiet kollha tar-RPT bi tħejjija għall-ispezzjonijiet tagħhom in situ rigward bidliet mhux tas-soltu u l-partikolaritajiet f’dawn ir-rendikontijiet u kwalunkwe kwistjoni tiġi diskussa mal-Istati Membri kkonċernati.

    Barra minn hekk, għal żidiet qawwija f’daqqa fl-informazzjoni aggregata pprovduta mill-Istati Membri permezz tar-rendikontijiet A u B, diġà fl-imgħoddi l-Kummissjoni kkuntattjat direttament lill-Istati Membri. Pereżempju, fl-2017 ir-Renju Unit ġie kkuntattjat immedjatament rigward każ individwali li kien jinvolvi + 155 miljun lira sterlina.

    4.16.

    Il-Kummissjoni tirrikonoxxi d-dewmien osservat mill-QEA. Qed isiru sforzi akbar biex isir segwitu f’waqtu u minnufih tal-punti li għadhom miftuħa filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet u r-restrizzjonijiet tax-xogħol l-ieħor.

    Kaxxa 4.3 F’Marzu 2019 Franza poġġiet għad-dispożizzjoni l-inventarju tal-ING tagħha aġġornat.

    Fil-fehma tal-Kummissjoni, Franza għandha ttejjeb aktar il-kwalità tagħha f’konformità mal-Gwida dwar l-Inventarju tal-ING tal-ESA 2010.

    4.19.

    L-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta’ statistika marbuta mal-globalizzazzjoni fir-rigward tad-data tal-ING jinsabu mexjin ’il quddiem skont kif skedat. Dawn l-azzjonijiet se jippermettu lill-Kummissjoni tidentifika n-nuqqasijiet fit-trattament f’termini ta’ statistika tal-fenomeni marbuta mal-globalizzazzjoni u li tressaq riżervi tal-ING, fejn hemm bżonn, sa tmiem l-2019, u b’hekk tissalvagwardja l-interess finanzjarju tal-UE.

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    Rakkomandazzjoni 4.1 (valutazzjoni tar-riskji għall-ippjanar tal-ispezzjonijiet li jirrigwardaw ir-RPT)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni 4.1.

    Il-Kummissjoni se tikkunsidra xi bidliet fil-valutazzjoni tar-riskji tagħha u l-mod kif din tiġi ppreżentata skont kif irrakkomandat mill-QEA.

    Rakkomandazzjoni 4.2 (verifiki tar-rendikontijiet A u B tar-RPT)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni 4.2 soġġetta għar-riżultati tal-fażi tal-ittestjar kif deskritt hawn taħt.

    Il-Kummissjoni se teżamina kif il-verifiki amministrattivi rinfurzati li jiffukaw fuq il-bidliet mhux tas-soltu fir-rendikontijiet tar-RPT jistgħu jiġġeneraw valur miżjud effettiv u effiċjenti fl-individwar tal-iżbalji. Jekk kemm-il darba r-riżultati tal-fażi tal-ittestjar ikunu pożittivi, l-istruzzjonijiet interni li diġà jeżistu jiġu adattati skont ir-rakkomandazzjoni. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 4.13.

    Anness 4.3 — Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għad-dħul

    Rakkomandazzjoni 1 (il-preskrizzjoni tan-notifiki tad-dejn)

    Il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-qafas ġuridiku tal-Unjoni għal ksur doganali u sanzjonijiet (COM(2013)884 final), jekk tiġi adottata, tipprovdi armonizzazzjoni, sa ċertu punt, tat-trattament differenti tal-operaturi ekonomiċi fi Stati Membri differenti f’dan ir-rigward.

    B’rabta mal-investigazzjonijiet ġuridiċi speċifiċi mwettqa mill-Kummissjoni fi Stati Membri differenti, is-servizzi tal-Kummissjoni, bħalissa, qed jieħdu l-passi meħtieġa f’dan ir-rigward. Tnediet inkjesta orizzontali aktar kmieni fl-2019.

    Rakkomandazzjoni 2 (il-ġestjoni tal-entrati rreġistrati fil-kont B)

    Il-Kompendju jipprovdi lill-Istati Membri gwida komprensiva u sistematika fuq livell prattiku. Dan ġie aġġornat fl-2018. Fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2018/194, kif applikata mill-1 ta’ Settembru 2018 ’il quddiem, tingħata kjarifika legali ulterjuri dwar il-mod korrett kif għandhom isiru r-rendikontijiet A u B tar-RPT. Bħalissa, f’kull laqgħa tal-ACOR, l-Istati Membri jingħataw ħarsa ġenerali tan-nuqqasijiet (inklużi dawk dwar rapportar mhux korrett bl-użu tar-rendikontijiet A u B) individwati mis-servizzi tal-Kummissjoni waqt l-ispezzjonijiet in situ tagħhom u tingħatalhom informazzjoni dwar il-perspettiva tas-servizzi tal-Kummissjoni rigward kif għandhom isibu tarf ta’ dawn in-nuqqasijiet. Gwida aktar prattika dwar kif isiru l-entrati fil-kolonni differenti tar-rendikontijiet A u B se tiġi diskussa f’laqgħa li jmiss tal-ACOR. Dan jagħti gwida ċara lill-Istati Membri dwar kif għandhom iwettqu ġestjoni tal-kont B tagħhom b’mod diliġenti.

    Rakkomandazzjoni 3 (l-Istati Membri: dikjarazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni tal-ammonti miġbura mill-kontijiet B)

    Il-Kummissjoni se tkompli twettaq segwitu tal-inkonsistenzi bejn il-kontijiet A u B sakemm tissolva l-problema. Il-QEA bir-raġun tindika li dawn l-inkonsistenzi tnaqqsu b’mod sinifikanti.

    Rakkomandazzjoni 4 (l-irkuprar tad-dejn doganali)

    Minkejja li d-dħul fis-seħħ tal-KDU fl-1 ta’ Mejju 2016 ma solviex għalkollox din il-kwistjoni, il-KDU xorta waħda pprovdiet strumenti addizzjonali sabiex ikun aċċertat il-ġbir tad-dejn. L-użu tal-garanziji obbligatorji ġie estiż b’mod konsiderevoli.

    Il-Kummissjoni se tkompli għaddejja b’analiżi bir-reqqa ta’ din il-kwistjoni fl-ambitu tal-valutazzjoni ggarantita qabel, bl-għan li tiffinalizzaha qabel tmiem l-2019.

    Kapitolu 5 — Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi

    Tweġibiet tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Parti 1: Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    5.15.

    Il-Kummissjoni għandha sistema soda ta’ kontrolli ex ante fis-seħħ li tinkludi listi ta’ kontroll awtomatizzati dettaljati, gwida bil-miktub u taħriġ kontinwu It-titjib ta’ din is-sistema mingħajr ma jiġu imposti piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq il-benefiċjarji, sabiex ikunu jistgħu jiffukaw fuq il-ksib tal-objettivi tagħhom tar-riċerka u tal-innovazzjoni, u filwaqt li jiġi żgurat li l-pagamenti lir-riċerkaturi jsiru minnufih, huwa ta’ sfida kostanti.

    Fir-rigward tal-awdituri indipendenti li jiċċertifikaw it-talbiet għall-kostijiet, li jammontaw għal 6 mit-8 każijiet imsemmija mill-QEA, din hija kwistjoni magħrufa sew, li ġiet indirizzata f’rapporti preċedenti. Il-Kummissjoni organizzat sensiela ta’ laqgħat immirati għall-benefiċjarji u għall-awdituri indipendenti ta’ ċertifikazzjoni sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-iktar erruri komuni. Barra minn hekk, ingħata feedback lill-awdituri li jiċċertifikaw li għamlu erruri, u ġie pprovdut mudell aktar didattiku għaċ-ċertifikati tal-awditi f’Orizzont 2020. Għall-FP7, huwa stmat li ċ-ċertifikati tal-awditjar se jnaqqsu r-rata tal-erruri b’50 % meta mqabbla mat-talbiet mhux iċċertifikati. Għaldaqstant, filwaqt li huwa rikonoxxut li ma jidentifikawx kull errur, huma għodda importanti biex titnaqqas ir-rata kumplessiva tal-erruri.

    5.16.

    Numru ta’ simplifikazzjonijiet ġew introdotti f’ Orizzont 2020, kif ukoll xi mossi li jippermettu lill-benefiċjarji biex jużaw il-prattiki normali tagħhom tal-awditjar fejn dan ikun possibbli. Madankollu, il-Kummissjoni se tkompli tissimplifika, filwaqt li tqis l-osservazzjonijiet fir-Rapport Speċjali Nru 28/2018 tal-QEA.

    5.17.

    L-introduzzjoni ta’ formula biex tiġi kkalkulata rata annwali waħda ta’ kull siegħa hija simplifikazzjoni importanti ta’ Orizzont 2020. Biex tiżdied il-flessibbiltà, il-Kummissjoni tippermetti wkoll li l-kalkoli jsiru abbażi ta’ rata ta’ kull xahar. Kien hemm għadd ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni dwar dan is-suġġett, li għandhom inaqqsu l-għadd ta’ erruri fil-futur. Madankollu, il-Kummissjoni se terġa’ tivvaluta din ir-regola għall-Programm Qafas li jmiss.

    5.19.

    Objettiv importanti ta’ Orizzont 2020 kien li jiżdied l-involviment tal-impriżi ġodda u tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fil-Programm Qafas. Fi tmiem l-2018, 61,4 % tal-parteċipanti kienu parteċipanti ġodda fil-Programmi Qafas tar-riċerka u tal-innovazzjoni, filwaqt li 24,2 % tal-baġit għal “Tmexxija fit-Teknoloġiji Abilitanti u Industrijali” u għal “Sfidi tas-Soċjetà” imur għall-SMEs, u b’hekk tinqabeż il-mira ta’ 20 %. Għaldaqstant, filwaqt li l-Kummissjoni tagħraf li l-impriżi ġodda u l-SMEs jirrappreżentaw riskju partikolari ta’ erruri, dan ir-riskju għandu jittaffa, mhux jiġi evitat.

    Il-Kummissjoni għamlet tentattivi speċjali biex tindirizza l-impriżi ġodda u l-SMEs fil-kampanji ta’ komunikazzjoni tagħha u, għal Orizzont 2020, introduċiet simplifikazzjonijiet immirati direttament lejn din ix-xorta ta’ benefiċjarju, fejn inkludiet il-pagamenti ta’ ammonti f’daqqa għall-ewwel stadju tal-iskema għall-SMEs.

    5.21.

    Il-Ftehim ta’ Għotja, f’konformità mar-Regoli għall-Parteċipazzjoni, jistipula li t-trasferiment ta’ fondi bejn il-membri tal-konsorzju jiġi ġestit fil-konsorzju. Skont l-Artikolu 21 tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni, il-parteċipanti kollha jiġu nnotifikati awtomatikament ladarba jsir pagament lill-koordinatur.

    Il-Kummissjoni fakkret lill-koordinaturi dwar l-obbligu tagħhom li jittrasferixxu l-fondi minnufih u meta jiġi individwat xi każ ta’ dewmien fid-distribuzzjoni tal-fondi, jew ikun hemm ilment dwar din il-kwistjoni, il-prattika standard tal-Kummissjoni tkun li tagħmel segwitu mal-koordinatur tal-proġett fir-rigward tar-raġuni ta’ dan id-dewmien.

    5.22.

    Il-Kummissjoni ddedikat riżorsi konsiderevoli għall-verifika ex-ante tal-infrastruttura kbira tar-riċerka. Hija tinnota li l-kwistjonijiet identifikati ma kinux jikkonċernaw il-valutazzjoni ex-ante nnifisha, iżda pjuttost l-applikazzjoni mill-benefiċjarji tal-metodoloġiji kbar tagħhom stess tal-infrastruttura tar-riċerka.

    Kaxxa 5.5

    Eżempju 1:

    L-użu ta’ sistema ta’ kostijiet unitarji huwa maħsub biex jissimplifika r-regoli ta’ finanzjament bl-użu ta’ ammonti standard għal kategoriji ta’ spejjeż stabbiliti minn qabel: ladarba s-sistema tiġi approvata, dawn l-ammonti ma għandhomx jiġu kkontestati b’paragun mal-kostijiet reali.

    Madankollu, fil-każ speċifiku, l-ammont imħallas lill-organizzazzjoni, li jvarja bejn 90 u 144 ewro, huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-ispejjeż kollha relatati mal-permanenza tal-persunal barra mill-pajjiż. Meta wieħed jikkunsidra li l-organizzazzjoni tħallas lill-persunal allowance ta’ kuljum għall-ikliet ta’ 44 ewro, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-parti li jifdal tal-kontribuzzjoni, li tvarja bejn 46 u 100 ewro, hija proporzjonata għall-ispejjeż l-oħra kollha li għandhom jiġu koperti, bħall-akkomodazzjoni u t-trasport lokali.

    Eżempju 2:

    Il-gwida ta’ Erasmus+ għall-Aġenziji Nazzjonali (AN) tirrikjedi lill-AN kollha li jkollhom “sistema ta’ kontabbiltà kompjuterizzata u proċeduri u kontrolli adegwati fis-seħħ biex jiżguraw li d-data dwar il-kontijiet... tkun preċiża, kompleta u f’waqtha kif stabbilit fil-Ftehim ta’ Delega u fl-annessi tiegħu”.

    Għall-każ speċifiku, il-Kummissjoni tikseb assigurazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet tagħhom iżda ma tistax timponi struttura speċifika għaċ-ċirkwiti finanzjarji tal-AN jew tal-pajjiż tal-programm.

    Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li r-riskju finanzjarju assoċjat mas-sejba huwa ta’ impatt baxx u diġà mtaffi biżżejjed mis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

    5.29.

    Il-waqgħa fil-livell ta’ implimentazzjoni tirriżulta b’mod partikolari minn għadd ta’ każijiet ġodda importanti fi tmiem l-2018, li ma setgħux jiġu ttrattati qabel tmiem is-sena. Il-ħidma għadha għaddejja u numru ta’ każijiet ġew solvuti fl-ewwel parti tal-2019. Madankollu, il-Kummissjoni taċċetta li l-estrapolazzjoni tas-sejbiet tal-awditjar fl-FP7 tibqa’ diffiċli minħabba li ma hemm l-ebda bażi legali espliċita għall-appoġġ tal-estrapolazzjoni. F’Orizzont 2020, l-estensjoni tas-sejbiet tal-awditjar hija obbligatorja għall-benefiċjarju u l-proċess ta’ rkupru ġie integrat fil-flussi tax-xogħol tal-IT.

    5.30.

    L-implimentazzjoni tas-sejbiet kollha tal-verifika hija ssorveljata mill-qrib. L-implimentazzjoni tard tas-sejbiet tal-awditu ta’ spiss tkun ġustifikata mill-ħtieġa ta’ żvilupp tal-IT jew minn skadenzi leġiżlattivi jew minn prijoritajiet ġodda.

    Il-Kummissjoni taqbel li t-tixrid u l-isfruttament effettiv tar-riżultati tal-proġett huma vitali għall-finanzjament effettiv tar-Riċerka u l-Innovazzjoni. Qed timplimenta r-rakkomandazzjoni tal-IAS skont il-pjan ta’ azzjoni.

    5.33.

    Il-Kummissjoni qed tanalizza l-osservazzjoni tal-QEA rigward l-awditu ex-post u se tkompli taħdem mill-qrib mal-QEA f’dan il-qasam. Madankollu, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li fil-biċċa l-kbira tal-każijiet li nstabu mill-QEA, l-impatt finanzjarju ma kienx materjali.

    5.34.

    L-għan ewlieni tal-kontrolli ex-post imwettqa mill-Kummissjoni huwa li jiġi protett l-interess finanzjarju tal-UE billi jiġu rkuprati l-ammonti li ma kellhomx jitħallsu. B’dan il-mod, il-Kummissjoni tirrieżamina s-sistema ta’ kontroll intern tal-benefiċjarji u fil-każ ta’ dgħufijiet identifikati tipproponi rakkomandazzjonijiet sabiex jiġi żgurat li jiġi evitat l-errur u jiġi identifikat fil-livell tal-benefiċjarji. Barra minn hekk, il-Kummissjoni timmassimizza d-daqs tal-kampjun awditjat fi ħdan l-awditi ex post u f’każ ta’ erruri sistemiċi, testrapola fi ħdan kull awditu individwali kif ukoll fi ħdan il-programm.

    5.36.

    Il-Kummissjoni tinnota li r-rata kkalkulata mill-QEA (jiġifieri 1,6 %) hija fil-firxa tal-livell ta’ errur stmat tagħhom. Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib l-osservazzjoni tal-QEA fil-paragrafu 5.34.

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    5.37.

    Ir-rata ta’ erruri stmata mill-QEA, ikkulkulata fuq bażi annwali, hija indikatur wieħed tal-effettività tal-implimentazzjoni tan-nefqa tal-UE.

    Madankollu, il-Kummissjoni għandha strateġija ta’ kontroll pluriennali għan-nefqa tar-riċerka. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tieħu stima tar-rata tal-erruri residwi, li tqis l-irkupri, il-korrezzjonijiet u l-effetti tal-kontrolli u tal-awditjar kollha tagħhom matul il-perjodu ta’ implimentazzjoni tal-programm.

    5.38.

    Il-Kummissjoni tinnota l-osservazzjoni tal-QEA li r-riskju mal-pagament stipulat fl-AMPR huwa fil-firxa tal-livell tal-erruri stmat tal-QEA. Il-Kummissjoni se tissorvelja mill-qrib l-osservazzjoni tal-QEA fil-paragrafu 5.34.

    Rakkomandazzjoni 5.1 (SMEs u impriżi ġodda)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni 5.1.

    Il-Kummissjoni se tkompli bil-kampanja ta’ komunikazzjoni tagħha dwar ir-regoli ta’ finanzjament, inkluż għall-SMEs u l-impriżi l-ġodda kif rakkomandat mill-QEA.

    Il-kontrolli ex-ante eżistenti tal-Kummissjoni diġà huma mmirati lejn tranżazzjonijiet aktar riskjużi. Se teżamina kif tista’ tindirizza aktar it-talbiet għall-spejjeż tal-SMEs u l-impriżi l-ġodda, fid-dawl tal-osservazzjonijiet tal-QEA u tal-awdituri tagħha stess. Madankollu, il-firxa ta’ din il-mira se jkollha tqis il-fatt li, fi tmiem l-2018, diġà kien hemm 23 458 SME u 15 876 parteċipant ġdid fil-Programm Qafas. Il-kosteffikaċja tal-kontrolli addizzjonali mbagħad trid tiġi kkunsidrata bir-reqqa.

    Rakkomandazzjoni 5.2 (Il-Programm Qafas ta’ Riċerka li jmiss)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni 5.2.

    Il-mekkaniżmu għall-infrastruttura kbira tar-riċerka ma jidhirx fil-proposta tal-Kummissjoni għal Orizzont Ewropa. Madankollu, din il-proposta qed tiġi diskussa mill-awtoritajiet leġiżlattivi.

    Rakkomandazzjoni 5.3 (Orizzont 2020)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni 5.3.

    Il-Kummissjoni tenfasizza li kwalunkwe titjib introdott fil-proċess tal-awditjar wara r-rakkomandazzjoni tal-QEA se jkun jeħtieġ iż-żmien biex isseħħ minħabba t-tul taċ-ċiklu tal-awditjar.

    Rakkomandazzjoni 5.4 (Sejbiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni):

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni 5.4.

    Parti 2: Kwistjonijiet ta’ prestazzjoni fir-riċerka u fl-innovazzjoni

    5.43.

    Il-proġetti ta’ Riċerka u Innovazzjoni fil-biċċa l-kbira tal-każijiet jiksbu l-outputs u r-riżultati mistennija. Madankollu, skont id-definizzjoni tagħhom stess, huma riskjużi u inċerti.

    Hemm proċess ta’ monitoraġġ tal-proġetti fis-seħħ biex jivvaluta l-progress tal-proġetti u biex jieħu l-azzjoni xierqa jekk ikun meħtieġ. Madankollu, mhux possibbli li wieħed dejjem jiggarantixxi bil-quddiem li jistgħu jinkisbu objettivi xjentifiċi u teknoloġiċi.

    Anness 5.2 — Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti għal “Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi”

    Rakkomandazzjoni 1 (2015 — L-użu ta’ informazzjoni rilevanti disponibbli)

    Il-Kummissjoni kompliet tirrevedi l-kontrolli ex-ante tagħha fid-dawl tas-sejbiet mill-QEA u s-Servizz tal-Awditjar Intern tagħha stess. Il-livell ta’ erruri identifikabbli huwa ħafna aktar baxx fl-2018.

    Rakkomandazzjoni 4 (2015 — L-implimentazzjoni ta’ korrezzjonijiet estrapolati)

    Il-Kummissjoni kompliet timplimenta estrapolazzjoni ta’ erruri sistematiċi identifikati mill-awdituri tagħha.

    Rakkomandazzjoni 1 (2017 — Orizzont 2020)

    Il-Kummissjoni kompliet tagħmel spjegazzjonijiet addizzjonali fejn kien hemm bżonn, f’aġġornamenti tal-Ftehim tal-Għotja Annotat. Il-Kummissjoni skjerat ukoll sistema tal-IT (Assistent tal-Kostijiet tal-Persunal) biex tgħin lill-benefiċjarji jikkalkulaw b’mod korrett l-ispejjeż eliġibbli tagħhom tal-persunal. Il-lista ta’ kwistjonijiet f’ċerti pajjiżi ġiet aġġornata darbtejn fl-2017 u darba fl-2018.

    Rakkomandazzjoni 2 (2017 — CEF)

    Il-Kummissjoni tqis li din ir-rakkomandazzjoni ġiet implimentata bis-sħiħ peress li ċċarat il-kwistjonijiet eżistenti permezz ta’ gwida li ġiet ippubblikata f’Jannar 2019 fuq is-sit web tal-INEA.

    Kapitolu 6 — Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

    Tweġibiet tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Introduzzjoni

    Deskrizzjoni qasira ta’ “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”

    6.4. It-tielet inċiż. L-awditi tar-regolarità jikkostitwixxu parti mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni li tinvolvi eżami dokumentarju ddettaljat u eżawrjenti tal-pakketti ta’ aċċertament kollha. Dawn l-awditi tar-regolarità jaf jinvolvu rivalutazzjoni tar-rati ta’ żbalji residwi u jistgħu jwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali fejn rilevanti, inkluż wara s-sena li tkun ssegwi r-riċeviment tal-pakketti ta’ aċċertament. Wara din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni kull sena twettaq valutazzjoni tar-riskju biex tiddetermina liema awtoritajiet u programmi tal-awditjar se jiġu soġġetti għal awditi fuq il-post. L-objettiv ewlieni ta’ dawn l-awditi huwa li jinkiseb aċċertament raġonevoli li l-ebda nuqqas serju fis-sistema ma baqa’ mistur jew mhux irrappurtat mill-Istati Membri u li l-opinjonijiet tal-awditjar irrappurtati u r-rati ta’ żbalji residwi huma affidabbli.

    6.6.

    Il-qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament għall-perjodu 2014–2020 ifittex li jiżgura li r-rata ta’ żbalji residwi għan-nefqa rrimborżata mill-baġit tal-UE tkun iktar baxxa mil-livell limitu ta’ materjalità (2 %) għal kull programm operazzjonali, fuq il-bażi ta’ rieżami bir-reqqa tal-pakketti ta’ aċċertament — inklużi l-opinjonijiet tal-awditjar u r-rati ta’ żbalji — mibgħuta mill-awtoritajiet tal-awditjar. Fejn jitqies meħtieġ, il-Kummissjoni tapplika korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali, inklużi dawk netti, f’każ li jkun għad jifdal nuqqasijiet serji (ara wkoll ir-risposti tal-Kummissjoni għar-rapport annwali tal-2017 tal-QEA, il-paragrafi 6.5 sa 6.15).

    Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    Riżultati tal-analiżi tat-tranżazzjonijiet u t-twettiq mill-ġdid tax-xogħol tal-awditjar

    6.14 u 6.15. Il-Kummissjoni tisħaq dwar l-importanza tax-xogħol imwettaq mill-awtoritajiet tal-awditjar fil-kxif tal-iżbalji li wasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji sostanzjali u rtiri qabel ma ġew ippreżentati lill-Kummissjoni l-kontijiet relatati mal-perjodu 2016–2017. Ix-xogħol bir-reqqa tal-awditjar imwettaq mill-awtoritajiet tal-awditjar matul u sa ma ntemm l-istess xogħol, wassal ukoll għal korrezzjonijiet finanzjarji sostanzjali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007–2013.

    Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-QEA dwar tliet żbalji sinifikanti li saru fil-perjodu 2014–2020 u żewġ żbalji li saru fil-perjodu 2007–2013 (ara wkoll ir-risposti tal-Kummissjoni għall-paragrafi 6.71). Dan huwa dovut għal interpretazzjoni diverġenti tar-regoli nazzjonali jew tal-UE applikabbli li għandhom impatt fuq ir-rata ta’ żball ikkalkulata.

    Il-Kummissjoni tirreferi għall-agħar xenarji possibbli żvelati fir-RAA tal-2018, li hija temmen li jirriflettu, b’kont meħud tal-iżbalji maqbula, stima raġonevoli tar-rata ta’ żbalji.

    Iż-żieda fir-rati ta’ żball totali residwu medji rrappurtati fir-RAA rispettivi hija spjegata biż-żieda fl-ammont ta’ nefqa ċertifikata fl-Istati Membri kif ukoll bl-approċċ ibbażat fuq ir-riskji, applikat mill-Kummissjoni fl-awditi tal-konformità tagħha. Fir-Rapporti Annwali tal-Attività (RAA) tal-2018 il-Kummissjoni żvelat il-korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali meħtieġa li għandhom jiġu applikati għal kull wieħed mill-programmi kkonċernati.

    Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u ta’ awditjar tal-programmi kkonċernati, b’segwitu għall-konklużjonijiet maqbula u biex ikun żgurat li maż-żmien il-livell residwu ta’ żball ikun inqas minn 2 % għall-programmi kollha.

    6.17.

    Fl-2018 l-awtoritajiet tal-awditjar irrappurtaw għall-ewwel darba l-irregolaritajiet li sabu fl-awditjar tal-operazzjonijiet wara tipoloġija komuni maqbula mal-Kummissjoni u maqsuma bejn l-Istati Membri.

    In-nefqa mhux eliġibbli rrappreżentat il-biċċa l-kbira tal-irregolaritajiet irrappurtati, segwita mill-akkwist pubbliku u mill-istrumenti finanzjarji. Dan jikkorrispondi wkoll għat-tipi l-iktar komuni ta’ irregolaritajiet identifikati mill-Kummissjoni waqt l-awditi tagħha u mill-QEA fil-konstatazzjonijiet ulterjuri tagħha, kif jidher fil-Kaxxa 6.2.

    6.18.

    Ir-riżultati mill-awditi tal-Kummissjoni, li wħud minnhom għadhom taħt proċedura kontradittorja, jixhdu l-pertinenza tal-valutazzjoni tar-riskju mwettqa.

    Kif imsemmi fit-tweġiba tagħha għall-paragrafu 6.20 tar-rapport annwali tal-2016 u għall-paragrafu 6.28 tar-rapport annwali tal-2017, il-Kummissjoni bagħtet gwida aġġornata lill-Istati Membri għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 li, flimkien mal-użu meħtieġ tal-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati (SCOs, simplified costs options), għandha tikkontribwixxi biex titjieb il-kwalità tal-verifiki tal-ġestjoni fil-futur. Madankollu, dan jiddependi fuq il-persunal disponibbli biex jittratta ż-żieda fl-ammont ta’ nefqa ddikjarata, u fuq l-istabbiltà meħtieġa tal-persunal esperjenzat fl-amministrazzjonijiet ikkonċernati.

    Barra minn hekk, it-tipoloġija tas-sejbiet tal-awditi li l-awtoritajiet tal-awditjar irrappurtaw lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni tippermettilhom jintegraw is-sorsi iktar frekwenti ta’ żbalji fil-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom u li jadattaw l-approċċi tagħhom għall-verifiki ta’ ġestjoni u l-istrumenti relatati.

    6.20 u 6.21. Fir-rigward ta’ żewġ żbalji b’impatt sinifikanti (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.14) il-Kummissjoni tqis li ma kienx hemm ksur, u b’hekk kien hemm konformità mar-regoli nazzjonali jew tal-UE applikabbli. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-proġett rilevanti jew ir-riċevitur jew in-nefqa kienu eliġibbli.

    Tenfasizza wkoll li, fir-rigward tal-każijiet ikkonfermati, se twettaq is-segwitu neċessarju u tieħu kwalunkwe azzjoni li tqis meħtieġa.

    6.22.

    Mis-sena li għaddiet ’l hawn, il-Kummissjoni adottat linji gwida u pprovdiet kjarifiki lill-Istati Membri dwar l-eliġibbiltà tal-VAT.

    Fil-proposta tagħha għall-qafas legali għall-perjodu 2021–2027, il-Kummissjoni pproponiet regola iktar sempliċi għall-eliġibbiltà tal-VAT, fuq il-bażi ta’ livell limitu tal-kost totali tal-proġetti u b’mod indipendenti mill-istatus privat jew pubbliku tal-benefiċjarju. Il-Kummissjoni tqis li regola bħal din se tnaqqas b’mod sinifikanti r-riskju ta’ interpretazzjoni inkonsistenti jew skorretta tar-regoli tal-eliġibbiltà.

    6.23.

    Il-Kummissjoni taqbel li fil-prinċipju l-gold-plating iżid kumplessità mhux meħtieġa u huwa sors ta’ żbalji. Il-Kummissjoni tkompli tirrakkomanda lill-awtoritajiet tal-programm simplifikazzjoni fil-livell nazzjonali kull darba li jiġu identifikati tali regoli kumplessi. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.14.

    6.24.

    Il-Kummissjoni taqbel li l-għażliet tal-ispejjeż issimplifikati (SCOs) huma inqas suxxettibbli għall-iżbalji, kif turi l-esperjenza.

    Ir-Regolament Omnibus adottat reċentement joffri iktar possibbiltajiet għall-użu ta’ SCOs. Barra minn hekk, fil-proposta tal-Kummissjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027, il-Kummissjoni wessgħet il-kamp ta’ applikazzjoni għall-użu obbligatorju u fakultattiv tal-SCOs biex jonqos il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji, jiżdied il-fokus fuq ir-riżultati u jkompli jonqos ir-riskju ta’ żbalji.

    6.26.

    Il-Kummissjoni tkompli bl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Akkwist Pubbliku aġġornat tagħha, li għandu l-għan li jtejjeb il-konformità tal-proċeduri ta’ akkwist fil-politika ta’ koeżjoni. Fl-2018 sar enfasi partikolari fuq il-professjonalizzazzjoni ulterjuri tal-akkwirenti, b’mod konformi mal-pakkett tal-akkwist pubbliku adottat mill-Kummissjoni f’Ottubru 2017.

    Il-Kummissjoni titfa’ enfasi fuq il-gwida għall-korrezzjoni finanzjarja standardizzata tal-iżbalji fl-akkwist pubbliku li ġiet reċentement aġġornata. Dawn il-linji gwida għandhom l-għan li tinkiseb implimentazzjoni omoġenja f’konformità mat-trattament ugwali fost l-Istati Membri.

    6.27 u 6.28. Il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet tal-awditjar identifikaw il-biċċa l-kbira tal-ksur relatat mal-akkwist pubbliku fit-tranżazzjonijiet eżaminati mill-QEA. Dan jixhed il-kapaċità mtejba tal-awtoritajiet tal-awditjar biex jikxfu dan it-tip ta’ żbalji. Madankollu, is-sehem importanti ta’ żbalji fl-akkwist pubbliku li skappaw fil-livell tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u tal-korpi intermedjarji juri li hija meħtieġa azzjoni kontinwa biex jiġi żgurat il-kxif imtejjeb ta’ dawn il-kwistjonijiet mill-verifiki tal-ewwel livell. Il-Kummissjoni se ssegwi dawn il-każijiet u tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali meħtieġa, inklużi dawk netti meta japplikaw il-kundizzjonijiet regolatorji.

    6.30 sa 6.32. Tlieta mill-iżbalji kwantifikati skoperti mill-QEA fil-kampjun tagħha jirreferu għal kwistjoni bi skema nazzjonali tal-għajnuna mill-Istat li kellha dispożizzjonijiet li ma kinux kompatibbli mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-Kummissjoni kienet diġà identifikat dan in-nuqqas ta’ konformità u kienet diġà talbet lill-Istat Membru kkonċernat jadotta l-miżura rimedjali neċessarji u jibdel il-prattika tiegħu mingħajr dewmien. L-Istat Membru emenda l-leġiżlazzjoni tiegħu b’effett immedjat għall-każijiet futuri, u b’hekk waqqaf din id-dgħufija sistemika speċifika.

    Il-Kummissjoni mhijiex konxja ta’ ksur simili fi Stati Membri oħra f’dak li għandu x’jaqsam mal-kontijiet 2016–2017.

    Fir-rigward tas-seba’ każijiet l-oħra identifikati mill-QEA, il-Kummissjoni tirreferi għar-risposta tagħha għall-paragrafu 6.14.

    6.36 sa 6.38. F’dak li għandu x’jaqsam mal-istrumenti finanzjarji ġestiti mill-Grupp tal-BEI, l-Artikolu 40 rivedut tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) jistabbilixxi mudell ta’ aċċertament ġdid li jinkludi, b’mod partikolari, rapporti dwar il-kontroll kif ukoll rapporti tal-awditjar minn awdituri esterni tal-Bank Ewropew tal-Investiment/tal-Fond Ewropew tal-Investiment (BEI/FEI), li l-mudelli tagħhom huma approvati minn Att ta’ Implimentazzjoni. Dan jindirizza r-rakkomandazzjoni 1 tar-Rapport Annwali tal-2017 tal-QEA billi jipprovdi l-aċċertament mitlub.

    Il-FEI kkonferma li huwa lest li jestendi b’mod volontarju l-użu tat-tip il-ġdid tar-rapporti tal-awditjar għall-programmi kollha tal-inizjattiva tal-SMEs.

    6.39.

    Il-Kummissjoni tisħaq dwar il-fatt li l-obbligu msemmi, li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jħallsu l-ammont sħiħ dovut tal-kontribuzzjoni pubblika fi żmien 90 ġurnata, ġie rrispettat b’mod sħiħ f’aktar minn 97 % tat-tranżazzjonijiet eżaminati.

    Madankollu, fi Stat Membru wieħed (Franza) l-awtoritajiet jistennew sakemm il-benefiċjarju (il-fornitur tat-taħriġ) jibgħat ir-rapport ta’ implimentazzjoni finali tiegħu qabel jitħallas l-aħħar ħlas parzjali (10 %).

    Il-valutazzjoni tagħna tax-xogħol tal-awtoritajiet tal-awditjar

    6.40.

    Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-prattika identifikata fiż-żewġ programmi kkonċernati, li l-benefiċjarju ma jitħallasx l-ammont sħiħ tal-kontribuzzjoni pubblika fi żmien 90 ġurnata, tista’ tkun ġustifikata minħabba l-bżonn li jiġi analizzat jekk l-ammont sħiħ kienx fil-fatt dovut lill-benefiċjarju qabel ma l-ammont definittiv tal-UE seta’ jiġi kkalkulat u mħallas.

    Fil-każ speċifiku tal-Ġermanja, it-trasferiment tal-komponent tal-FSE mill-Awtorità ta’ Ġestjoni lill-benefiċjarju finali (“il-Bundesagentur für Arbeit”) — wara r-rimborż mill-Kummissjoni — huwa miżura interna amministrattiva bejn il-Ministeru Federali tax-Xogħol u l-Affarijiet Soċjali u l-benefiċjarju. It-trasferiment japplika biss għal miżura waħda tal-programm operazzjonali (PO) ikkonċernat.

    6.42.

    L-awtoritajiet tal-awditjar jiżguraw in-natura rappreżentattiva tal-kampjuni tagħhom fil-livell ta’ kull PO jew grupp ta’ PO. Permezz ta’ dan l-approċċ, fir-RAA l-Kummissjoni tkun tista’ tiżvela informazzjoni ddettaljata fil-livell tal-PO u tikseb ukoll l-aċċertament għal kull PO.

    Il-Kummissjoni tkompli taħdem b’mod estensiv mal-awtoritajiet tal-awditjar kollha biex tiżgura li jaħdmu bl-istandards mistennija. Tali kooperazzjoni tinkludi noti ta’ gwida varji dwar il-pakketti ta’ aċċertament, l-elaborazzjoni ta’ metodoloġija għall-awditjar tal-istrumenti finanzjarji, laqgħat tekniċi biex jiġu diskussi kwistjonijiet metodoloġiċi, l-iżvilupp ta’ tekniki kampjunarji kondiviżi u maqbula b’mod konġunt biex jiġu żgurati rati ta’ żbalji rappreżentattivi u affidabbli (gwida komprensiva), u l-adozzjoni ta’ għodod u listi tal-kontrolli konġunti relatati mal-awditjar.

    Fuq il-bażi tal-verifiki mirquma tal-fajls u tax-xogħol tal-awditjar fuq il-post, fir-RAA rispettivi tad-DĠ REGIO u tad-DĠ EMPL il-Kummissjoni identifikat 40 programm tal-FEŻR jew tal-Fond ta’ Koeżjoni (FK) u 47 programm tal-FSE jew tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li fil-każ tagħhom qieset ir-rata ta’ żball residwu ogħla minn 2 %. Dan kien minħabba żbalji klerikali, in-nuqqas ta’ identifikazzjoni ta’ kwistjonijiet imqajma mill-Kummissjoni fl-analiżi tar-rapporti annwali ta’ kontrolli jew tad-dokumentazzjoni tal-awditjar tal-awtoritajiet tal-awditjar, jew korrezzjonijiet insuffiċjenti fil-livell tal-Istati Membri.

    Il-Kummissjoni qed taħdem mal-awtoritajiet tal-awditjar ikkonċernati biex itejbu xogħolhom fil-futur.

    6.43.

    Fir-rigward tat-tipoloġija tal-iżbalji li nstabu mill-Istati Membri u mill-awdituri tal-UE, il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għall-paragrafi 6.17 u 6.18.

    Il-Kummissjoni taqbel li f’uħud mis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll huwa meħtieġ titjib biex jiġi żgurat li l-iżbalji kollha jinstabu u jiġu kkoreġuti fil-ħin, kif irrappurtat fir-RAA tal-2018.

    6.44 u 6.45. il-Kummissjoni żviluppat gwida tal-kampjunar mirquma u ddettaljata biex tkompli tiċċara d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127 tar-RDK u tar-Regolament (UE) Nru 480/2014, u bil-għan li tiżgura qafas ta’ implimentazzjoni armonizzat, miftiehem u kkoordinat għall-awtoritajiet tal-awditjar. Il-Kummissjoni tenfasizza li l-metodi tal-kampjunar jeħtieġu l-użu ta’ ġudizzju professjonali fi stadji differenti tal-proċess li jistgħu jwasslu għal valutazzjonijiet differenti minn diversi atturi.

    Il-Kummissjoni se tkompli bid-djalogu tekniku mal-QEA sabiex tiżgura fehim komuni u l-awtoritajiet tal-awditjar ikollhom iċ-ċertezza neċessarja.

    Kaxxa 6.6

    Fir-rigward tad-dgħufijiet identifikati fil-metodu tal-kampjunar użat għal PO Ġermaniż minnhom, il-Kummissjoni kkonkludiet li r-rata ta’ żball li tirriżulta mill-approċċ tal-kampjunar applikat kienet aċċettabbli, filwaqt li qieset in-nota ta’ gwida għall-kampjunar. Madankollu, insistiet li għas-snin li ġejjin l-awtorità tal-awditjar tibdel il-metodu tal-kampjunar għal kampjunar minn unitajiet monetarji. Dan ġie aċċettat u implimentat.

    6.46 u 6.47. Il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon it-titjib innotat mill-QEA fil-paragrafu 6.48 b’rabta mad-dokumentazzjoni tal-awtoritajiet tal-awditjar. F’konformità mar-rakkomandazzjoni tal-2017 tal-QEA, il-Kummissjoni stabbiliet grupp ta’ ħidma bil-parteċipazzjoni ta’ diversi awtoritajiet tal-awditjar u l-QEA bħala osservatur. L-objettiv huwa li jiġu stabbiliti fehim u prattika komuni f’dan il-qasam, filwaqt li jittieħed kont dovut tal-bżonn li jintlaħaq bilanċ xieraq u jiġu żgurati proċeduri amministrattivi sodi u effiċjenti.

    Il-Kummissjoni se tibqa’ taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet tal-awditjar sabiex tindirizza l-kwistjonijiet imqajma mill-QEA permezz tal-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-iskambju ta’ strumenti u metodoloġiji tal-awditjar, inklużi l-listi ta’ kontroll tal-Kummissjoni nnifisha.

    6.48.

    Il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon it-titjib innotat mill-QEA. Hija tikkonferma li qiegħda taħdem kontinwament mal-awtoritajiet tal-programm u b’mod partikolari mal-awtoritajiet tal-awditjar biex issaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jipprevjenu u jikkoreġu l-iżbalji u b’hekk jikkontribwixxu għall-proċess ta’ aċċertament.

    6.50.

    Il-Kummissjoni tinnota li s-seba’ żbalji msemmija mill-QEA f’dan il-paragrafu kellhom impatt limitat fuq ir-rati ta’ żball irrappurtati mill-awtoritajiet tal-awditjar ikkonċernati għal dawn il-programmi. Madankollu, se tkompli taħdem mal-awtoritajiet tal-awditjar għat-trattament u għall-kwantifikazzjoni korretti tal-iżbalji.

    Ix-xogħol ta’ aċċertament tal-Kummissjoni u r-rappurtar tar-rata ta’ żbalji residwi fir-rapporti annwali tal-attività tagħha

    6.51.

    Il-proċeduri ta’ kontroll tal-Istati Membri jinkludu tliet awtoritajiet tal-programm: l-awtoritajiet ta’ ġestjoni, taċ-ċertifikazzjoni u tal-awditjar, risponsabbli rispettivament għall-verifiki ta’ ġestjoni (l-ewwel linja ta’ difiża kontra l-iżbalji), għaċ-ċertifikazzjoni tal-legalità u tar-regolarità tan-nefqa fil-kontijiet, filwaqt li jitqiesu r-riżultati tal-kontrolli kollha disponibbli, u għall-awditi biex jiġu pprovduti opinjonijiet tal-awditjar. Fir-RAA tagħhom id-Direttorati Ġenerali jagħmlu l-konklużjonijiet fuq it-tliet aspetti marbuta ma’ dawn il-kontrolli, jiġifieri l-effettività tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, l-aċċettabbiltà tal-kontijiet, u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa sottostanti, wara li tkun saret valutazzjoni tal-pakketti ta’ aċċertament issottomessi.

    6.53.

    Iż-żewġ DĠ irrappurtaw l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni (IEP) b’rabta mar-regolarità, fuq il-bażi tax-xogħol tal-awditjar imwettaq u tal-evidenza għall-awditjar disponibbli fid-data tal-adozzjoni tar-RAA rispettivi tagħhom. L-agħar xenarju possibbli ġie stmat bl-użu ta’ rati fissi konservattivi għall-programmi fejn ir-rati ta’ żball kienu għadhom fil-proċedura kontradittorja u b’hekk kienu għadhom mhumiex ikkonfermati. L-agħar xenarju possibbli jirrifletti wkoll ir-riskji relattivi għall-iżbalji mhux identifikati residwi fil-parti tal-kampjun tal-awtorità tal-awditjar li mhijiex soġġetta għal awditu min-naħa tal-Kummissjoni. Iż-żewġ Diretturi Ġenerali jipprovaw ikunu trasparenti biex jiżvelaw l-informazzjoni xierqa kollha mill-PO fir-RAA rispettivi tagħhom (l-Anness 10 B).

    Kull fejn kien possibbli, il-Kummissjoni qieset ukoll ir-riżultati tal-ħidma tal-QEA. Il-Kummissjoni ħadet approċċ prudenti u użat l-agħar xenarju possibbli għall-PO kkonċernati meta l-awditu tal-QEA kien għadu għaddej u r-riżultati preliminari kienu qed jistennew li l-proċedura tal-ikklerjar titlesta.

    6.54 u 6.55. sabiex jikkontribwixxu għar-rapportar korporattiv dwar in-nefqa tal-2018, iż-żewġ DĠ stmaw ir-riskju fil-mument tal-pagament u fl-għeluq bl-użu tal-approċċ l-iktar konservattiv fuq il-bażi tar-rati ta’ żbalji residwi kkonfermati għall-perjodu 2016–2017. Ir-rati ta’ żbalji residwi mhux ikkonfermati għall-perjodu 2017–2018 jintużaw biss jekk ikunu ogħla mir-rati kkonfermati għall-perjodu 2016–2017. Il-Kummissjoni tissottolinja li, fil-mument tal-approvazzjoni tar-RAA, in-nefqa ddikjarata fis-sena kalendarja taħt ir-rendikont tal-ispejjeż hija koperta miż-żamma ta’ 10 % fuq il-pagamenti interim.

    6.56.

    Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għall-paragrafu 6.14. Hija tal-fehma li r-riskju stmat fil-mument tal-pagament, kif żvelat fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR, Annual Management and Performance Report), jagħti stampa ġusta tar-riskju għal-legalità u għar-regolarità tan-nefqa rilevanti effettwata fl-2018 fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni, b’riferiment għal perjodu differenti minn dak awditjat mill-QEA.

    6.60.

    Minbarra l-awditi tal-konformità, fl-2018 il-Kummissjoni wettqet ukoll 27 awditu tas-sistema preventiv u bikri dwar il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, u 14-il missjoni ta’ informazzjoni għand l-awtoritajiet tal-awditjar għar-rieżami tal-kontenut tar-rapporti annwali ta’ kontroll u biex tiċċara xi kwistjonijiet b’rabta mal-verifika tal-fajls. Dan iservi ta’ kontribut għall-proċess ta’ aċċertament.

    6.62.

    Il-Kummissjoni ddisinjat is-sistema ta’ aċċertament tagħha b’tali mod li d-Diretturi Ġenerali jkunu jistgħu jipprovdu aċċertament fuq kull wieħed mill-419-il PO individwali, kif huma obbligati jagħmlu bħala uffiċjali awtorizzanti b’delega. Dan il-mudell ta’ aċċertament huwa bbażat fuq approċċ tal-awditjar li jinkludi żewġ passi u huwa kosteffiċjenti: eżami dokumentarju sistematiku għall-PO kollha u awditi tal-konformità komplementari bbażati fuq ir-riskju li jsiru fuq il-post għal PO magħżula. Il-Kummissjoni tqis li għandha aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa sottostanti, ħlief għall-programmi li għalihom irrapportat korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali potenzjali (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għal 6.42).

    Barra minn hekk, fir-RAA l-IEP aggregat huwa rrappurtat bħala medja ponderata tar-rati ta’ żball ikkonfermati kollha. Il-Kummissjoni rrappurtat ukoll l-agħar xenarju possibbli, filwaqt li qieset l-informazzjoni pendenti kollha li għadha qed tiġi vvalidata (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.53).

    6.63.

    Għal kull awditu tal-konformità, l-awdituri tal-Kummissjoni jivvalutaw ir-riskju ta’ ripetizzjoni, fil-parti mhux awditjata tal-kampjun tal-awtorità tal-awditjar, ta’ żbalji simili għal dawk li jkunu sabu. Meta dan ikun il-każ, fir-RAA jiġu applikati rati fissi xierqa biex jiġi stmat l-agħar xenarju possibbli għar-rata ta’ żbalji residwi (ara l-paragrafu 6.53).

    6.64.

    Mhux dejjem ikun possibbli li kull sena tiġi pprovduta rata ta’ żball residwu totali kkonfermata b’mod definittiv għal kull programm operazzjonali. Hemm diversi fatturi li jistgħu jwasslu għal dewmien f’din il-valutazzjoni, inklużi proċeduri kontradittorji dwar l-awditi tal-konformità tal-Kummissjoni jew il-ħtieġa li jsiru verifiki addizzjonali mill-Kummissjoni, kif permess mir-regolament sa tmiem il-perjodu li fih il-benefiċjarji għandhom iżommu d-dokumenti ta’ prova.

    Dan kien il-każ għal 40 u 47 programm fis-sena kontabilistika 2016/2017 għal REGIO u EMPL rispettivament, kif spjegat fir-RAA tal-2018. Fir-rigward ta’ dawn il-programmi, il-Kummissjoni se twettaq il-korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali meħtieġa biex tniżżel ir-rata ta’ żball residwu taħt it-2 %.

    6.66.

    Il-Kummissjoni tqis li n-nefqa ċertifikata fl-għeluq tal-pakkett ikkonċernat hija konformi mar-regolamenti rilevanti, f’konformità mat-tweġiba tagħha għar-rapport annwali tal-2016 tal-QEA, meta ġew identifikati żewġ żbalji identiċi.

    6.67.

    Inħarġu rakkomandazzjonijiet finanzjarji għal proġett wieħed inkluż fil-pakkett tal-għeluq Ungeriż wara rapport tal-każijiet finali tal-OLAF. Irrispettivament min-nefqa relatata, il-programm ippreżenta biżżejjed nefqa eliġibbli biex jippermetti lill-Kummissjoni tipproċedi b’għeluq parzjali. Fl-aħħar tal-2018, wara r-rapport tal-OLAF, il-qorti kompetenti fi Stat Membru minnhom, waqqgħet l-akkużi kontra l-kuntrattur. L-investigazzjoni fit-tieni Stat Membru għadha għaddejja. Il-Kummissjoni se ssegwi l-iżviluppi f’dan il-każ u tevita kwalunkwe riskju ta’ ammonti irregolari fil-bilanċ finali.

    6.68 sa 6.70. B’mod loġiku, id-dispożizzjonijiet għall-għeluq fir-RDK ikopru n-nefqa speċifika li jeħtieġ li tiġi ttrattata fl-għeluq, bħall-approvazzjoni tal-pagament bil-quddiem li saru għall-istrumenti finanzjarji implimentati versu l-pagamenti bil-quddiem li saru (l-Artikolu 42 tar-RDK). Madankollu, il-maġġoranza tan-nefqa għall-biċċa l-kbira tal-PO tkun għaddiet mill-kontijiet annwali u tkun definittiva.

    Il-Kummissjoni tqis li linji gwida f’waqthom se jkunu utli fid-dawl tal-għeluq tal-PO fl-2025. Tali linji gwida jistgħu jkomplu jiċċaraw il-mudell tar-rapport tal-implimentazzjoni finali (l-Artikolu 142 tar-RDK) biex jiġi żgurat li jinkludi l-informazzjoni xierqa kollha, u l-istess bħal fil-każ tal-perjodu 2007–2013 jistgħu jiċċaraw it-trattament ta’ kwistjonijiet varji fl-għeluq, bħal: l-ikklerjar tal-pagamenti bil-quddiem tal-għajnuna mill-Istat li jifdal (l-Artikolu 131(5) tar-RDK), id-dħul iġġenerat wara t-tlestija tal-proġetti (l-Artikolu 61 tar-RDK), il-proġetti mhux lesti (l-Artikolu 2(14) tar-RDK), it-tqassim tal-proġetti f’fażijiet differenti, l-iffissar ta’ limitu massimu tal-pagament finali mill-UE (l-Artikolu 129 tar-RDK), eċċ.

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    6.71.

    Bi trasparenza sħiħa, fir-RAA tagħha tal-2018 il-Kummissjoni rrappurtat li hemm riskju li r-rata ta’ żball tibqa’ sostanzjali għal 40 jew 47 programm tad-DĠ REGIO u tad-DĠ EMPL rispettivament. Hija żvelat il-programmi kkonċernati fir-RAA tal-2018. F’konformità mar-regolamenti għall-perjodu 2014–2020, il-Kummissjoni hija impenjata li tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali għal dawn il-programmi, inklużi dawk netti fejn japplikaw il-kundizzjonijiet regolatorji.

    Iż-żieda fl-ammont tan-nefqa ċertifikata fl-Istati Membri kif ukoll l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju applikat mill-Kummissjoni għall-awditi tal-konformità tagħha jispjegaw iż-żieda, meta mqabbel mal-2017, fil-medja tar-rati ta’ żbalji residwi totali rrappurtati fir-RAA rispettivi tal-Kummissjoni.

    Madankollu, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-QEA dwar tliet żbalji sinifikanti li saru fil-perjodu 2014–2020 u żewġ żbalji li saru fil-perjodu 2007–2013. Dan huwa dovut għal interpretazzjoni diverġenti tar-regoli nazzjonali jew tal-UE applikabbli li għandhom impatt fuq ir-rata ta’ żball ikkalkulata.

    Il-Kummissjoni tirreferi għall-agħar xenarji possibbli żvelati fir-RAA tal-2018, li hija temmen li jirriflettu, b’kont meħud tal-iżbalji maqbula, stima raġonevoli tar-rata ta’ żbalji.

    Il-Kummissjoni se tkompli taħdem mill-qrib mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u ta’ awditjar tal-programmi kkonċernati, b’segwitu għall-konklużjonijiet maqbula u biex ikun żgurat li maż-żmien il-livell residwu ta’ żball ikun inqas minn 2 % għall-programmi kollha. Ir-regolament jipprovdi lill-Kummissjoni l-għodod superviżorji kollha meħtieġa biex jitwaqqfu l-pagamenti interim jew il-pagament tal-bilanċ annwali, u biex isiru korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali biex jiġi żgurat li maż-żmien il-programmi kollha jkollhom rata residwa ta’ żball aċċettabbli.

    6.72.

    Il-Kummissjoni tenfasizza l-ħidma importanti li twettqet mill-awtoritajiet tal-awditjar fl-identifikazzjoni tal-iżbalji, li wasslet għal opinjonijiet tal-awditjar iddettaljati għall-programmi kollha, inklużi opinjonijiet negattivi fi 11-il każ, u korrezzjonijiet finanzjarji sinifikanti fil-kontijiet annwali u fl-għeluq.

    Fir-RAA rispettivi tal-2018, il-Kummissjoni żvelat li huwa meħtieġ iktar titjib għal seba’ awtoritajiet tal-awditjar. Fir-rigward tal-bqija, instab li l-awtoritajiet tal-awditjar jiffunzjonaw tajjeb, jew inkella kien meħtieġ biss titjib minuri, fuq il-bażi tal-valutazzjoni ddettaljata tal-Kummissjoni ta’ kull awtorità tal-awditjar u ta’ kull programm.

    Għaldaqstant, kollox ma’ kollox, il-Kummissjoni tiddependi fuq il-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar, salv għal numru limitat ta’ każijiet li għalihom ġew iddivulgati riżervi xierqa u ġew stabbiliti pjanijiet ta’ azzjoni biex jintalab it-titjib meħtieġ.

    6.73.

    Il-Kummissjoni tqis li għandha approċċ sod fis-seħħ biex tikseb l-aċċertament raġonevoli meħtieġ fir-rigward tal-funzjonament tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

    Il-Kummissjoni ddisinjat is-sistema ta’ aċċertament tagħha b’tali mod li d-Diretturi Ġenerali jkunu jistgħu jipprovdu aċċertament fuq kull wieħed mill-419-il PO individwali, kif huma obbligati jagħmlu bħala uffiċjali awtorizzanti b’delega. Dan il-mudell ta’ aċċertament huwa bbażat fuq approċċ tal-awditjar li jinkludi żewġ passi, li huwa proporzjonat u kosteffiċjenti mil-lat amministrattiv: eżami dokumentarju sistematiku għall-PO kollha u awditi tal-konformità komplementari bbażati fuq ir-riskju li jsiru fuq il-post għal PO magħżula. Il-Kummissjoni tqis li għandha aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa sottostanti, ħlief għall-programmi li għalihom irrapportat korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali potenzjali.

    Fir-RAA tal-2018, il-Kummissjoni mhux biss ippreżentat l-istima tagħha tar-rati residwi globali ta’ żball iżda wkoll l-agħar xenarji possibbli (inklużi r-riżultati tal-awditjar tal-QEA meta jkunu disponibbli). Dan kien jinkludi l-użu ta’ rati fissi għal xi programmi, fejn kien hemm indikazzjonijiet li xi żbalji setgħu baqgħu ma ġewx identifikati.

    6.74.

    Il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għall-paragrafu 6.56. Hija tal-fehma li r-riskju stmat fil-mument tal-pagament, kif żvelat fir-Rapport Annwali dwar il-Ġestjoni u l-Prestazzjoni (AMPR), jagħti stampa ġusta tar-riskju għal-legalità u għar-regolarità tan-nefqa rilevanti effettwata fl-2018 fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni, b’riferiment għal perjodu differenti minn dak awditjat mill-QEA.

    6.75.

    Il-qafas ta’ kontroll u ta’ aċċertament tfassal biex jiġi żgurat li r-rata residwa annwali ta’ żball tkun inqas minn 2 % għal kull programm. Il-Kummissjoni kkonkludiet li dan kien il-każ għall-biċċa l-kbira tal-programmi (70 %) iżda qablet li dan kien għadu mhuwiex il-każ għal 30 % tal-programmi kollha identifikati b’mod ċar fir-RAA tal-2018. Għal dawn u għall-każijiet ikkonfermati fejn il-QEA sabet żbalji addizzjonali, il-Kummissjoni se ssegwi u tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali meħtieġa, inklużi dawk netti meta japplikaw il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-koleġiżlatur.

    Fir-rigward ta’ dawn il-programmi, il-Kummissjoni taqbel li hemm bżonn ta’ aktar titjib. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni u tal-awditjar iridu jsaħħu rispettivament il-verifiki ta’ ġestjoni u l-awditi għall-prevenzjoni b’effikaċja mtejba tal-iżbalji fl-eżerċizzji kontabilistiċi futuri. Il-Kummissjoni se taħdem mal-awtoritajiet ikkonċernati biex itejbu l-proċeduri tal-kontroll tagħhom.

    6.76.

    Fir-rigward taż-żewġ rakkomandazzjonijiet tas-snin preċedenti li dwarhom il-QEA rrappurtat li ma tteħditx azzjoni dwarhom, il-Kummissjoni tinnota li:

    Rakkomandazzjoni minnhom ma ġietx aċċettata mill-Kummissjoni u b’hekk ma tirrikjedix azzjoni;

    Ittieħdet azzjoni biex tiġi ċċarata u ssimplifikata l-eliġibbiltà tal-VAT fil-proposta tal-Kummissjoni għall-qafas legali ta’ wara l-2020.

    Ara wkoll it-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-Anness 6.3.

    Rakkomandazzjoni 6.1 (arranġamenti tal-awditjar għal programmi ta’ inizjattiva għall-SMEs)

    Il-Kummissjoni taċċetta din ir-rakkomandazzjoni.

    (a)

    L-Artikolu 40 rivedut tar-RDK jistabbilixxi mudell ta’ aċċertament ġdid li jinkludi, b’mod partikolari, rapporti dwar il-kontroll kif ukoll rapporti tal-awditjar minn awdituri esterni tal-BEI/tal-FEI, li l-mudelli tagħhom huma approvati minn Att ta’ Implimentazzjoni.

    Il-FEI kkonferma li huwa lest li jestendi b’mod volontarju l-użu tat-tip il-ġdid tar-rapporti tal-awditjar għall-programmi kollha tal-inizjattiva tal-SMEs. Il-mudell ta’ aċċertament ġdid tar-RDK u l-implimentazzjoni volontarja tar-rapporti ta’ awditjar b’rabta ma’ Inizjattivi ta’ Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (SMEs, Small and Medium Enterprises) jitqies li jindirizza din ir-rakkomandazzjoni.

    Rakkomandazzjoni 6.2 (żamma mhux ġustifikata ta’ pagamenti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u se tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u tal-awditjar joqogħdu attenti biżżejjed għall-konformità mal-Artikolu 132 tar-RDK.

    Rakkomandazzjoni 6.3 (arranġamenti tal-għeluq għall-perjodu 2014–2020)

    Il-Kummissjoni sistematikament tiskrutinizza kull programm qabel l-għeluq, ħalli tkun ċerta li l-livell tan-nefqa irregolari jkun inqas mill-materjalità. Dan se jkun ukoll il-każ għall-programmi tal-perjodu 2014–2020, li fir-regolament l-għeluq tagħhom huwa ppjanat għall-2025.

    (a)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u se tidentifika r-riskji ewlenin li jistgħu jaffettwaw l-għeluq tal-programmi 2014–2020 fuq il-bażi tat-tagħlimiet meħuda matul l-implimentazzjoni tal-programm, b’ħarsa lejn il-linji gwida futuri tagħha għall-għeluq li se tgħaddi lill-Istati Membri.

    (b)

    Bħala prinċipju, il-Kummissjoni taċċetta din il-parti tar-rakkomandazzjoni, iżda tqis li m’hemmx urġenza biex tiġi żviluppata tali gwida minħabba l-iskeda regolatorja għall-għeluq, li huwa previst fl-2025. Barra minn hekk, jenħtieġ li tali gwidi għall-għeluq jikkunsidraw l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tal-programmi.

    Parti 2 — Valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-proġetti

    6.81.

    Il-Kummissjoni tinnota li ma jeżistix rekwiżit regolatorju biex jiġu stabbiliti indikaturi tar-riżultat fil-livell tal-proġett. Fir-regolamenti li jirregolaw il-Fondi għall-perjodu 2007–2013 u l-perjodu 2014–2020 it-terminu “indikaturi tar-riżultat” jissemma biss fil-kuntest tal-assi prijoritarji.

    Loġika ta’ intervent imfassla tajjeb kif deskritt fil-programm operazzjonali għandha tiżgura li l-outputs u r-riżultati fil-livell tal-proġetti jikkontribwixxu għar-riżultati mistennija tal-programmi operazzjonali, filwaqt li wieħed għandu jżomm f’moħħu li dawn huma wkoll influwenzati minn fatturi esterni.

    6.82 u 6.83. Il-Kummissjoni tinnota li f’95 % tal-proġetti eżaminati, l-indikaturi tal-ouput jew l-indikaturi kemm tal-output kif ukoll tar-riżultati ġew stabbiliti fil-livell tal-proġett, f’konformità mar-rekwiżiti tar-regolamenti tal-UE applikabbli għal dan il-qasam ta’ nfiq.

    L-evalwazzjonijiet tal-impatt ukoll se jgħinu fil-valutazzjoni tal-kontribut li l-operazzjonijiet kofinanzjati kellhom għall-objettivi tal-PO. Il-Kummissjoni tqis li hemm differenza bejn ir-riżultati diretti fil-livell ta’ proġetti u r-riżultati li jridu jinkisbu fil-livell tal-PO.

    Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-leġiżlazzjoni li tirregola l-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 saħħet il-loġika ta’ intervent u l-fokus fuq ir-riżultati.

    6.84.

    Il-Kummissjoni tinnota b’sodisfazzjon li l-Istati Membri kollha awditjati stabilixxew sistemi ta’ monitoraġġ biex jirreġistraw informazzjoni dwar il-prestazzjoni. Għall-perjodu 2014–2020, l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-politika hija komponent importanti mill-orjentazzjoni iktar b’saħħitha lejn ir-riżultati, ibbażata fuq il-loġika ta’ intervent u l-monitoraġġ tal-indikaturi komuni li jiġu rrappurtati kull sena lill-Kummissjoni permezz tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni.

    6.85.

    Minħabba l-modifika riċenti tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014, l-awtoritajiet tal-awditjar issa huma meħtieġa jinkludu l-aspett tal-affidabbiltà tad-data tal-prestazzjoni fl-awditi tal-operazzjonijiet tagħhom, apparti l-awditi tas-sistemi. Dan se jwassal għal aċċertament miżjud dwar il-kwalità u l-affidabbiltà tad-data tal-prestazzjoni rrappurtata lill-Kummissjoni.

    6.86.

    Il-Kummissjoni wettqet total ta’ 43 awditu bbażat fuq ir-riskju fi 17-il Stat Membru sabiex tivvaluta l-affidabbiltà tad-data tal-prestazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri. F’disa’ każijiet instabu nuqqasijiet materjali. Għat-titjib tal-għoti ta’ rendikont u tas-sistemi tal-IT kull meta jkun meħtieġ u għall-korrezzjoni tad-data dwar il-prestazzjoni ġew ifformulati rakkomandazzjonijiet. It-tagħlimiet minn dawn l-awditi ġew kondiviżi mal-awtoritajiet tal-programm biex titqajjem sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji għall-affidabbiltà tad-data tal-prestazzjoni u biex ir-rappurtar ikompli jitjieb.

    6.87 u 6.88. Huwa importanti li wieħed jiftakar li l-kampjun tal-QEA jikkonċerna taħlita ta’ proġetti ta’ 2007–2013 u 2014–2020, b’bidla sinifikanti fl-approċċ tal-prestazzjoni u fil-loġika ta’ intervent tal-programmi taħt ir-regolament tal-2014–2020. Għalhekk, ir-riżultati rapportati qed jipprovdu ħarsa limitata tar-riżultati speċifiċi għall-2014–2020 sa issa.

    Madankollu, kollox ma’ kollox, il-Kummissjoni tinnota li 81 % tal-proġetti laħqu għalkollox jew parzjalment l-indikaturi tal-prestazzjoni tagħhom, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-indikaturi tar-riżultati għadhom jistgħu jevolvu wara t-tlestija fiżika tal-proġetti.

    Anness 6.3. — Segwitu tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti

    Rakkomandazzjoni 1 (2015 — mekkaniżmu ta’ disinn u eżekuzzjoni għall-Fondi SIE għall-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss)

    Il-Kummissjoni tisħaq li l-proposti leġiżlattivi tagħha jinkludu ’l fuq minn 80 miżura għal simplifikazzjoni ispirati direttament mill-ħidma tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar is-simplifikazzjoni, rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-QEA u l-kontribuzzjonijiet tal-partijiet ikkonċernati l-oħra.

    Rakkomandazzjoni 2 (2015 — għoti ta’ gwida lill-Istati Membri dwar kif jissimplifikaw u jevitaw regoli li jkunu iktar kumplessi u/jew ta’ piż mingħajr ma jkun hemm bżonn)

    Il-Kummissjoni tivvaluta kontinwament ir-regoli nazzjonali dwar l-eliġibbiltà għal dawk il-programmi b’riskju għoli magħżula għal awditi fuq il-post. Il-metodoloġija tal-awditjar tlestiet biex jiġi żgurat li l-awdituri tal-Kummissjoni jirrappurtaw ukoll regoli nazzjonali kumplessi mhux neċessarji li jkunu identifikaw (gold plating) u eżempji ta’ prattiki tajba. Permezz tar-Regolament Omnibus il-Kummissjoni pprovdiet ukoll għażliet tal-ispejjeż issimplifikati addizzjonali għall-awtoritajiet tal-programm u pprovdiet ċertezza legali msaħħa bl-istabbiliment ta’ rati fir-regolament, li jistgħu jintużaw direttament mill-awtoritajiet tal-programm biex titnaqqas il-kumplessità, jiġu ssimplifikati l-ġestjoni u r-regoli għall-benefiċjarji u tiżdied is-sigurtà legali għal kulħadd.

    Rakkomandazzjoni 3 (2015 — estensjoni tal-perjodu ta’ eliġibbiltà għall-istrumenti finanzjarji)

    Il-Kummissjoni ma aċċettatx ir-rakkomandazzjoni.

    Rakkomandazzjoni 1 (2017 — arranġamenti tal-awditjar għall-istrumenti tal-BEI/tal-FEI)

    Il-Kummissjoni tqis li din ir-rakkomandazzjoni ġiet indirizzata b’mod sħiħ għall-istrumenti tal-BEI/tal-FEI li ma jaqgħux fil-programmi ta’ inizjattiva għall-SMEs. Fir-rigward tal-PO ta’ inizjattiva għall-SMEs li ġew adottati qabel il-modifika Omnibus, il-Kummissjoni tirreferi għat-tweġiba tagħha għall-paragrafu 6.36.

    Rakkomandazzjoni 2 (2017 — rimborż tal-VAT wara l-2020)

    Il-Kummissjoni aċċettat biss b’mod parzjali r-rakkomandazzjoni tal-QEA relatata mal-VAT. Il-Kummissjoni għamlet proposta biex tissimplifika l-eliġibbiltà tal-VAT għall-benefiċjarji kollha, indipendentement mill-istatus pubbliku/privat jew relatat mal-VAT tal-benefiċjarji għall-qafas legali ta’ wara l-2020. Il-Kummissjoni spjegat il-loġika tal-proposta tagħha u d-diffikultajiet li tqajjem ir-rakkomandazzjoni tal-QEA. (ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għar-rakkomandazzjoni tal-QEA fir-RA tal-2017 u t-tweġibiet tagħha għall-paragrafi 6.31 sa 6.35 fir-RA tal-2015).

    Rakkomandazzjoni 3 (2017 — verifika tal-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar)

    Il-Kummissjoni ssegwi r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-QEA b’rabta mas-superviżjoni u l-appoġġ għall-ħidma tal-awtoritajiet tal-awditjar u pprovdiet gwida ulterjuri dwar it-trattament tal-pagamenti bil-quddiem tal-istrumenti finanzjarji, pagamenti bil-quddiem tal-għajnuna mill-Istat, lista ta’ kontroll tal-awditjar u dokumentazzjoni tal-awditjar.

    Rakkomandazzjoni 6 (2017 — kontrolli suffiċjenti fuq l-awtoritajiet tal-awditjar biex isiru konklużjonijiet fir-RAA ppubblikati fis-sena suċċessiva għall-aċċettazzjoni tal-kontijiet)

    Il-Kummissjoni tfakkar li hija aċċettat din ir-rakkomandazzjoni b’mod parzjali biss, peress li hemm diffikultajiet oġġettivi marbuta mal-proċedura kontradittorja tal-awditi tagħha u rekwiżiti ġuridiċi rigward kontrolli ulterjuri wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet li mhux dejjem jippermettu li jiġu fformulati konklużjonijiet definittivi fi żmien sena rigward ir-rati ta’ żball kollha kkomunikati. Ara t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 6.64. Madankollu, il-Kummissjoni qieset ir-riżultati tal-abbozz tal-awditjar fil-valutazzjoni tal-IEP 5, kif irrapportat fir-RAA rispettivi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li implimentat din ir-rakkomandazzjoni fil-biċċa l-kbira tal-aspetti.

    Kapitolu 7 — Riżorsi naturali

    Tweġibiet tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Parti 1: Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    7.8.

    Il-Kummissjoni tinnota li 98 % tan-nefqa ta’ dan il-kapitolu hija nefqa tal-PAK, li għaliha hija stabbilita rata ta’ erruri ta’ 2,15 % mill-Kummissjoni u ppubblikata fir-Rapport ta’ Attività Annwali tal-2018 (AAR) tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (DG AGRI). Ir-rata ta’ errur stabbilita mill-Kummissjoni qed tkompli tonqos.

    Il-Kummissjoni hi sodisfatta bil-fatt li l-livell ta’ errur għaln-nefqa tal-PAK stabbilit mill-Kummissjoni huwa konsistenti mal-konklużjonijiet tal-QEA.

    Il-Kummissjoni tqis li r-riskju għall-baġit tal-UE jiġi kopert b’mod adegwat mill-kapaċità korrettiva, li tikkonsisti f’korrezzjonijiet finanzjarji netti u rkupri mill-benefiċjarji. Il-kapaċità korrettiva rrappurtata fir-Rapport ta’ Attività Annwali tal-2018 tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali kienet tammonta għal 1,90 % tan-nefqa rilevanti tal-PAK. Għalhekk, l-ammont finali fir-riskju kien stmat għal 0,25 % tan-nefqa rilevanti tal-PAK.

    7.11.

    Il-Kummissjoni hija sodisfatta ħafna bil-konklużjoni tal-QEA li l-pagamenti diretti tal-FAEG, li jirrappreżentaw EUR 41,5 biljun fis-sena finanzjarja 2018, huma ħielsa minn erruri materjali. Il-Kummissjoni stmat il-livell ta’ errur għall-pagamenti diretti ta’ 1,83 % (ara r-RAA tad-DĠ AGRI għall-2018). Dan huwa konsistenti mal-konklużjoni tal-QEA.

    7.14.

    Il-Kummissjoni hija sodisfatta bil-valutazzjoni tal-QEA li 77 tranżazzjoni kienu ħielsa minn erruri u li l-pagamenti diretti lill-bdiewa jġorru riskju aktar baxx ta’ erruri. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 7.11.

    7.15.

    Il-Kummissjoni tikkunsidra li huwa impossibbli li jiġu evitati l-erruri minuri bi spiża raġonevoli.

    7.17.

    Il-Kummissjoni hija sodisfatta bil-valutazzjoni pożittiva mill-QEA tar-rwol tal-Land Parcel Identification System (is-Sistema tal-Identifikazzjonijiet tal-Irqajja’ tal-Art)fil-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-livelli ta’ errur.

    7.18.

    Il-Kummissjoni tapprezza wkoll l-evalwazzjoni tal-QEA tal-aplikazzjoni tal-għajnuna ġeospazjali, li l-Kummissjoni tqis bħala għodda importanti fil-prevenzjoni ta’ erruri u biex tikkontribwixxi għal simplifikazzjoni għall-bdiewa u l-Aġenziji ta’ Pagament. Ara wkoll it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-paragrafu 7.17.

    7.19.

    Il-Kummissjoni tinnota li f’Anness 7.2 il-ħarsa ġenerali tat-tranżazzjonijiet tal-QEA mhijiex gwida għal-livell relattiv ta’ errur fl-Istati Membri fil-kampjun. Il-Kummissjoni tiddikjara li l-informazzjoni dettaljata fir-riżultati tal-awditi tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri huma ppreżentati għal kull Stat Membru fir-Rapporti Annwali tal-Attività u l-annessi tekniċi tagħhom tad-dipartimenti tal-Kummissjoni li jimplimentaw il-fondi tal-UE f’ġestjoni kondiviża.

    Kaxxa 7.3

    Dwar il-każ tal-Estonja: Il-Kummissjoni tinnota li t-tranżazzjoni meta tħallset fis-sena finanzjarja 2018 kienet legali u regolari u li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kollha ġew issodisfati. Il-bidliet fl-istruttura tal-azjendi saru wara li l-kontrolli tal-PAs saru b’mod korrett u wara li sar il-pagament. Barra minn hekk, wara t-tħabbir taż-żjara tal-QEA, il-benefiċjarju kkoreġa l-inklużjoni tat-tieni membru tal-bord u għalhekk l-awtoritajiet Estonjani qiesu li l-ħlas kien eliġibbli.

    Dwar il-każ tal-Italja: Bħal dan ta’ hawn fuq, Il-Kummissjoni tinnota li t-tranżazzjoni meta tħallset fis-sena finanzjarja 2018 kienet legali u regolari u li l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà kollha ġew issodisfati. L-irkupru ġie deċiż hekk kif il-kundizzjonijiet inbidlu wara li sar il-pagament. Il-Kummissjoni tifhem ukoll li l-awtoritajiet Taljani għandhom proċeduri li permezz tagħhom setgħu jirkupraw il-pagament qabel il-ħlas finali anke mingħajr iż-żjara tal-QEA.

    7.26.

    Is-sajd, l-ambjent u l-azzjoni klimatika jammontaw għal 2 % tal-infiq fuq “Riżorsi naturali”u s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll huma differenti minn dawk għall-infiq fuq il-PAK.

    Bħala parti miċ-ċiklu ta’ kontroll, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet nazzjonali diġà għamlu jew jistgħu jagħmlu korrezzjonijiet b’rabta mal-kwistjonijiet identifikati mill-QEA, li huma pjuttost ta’ natura amministrattiva, biex jiġi protett il-baġit tal-UE.

    7.31.

    Il-Kummissjoni tilqa’ l-valutazzjoni pożittiva mill-QEA dwar il-konsistenza fil-metodoloġija applikata mid-DĠ AGRI.

    7.32 u Kaxxa 7.6. Il-ħidma tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ġiet inkluża fir-rata ġenerali tal-erruri għall-PAK ta’ 2,15 %. Dan ifisser li aktar minn 97 % tan-nefqa tal-PAK hija ħielsa mill-erruri (ara r-Rapport Annwali tal-Attività tad-DĠ AGRI 2018) u li l-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni kkontribwew b’mod konsiderevoli għall-bini ta’ assigurazzjoni u b’mod preventiv għat-tnaqqis tal-erruri fl-Istati Membri.

    L-assigurazzjoni tal-PAK hija mibnija abbażi tal-kontrolli akkreditati tal-Aġenziji tal-Pagamenti, fuq il-ħidma tal-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni u fuq l-awditi tad-DĠ AGRI stess. Sabiex id-DĠ AGRI jkun jista’ jserraħ fuq ix-xogħol tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni għall-bini tiegħu ta’ assigurazzjoni, qed isir monitoraġġ kontinwu u valutazzjoni tal-ħidma tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni permezz ta’ awditi numerużi matul is-sena lil diversi Korpi taċ-Ċertifikazzjoni, kif ukoll permezz tal-approvazzjoni finanzjarja annwali għall-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni kollha (ara wkoll il-kaxxa 1.10 ta’ dan ir-Rapport Annwali tal-QEA).

    7.32 L-ewwel inċiż. Id-DĠ AGRI jqis li l-metodoloġija tat-teħid ta’ kampjuni tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni hija konformi mal-linji gwida tal-Kummissjoni u tipprovdi riżultati validi statistikament. Kien hemm rakkomandazzjonijiet mingħand Korpi taċ-Ċertifikazzjoni dwar kif jista’ jittejjeb il-kampjunar tagħhom, iżda l-kampjuni u l-erruri estrapolati tagħhom huma kkunsidrati bħala rappreżentattivi. Huwa biss fi 3 popolazzjonijiet relatati ma’ 3 korpi ta’ ċertifikazzjoni li l-Kummissjoni ffaċċjat kwistjonijiet ta’ teħid ta’ kampjuni li jistgħu possibbilment jimminaw ir-rappreżentattività statistika tal-kampjun tal-Korpi ta’ Ċertifikazzjoni.

    7.32 It-tieni inċiż. Il-Kummissjoni tikkunsidra li filwaqt illi x-xogħol ta’ dawn id-9 Korpi taċ-Ċertifikazzjoni jipprovdi xi assigurazzjoni, hemm bżonn ta’ titjib ta’ dawn il-verifiki mill-ġdid mill-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni tal-kontrolli ta’ eliġibbiltà. Fi kwalunkwe każ, anki jekk ix-xogħol tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni jkun xi ftit jew wisq insuffiċjenti, dan ma jagħmilx ix-xogħol tal-aġenziji tal-ħlas insuffiċjenti jew inaffidabbli.

    7.33.

    Il-Kummissjoni fil-fatt tistrieħ fuq ix-xogħol tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni u tagħmel użu mill-ħidma tagħhom kif rifless fir-Rapport ta’ Attività Annwali 2018 tad-DĠ AGRI. Ir-riżultati tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni jistgħu jitqiesu aktar fil-kalkolu tar-rata ta’ erruri aġġustata tad-DĠ AGRI għas-sena finanzjarja 2018 li kienet riżultat ta’ żieda fid-dipendenza meta mqabbla mas-sena finanzjarja 2017.

    Barra minn hekk, kif jidher fir-Rapport ta’ Attività Annwali 2018 tad-DĠ AGRI, il-Kummissjoni tivvaluta l-korpi ta’ Ċertifikazzjoni li jaħdmu fuq il-legalità u r-regolarità skont il-popolazzjoni u b’hekk id-dipendenza tista’ titqiegħed fuq popolazzjoni waħda jew aktar b’waħda biss li titqies bħala inqas affidabbli. Il-konklużjonijiet riflessi fil-Kaxxa 7.6 jkopru biss ċerti popolazzjonijiet: il-valutazzjoni dettaljata tal-Kummissjoni tista’ tpoġġi dipendenza fuq ix-xogħol ta’ dawn il-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni għal popolazzjonijiet oħra.

    Il-Kummissjoni qed tissorvelja l-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni sabiex tiżgura titjib kontinwu ta’ xogħolhom.

    7.34.

    Il-Kummissjoni tenfasizza li l-ħidma tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni tqieset aktar fir-Rapport Annwali tal-Attività tal-2018 tad-DĠ AGRI (ara paġna 92 tal-Annessi tar-RAA) meta mqabbel mas-snin preċedenti. Għar-rata tal-erruri fir-Rapport Annwali tal-Attività, ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 7.8 u 7.35.

    7.35.

    Il-Kummissjoni tqis li l-konklużjonijiet tal-QEA huma konsistenti mar-rati tal-erruri rrappurtati fir-Rapport ta’ Attività Annwali tad-DĠ AGRI (ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 7.8 u 7.11). Ir-rata tal-erruri stmata tal-Kummissjoni għan-nefqa ġenerali tal-PAK hija qrib il-materjalità (2,15 %). Il-Kummissjoni tqis ukoll li r-riskju għall-baġit tal-UE jiġi kopert b’mod adegwat mill-kapaċità korrettiva, li tikkonsisti minn korrezzjonijiet finanzjarji netti u rkupri mill-benefiċjarji. Il-kapaċità korrettiva rrappurtata fir-Rapport ta’ Attività Annwali tal-2018 tad-Direttorat Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali kienet tammonta għal 1,90 % tan-nefqa rilevanti tal-PAK. Għalhekk, l-ammont finali fir-riskju kien stmat għal 0,25 % tan-nefqa rilevanti tal-PAK, taħt il-materjaità sew.

    Konklużjoni

    7.37.

    Il-Kummissjoni hija sodisfatta bir-riżultat tal-QEA li l-livell ta’ errur għal pagamenti diretti mhuwiex materjali, li huwa konformi mar-rata ta’ errur stabbilita fir-Rapport ta’ Attività Annwali 2018 tad-DĠ AGRI (1,83 %). Il-Kummissjoni tinnota li peress li l-erruri għal din is-sena kienu stabbiliti f’oqsma tal-QFP intestatura 2 ’il barra mill-PAK (ara paragrafu 7.26) mhuwiex possibbli li titqabbel direttament ir-rata tal-erruri għall-kapitolu mar-rata tal-erruri fil-PAK. Ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 7.35, 7.11, 7.8.

    7.38.

    Il-Kummissjoni hija sodisfatta ħafna li l-konklużjoni tal-awditjar tal-QEA hija konsistenti mar-riskju f’pagament rapportat fir-Rapport Annwali ta’ Ġestjoni u Prestazzjoni u fir-Rapport ta’ Attività Annwali 2018 tad-DĠ AGRI. Dawn ir-rati baxxi tal-erruri (ara l-paragrafu 7.35) jissostanzjaw l-assigurazzjoni raġonevoli għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-direttur ġenerali tad-DĠ AGRI.

    7.40.

    Il-Kummissjoni qed timmonitorja b’mod attiv il-kompletezza u l-implimentazzjoni fil-pront tal-pjanijiet ta’ azzjoni ta’ rimedju elaborati mill-Istati Membri u se tkompli titlob dawn il-pjanijiet ta’ azzjoni meta jiġu identifikati nuqqasijiet serji. Il-Kummissjoni tkompli timmonitorja u tivvaluta l-kwalità tax-xogħol tal-Korpi taċ-Ċertifikazzjoni u tipprovdi l-gwida meħtieġa.

    Parti 2: Prestazzjoni

    7.53.

    Kull miżura tal-PAK tiġi mmonitorjata mill-indikaturi tal-output rispettivi u tiġi rrapportata kif xieraq, madankollu, il-valutazzjoni tal-effetti tagħha tkun soġġetta għal evalwazzjoni. Din il-valutazzjoni hija sostnuta minn mistoqsijiet ta’ evalwazzjoni rispettivi li għalihom l-indikaturi tas-CMEF jirrappreżentaw biss għodda u se jiġu kkomplementati minn informazzjoni oħra. Il-biċċa l-kbira tal-35 azzjoni eżaminati jikkonċernaw pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra (il-miżura 13), li bażikament huma skema ta’ appoġġ għall-introjtu, filwaqt li l-indikaturi tar-riżultati għar-restawr, il-preservazzjoni u t-tisħiħ tal-ekosistemi qed jiffukaw fuq it-titjib tal-prattiki tal-biedja. In-numru u d-definizzjoni tal-indikaturi komuni għall-perjodu 2014–2020 kellhom iqisu l-kosteffettività tas-sistema u l-piż amministrattiv aċċettabbli għall-Istati Membri.

    7.55.

    L-effettività u l-effiċjenza tal-Programmi tal-Iżvilupp Rurali se jiġu vvalutati permezz ta’ evalwazzjonijiet estiżi li għalihom l-indikaturi tas-CMEF biss jirrappreżentaw għodda waħda, li se tkun ikkomplimentata minn informazzjoni oħra sabiex twieġeb għall-mistoqsijiet tal-evalwazzjoni relatati mal-oqsma ta’ fokus individwali.

    7.56.

    L-appoġġ għall-bdiewa żgħażagħ li jkunu qed jibdew huwa kundizzjonali għal rekwiżiti minimi relatati mal-ħiliet u t-taħriġ, li jirfed l-għan li jiġi ffaċilitat id-dħul fis-settur tal-bdiewa (żgħażagħ) b’ħiliet adegwati.

    Filwaqt li l-appoġġ jippermetti l-monitoraġġ tal-effetti tal-appoġġ fuq il-popolazzjoni fil-mira, il-valutazzjoni tal-effetti tal-appoġġ fuq it-tiġdid ġenerazzjonali hija kwistjoni ta’ evalwazzjoni.

    7.57.

    L-indikaturi tal-prestazzjoni ma jistgħux jiġu mfassla biex ikopru kull pagament.

    7.58.

    L-indikaturi tar-riżultati għandhom l-għan li jimmonitorjaw l-effetti maħsuba tal-miżuri. Kemm jista’ jkun, huma ddefiniti f’termini ta’ perċentwali peress li dan jippermetti li jitkejjel, fost l-oħrajn, is-sehem tal-popolazzjonijiet fil-mira li jirċievu appoġġ. L-indikaturi tal-impatt ikejlu l-impatt tal-interventi ta’ politika fuq terminu itwal u lil hinn mill-effetti immedjati.

    Sabiex ikun jista’ jiġi vvalutat jekk l-appoġġ ikkontribwixxiex b’mod effettiv għall-qasam ta’ prijorità, huwa meħtieġ li jiġi iżolat l-effett ta’ politika minn fatturi influwenti oħra (fatti kuntestwali, politiki oħra relatati, eċċ.). Jeħtieġ li jitkejlu l-hekk imsejħa ‘impatti netti’. Normalment dan isir permezz tal-evalwazzjonijiet.

    7.59.

    Hija tabilħaqq il-popolazzjoni kollha tal-muniċipalità fejn ġiet implimentata l-azzjoni li potenzjalment tista’ tibbenefika minnha, pereżempju mhux l-abitanti kollha tal-muniċipalità se jkunu lesti li jużaw is-servizzi/l-infrastruttura l-ġodda. Madankollu, jekk ikunu jixtiequ jagħmlu hekk, is-servizzi/l-infrastrutturi huma disponibbli.

    7.60.

    Sitt indikaturi tar-riżultati huma bbażati fuq stħarriġ ta’ kampjuni mwettqa f’kull wieħed mill-Istati Membri. Għalkemm il-gwida ġenerali nħarġet wara li bdiet l-implimentazzjoni tal-proġett, xorta kienet għadha disponibbli biex isir l-istħarriġ.

    7.62.

    Il-pagamenti diretti lill-bdiewa żgħażagħ huma primarjament maħsuba biex jikkontribwixxu għall-objettiv speċifiku ta’ “Kontribut għall-introjti tal-azjendi agrikoli u biex jillimitaw il-varjabbiltà tal-introjtu tal-azjendi agrikoli b’mod li jfixklu b’mod minimu” għall-pagamenti diretti kollha.

    Naturalment, l-azjendi agrikoli bi dħul inqas vulnerabbli huma f’pożizzjoni aħjar biex jinvestu u jsiru aktar kompetittivi. Dan huwa partikolarment rilevanti għall-bdiewa żgħażagħ li għadhom jibdew. Barra minn hekk, it-tisħiħ tal-appoġġ għal dawn il-bdiewa żgħażagħ ġodda għandu wkoll l-għan li jħeġġeġ it-tiġdid ġenerazzjonali fil-biedja.

    L-indikaturi tar-riżultati sottostanti huma għalhekk primarjament “Sehem ta’ appoġġ dirett fl-introjtu agrikolu” u “ varjabilità tad-dħul tal-irziezet”.

    7.63.

    Il-Kummissjoni tqis li s-sehem taż-żona taħt il-prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni huwa indikatur rilevanti għaliex jikkwantifika l-kopertura ta’ oqsma ta’ prattiki ta’ ekoloġizzazzjoni, li huwa element importanti tal-effikaċja tiegħu.

    7.64.

    Il-Kummissjoni talbet lill-Istati Membri jipprovdu d-data dwar l-użu tad-deroga għall-użu, b’mod partikolari, ta’ art mistrieħa iddikjarata bħala ‘żona ta’ interess ekoloġiku’. Madankollu, il-kwalità tad-data rċevuta ma ppermettietx li tinkiseb stampa affidabbli/komprensiva biżżejjed tal-użu tad-deroga.

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    7.65.

    Il-Kummissjoni tilqa’ b’sodisfazzjon il-valutazzjoni tal-QEA li ħafna mill-azzjonijiet ta’ żvilupp rurali li tlestew ipproduċew il-produzzjoni mistennija.

    L-użu ta’ għażliet ta’ spejjeż simplifikati (SCOs) għal miżuri mhux relatati mal-erja jew mal-annimali hija opzjoni permessa fir-Regolament u tista’ tiġi aċċettata mill-Istati Membri fuq bażi volontarja. Madankollu, il-Kummissjoni tinnota li l-użu tal-SCOs żdied b’mod gradwali matul il-perjodu ta’ programmazzjoni.

    7.66.

    Il-proposta ta’ mudell ta’ implimentazzjoni bbażat fuq il-prestazzjoni għall-PAK wara l-2020 tibni fuq is-CMEF attwali u, filwaqt li tirrikonoxxi n-nuqqasijiet tagħha, tkompli tiżviluppa indikaturi xierqa. B’dan, il-Kummissjoni tejbet is-sistema ta’ indikaturi tal-valutazzjoni tal-pagamenti diretti, l-iżvilupp rurali u l-programmi settorjali. L-interventi kollha huma koperti minn indikaturi tal-output u tar-riżultati (dawn tal-aħħar jippermettu l-istabbiliment ta’ miri). Filwaqt li l-indikaturi tal-output jiżguraw l-għadd kwantitattiv ta’ interventi (prinċipalment użati għall-iiklerjar tal-prestazzjoni), l-indikaturi tar-riżultati jirriflettu l-għan(ijiet) u l-effetti maħsuba tal-interventi.

    Ir-rakkomandazzjoni 7.1 (Il-kejl u r-rappurtar tal-prestazzjoni tal-PAK)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

    Fil-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi regoli għal appoġġ għal pjan strateġiku ġdid li għandu jitfassal mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (COM(2018) 392), l-Anness I jiddefinixxi l-indikaturi komuni tal-Impatt, l-Output u r-Riżultat tal-PAK. L-indikaturi tar-riżultati proposti għandhom iservu (i) biex jistabbilixxu miri operattivi għall-implimentazzjoni ta’ interventi rilevanti inklużi fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u (ii) biex jimmonitorjaw il-progress lejn il-kisba ta’ dawk il-miri. F’dan ir-rigward, l-indikaturi tar-riżultati għandhom rwol fundamentali fl-ippjanar tal-politika u fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni. Il-proposta tal-Kummissjoni bħalissa qed tiġi nnegozjata mal-koleġiżlatur (il-Kunsill u l-Parlament Ewropew). Il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tiżgura li l-indikaturi tar-riżultati jirriflettu l-effetti maħsuba tal-interventi.

    Kapitolu 8 — Sigurtà u ċittadinanza

    Tweġibiet tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Parti 1: Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    8.6.

    Is-sistema ta’ kontroll tal-Kummissjoni ħadet il-miżuri preventivi neċessarji billi ma kklirjatx għalkollox il-kontijiet għas-sena finanzjarja 2017 għal Spanja matul l-eżerċizzju tal-ikklirjar tal-kontijiet fl-2018. L-istess tip ta’ errur identifikat mill-QEA kien diġà ġie identifikat mill-Awtorità tal-Awditjar Spanjola matul l-awditu tan-nefqa. L-awtorità tal-Awditjar awditjat 20,35 % tan-nefqa relatata u kkalkulat rata ta’ errur ta’ 0,6 %.

    Kaxxa 8.2

    Il-Kummissjoni tinnota li r-rekords ma nżammewx b’mod korrett għal wieħed biss minn kull 10 sessjonijiet, (ċertifikat li ma jinkludix l-informazzjoni kollha meħtieġa jew skadut). L-awtoritajiet Spanjoli se jieħdu passi sabiex il-benefiċjarju jirrapporta aħjar dwar każijiet simili.

    Is-sistema ta’ kontroll intern stabbilita mill-Kummissjoni kienet diġà individwat l-errur permezz tal-awditjar tal-Awtorità tal-Awditjar u kkoreġietu permezz tal-proċedura tal-ikklerjar tal-kontijiet. Jekk jogħġbok ara t-tweġiba għall-paragrafu 8.6.

    Kaxxa 8.3

    Il-Kummissjoni se tirrieżamina l-proċeduri interni tagħha biex tidentifika kwalunkwe miżura kosteffikaċi ulterjuri biex tnaqqas ir-riskju ta’ każijiet simili fil-futur. F’dan il-każ partikolari, il-Kummissjoni tinnota li l-benefiċjarju rċieva gwida biex iwettaq b’mod korrett il-proċedura ta’ akkwist. Barra minn hekk ir-rapport finanzjarju finali sottomess mill-benefiċjarju kien akkumpanjat minn ċertifikat ta’ awditjar dwar sejbiet fattwali, iffirmat minn awditur approvat. B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tinforma lill-benefiċjarji kollha involuti taħt il-Programm Kultura dwar ir-regoli li jikkonċernaw l-ispejjeż tas-sottokuntrattar matul il-laqgħat tal-bidu. Barra minn hekk, il- “Linji Gwida Prattiċi għall-ġestjoni tal-proġett tiegħek”prodotti mill-EACEA jagħtu aktar gwida dwar ir-regoli tal-akkwist rilevanti.

    Eżaminar tas-sistemi magħżula

    Ġestjoni kondiviża tal-AMIF u l-FSI

    8.8.

    Il-Kummissjoni hija impenjata li tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-fondi, billi tivvaluta r-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni mibgħuta mill-Istati Membri u matul iż-żjarat ta’ monitoraġġ.

    Il-kaxxa 8.4 turi xejra pożittiva fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-fondi totali disponibbli fil-livell tal-Istati Membri (14 % tal-implimentazzjoni għall-perjodu 2014–2015, 24 % għall-perjodu 2014–2016, 36 % għall-perjodu 2014–2017).

    8.9.

    Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-awtoritajiet kollha żviluppaw proċeduri ddettaljati, li b’mod ġenerali kienu biżżejjed biex jindirizzaw ir-rekwiżiti tar-regolamenti tal-AMIF u tal-ISF.

    Kaxxa 8.5

    (a)

    L-Iżvezja ħadet passi biex tirrimedja n-nuqqasijiet identifikati, li, meta implimentati b’mod xieraq, se jindirizzaw is-sejbiet b’mod sodisfaċenti.

    (b)

    L-Istati Membri daħħlu fis-seħħ miżuri (listi ta’ verifiki u kontrolli riveduti) li, meta jkunu implimentat b’mod xieraq, se jindirizzaw is-sejbiet b’mod sodisfaċenti.

    (c)

    L-awtoritajiet nazzjonali fil-Ġermanja diġà ħadu miżuri biex jindirizzaw din id-dgħufija. Il-Kummissjoni baqgħet issegwi l-Awtorità Responsabbli Ġermaniża dwar l-implimentazzjoni tal-miżuri mħabbra (aġġornament tal-manwal intern).

    (d)

    Il-Kummissjoni se ssegwi l-passi li ttieħdu mill-Awtorità Responsabbli Belġjana biex jinstab rimedju għal din id-dgħufija.

    Fir-rigward ta’ Spanja, il-QEA sabet errur fil-kalkolu tal-prefinanzjament. Dan huwa errur ta’ kalkolu, li huwa kkoreġut matul l-aħħar pagament għall-proġetti kkonċernati. Il-fatt li l-ammonti finali kklerjati mill-kontijiet ma jaqbżux il-kontribuzzjoni tal-UE huwa parti mill-verifiki amministrattivi u fuq il-post imwettqa mill-Awtorità Responsabbli.

    Ġestjoni diretta/indiretta tal-AMIF u l-FSI

    8.11.

    Il-Kummissjoni hija sodisfatta li l-ġestjoni ta’ sejħiet għal proposti u applikazzjonijiet għal għotjiet hija effettiva.

    Kaxxa 8.6

    (a)

    Id-dewmien innutat mill-QEA huwa l-konsegwenza taż-żieda għolja tal-baġit ġestit mid-DĠ HOME u għandu jitqies fil-kuntest usa’ tal-ambjent ta’ politika kumpless li fih qed jopera d-DĠ HOME (il-kriżi tal-migrazzjoni). Il-prijorità dejjem tingħata lill-aċċertament dwar il-kontenut u l-legalità u r-regolarità. Dan id-dewmien tnaqqas progressivament matul is-snin.

    (b)

    Minħabba n-natura speċifika tal-assistenza ta’ emerġenza fil-qasam tal-migrazzjoni, il-kumitat ta’ evalwazzjoni mhux dejjem ikollu l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar kull element tal-azzjoni proposta. F’ħafna każijiet, il-kumitat tal-evalwazzjoni ħalla għall-istadju tat-tħejjija tal-għotja biex jeżamina flimkien mal-benefiċjarju kwistjonijiet bħall-forniment tal-indikaturi ta’ output u ta’ eżitu, l-eliġibbiltà ta’ elementi ta’ kostijiet speċifiċi (inkluż jekk humiex meħtieġa għas-sottoazzjoni individwali li għandha tiġi implimentata jew raġonevoli). F’xi każijiet, bħal dak li nstab mill-QEA, huwa biss ladarba l-proġett ikun attwalment għaddej li l-elementi konkreti kollha ppjanati jistgħu jiġu kkonfermati.

    (c)

    Il-Kummissjoni ttrattat dawn il-każijiet billi applikat l-ispirtu ġenerali tal-linji gwida u l-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju.

    (d)

    Il-Kummissjoni se tadatta l-linji gwida interni tagħha li jiċċaraw id-dokumentazzjoni meħtieġa u li f’liema każijiet se jiġu vverifikati d-dokumenti u meta se jiġu eżaminati l-proċeduri tal-benefiċjarji.

    L-istrateġiji ta’ kontroll tal-Kummissjoni huma bbażati fuq ir-riskju u jqisu r-riżorsi disponibbli.

    Kaxxa 8.7

    (a)

    Il-Kummissjoni ġabret informazzjoni mill-2016 biex taġġorna l-ispejjeż unitarji stabbiliti fl-2014, iżda qieset id-dejta disponibbli bħala insuffiċjenti jew ta’ kwalità baxxa wisq għal kalkolu ġdid tal-kostijiet unitarji. Dan ifisser li l-kostijiet unitarji tal-2014 użati fil-programmi tal-2017 u tal-2018 kienu bbażati fuq l-aħjar data disponibbli dak iż-żmien.

    (b)

    Il-Kummissjoni se tadatta l-linji gwida interni tagħha li jiċċaraw id-dokumentazzjoni meħtieġa u li f’liema każijiet se jiġu vverifikati d-dokumenti u meta se jiġu eżaminati l-proċeduri tal-benefiċjarji.

    L-istrateġiji ta’ kontroll tal-Kummissjoni huma bbażati fuq ir-riskju u jqisu r-riżorsi disponibbli.

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    Rakkomandazzjoni 8.1 (Kontrolli fuq l-akkwist)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni 8.1.

    Il-Kummissjoni se tadatta l-linji gwida interni tagħha li jiċċaraw id-dokumentazzjoni meħtieġa u li f’liema każijiet se jiġu vverifikati d-dokumenti u meta se jiġu eżaminati l-proċeduri tal-benefiċjarji.

    L-istrateġiji ta’ kontroll tal-Kummissjoni huma bbażati fuq ir-riskju u jqisu r-riżorsi disponibbli.

    Il-Kummissjoni se tagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet fl-Istati Membri biex jaġixxu b’mod adegwat kif rakkomandat mill-QEA.

    Parti 2: Prestazzjoni

    8.20.

    Ir-regolamenti tal-AMIF u l-ISF jinkludu indikaturi komuni, li l-Istati Membri qed jirrappurtaw bħala parti mir-Rapport Annwali dwar l-Implimentazzjoni li jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni.

    Il-Kummissjoni qed tivverifika l-plawżibbiltà tad-data pprovduta mill-Istati Membri bħala parti mill-valutazzjoni tar-rapport u wara r-rakkomandazzjonijiet tas-Servizz tal-Awditjar Intern, din il-valutazzjoni tal-plawżibbiltà tad-data tal-indikaturi ġiet formalizzata aktar u inkluża fil-lista ta’ kontroll tal-oġġetti li jridu jiġu vvalutati.

    Kapitolu 9 — Ewropa Globali

    Tweġibiet al-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Parti 1 — Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    Kaxxa 9.3 — Nefqa ineliġibbli inkluża fit-talba għall-ispejjeż

    Il-benefiċjarju ddikjara lill-Kummissjoni li sadanittant dawn marru lura għand is-sieħeb kontraenti, li rrikonoxxa li l-ispejjeż irrapportati lill-Organizzazzjoni għall-Iżvilupp Industrijali tan-Nazzjonijiet Uniti (UNIDO) kienu żball ta’ stazzjonar u li se jitreġġgħu lura skont dan.

    9.11.

    Fir-rigward tal-appoġġ baġitarju, il-kriterji ta’ eliġibbiltà jiġu vvalutati bir-reqqa fil-fażijiet tad-disinn u tal-iżborż skont il-linji gwida tal-appoġġ baġitarju. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-2012 dwar l-appoġġ baġitarju jistipulaw: “L-UE ser tapplika approċċ imfassal apposta u dinamiku għall-eliġibilità, li jiffoka fuq il-progress fl-implimentazzjoni ta’ strateġiji kredibbli u rilevanti għar-riforma tas-settur.”

    9.12.

    L-approċċ nozzjonali fil-kuntest tal-ġbir ta’ kontribuzzjonijiet tal-Kummissjoni għal proġetti ta’ multidonaturi ma’ dawk minn donaturi oħra, huwa previst fl-Artikolu 155(5) tar-Regolament Finanzjarju u għandu jiġi applikat fil-każijiet kollha fejn jiġi ffirmat ftehim ta’ delega u l-azzjoni rispettiva tiġi kofinanzjata b’mod konġunt ma’ donaturi/organizzazzjonijiet oħra.

    Studju tal-2018 dwar ir-rata ta’ errur residwu tad-DĠ NEAR

    9.15.

    Il-Kummissjoni tqis li l-istudju tal-RER huwa adattat għall-iskop li jipprovdi assigurazzjoni lill-uffiċjal awtorizzanti b’delega. Fl-aħħar żewġ rapporti annwali, il-QEA vvalutat il-metodoloġija tal-RER u sabitha b’mod ġenerali addattata għall-iskop tagħha. Il-Kummissjoni implimentat ir-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-QEA fir-rigward tal-RER.

    9.17.

    Fil-kuntest tal-istudju tal-RER, il-Kummissjoni tenfasizza li, fil-kuntest tal-applikazzjoni sħiħa, l-erruri identifikati mill-awdituri inizjali li ma kinux ġew ikkoreġuti ġew ikkunsidrati għall-kalkolu tal-RER skont il-metodoloġija. Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li r-riskju identifikat li ma jintlaħaqx l-objettiv huwa baxx. Barra minn hekk, fejn ikun hemm dipendenza sħiħa għal tranżazzjoni, jitwettqu l-proċeduri li ġejjin: eżami dettaljat tax-xogħol ta’ kontroll preċedenti; dokumentazzjoni tar-riskju tal-errur residwu li jifdal wara x-xogħol ta’ kontroll; konferma tal-irkupru, fejn xieraq.

    9.21.

    Fir-rigward tar-Rapport Annwali tal-Attività u l-istudju tal-RER tad-DĠ DEVCO, ara t-tweġibiet tal-Kummissjoni għall-paragrafi 28 sa 34 fir-Rapport Annwali tal-FEŻ.

    Konklużjonjiet u rakkomandazzjonijiet

    9.23.

    Il-Kummissjoni tqis li parti mir-rakkomandazzjoni li jintużaw grilji ta’ kwalità għal verifiki kkuntrattati mill-benefiċjarji ma għadhiex applikabbli. It-termini ta’ referenza ġodda u riveduti għandhom l-għan li jservu l-istess objettiv: it-titjib fil-kwalità tal-awditi u l-verifiki tan-nefqa.

    Rakkomandazzjoni 1 (organizzazzjonijiet internazzjonali)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni. Il-Kummissjoni se tintroduċi sistema ta’ kuntatt immedjat ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fuq livell ċentrali kull meta l-operazzjonijiet tagħhom jittieħdu mill-QEA.

    Rakkomandazzjoni 2 (Il-metodoloġija tal-RER tad-DĠ NEAR)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

    Rakkomandazzjoni 3 (Il-kapaċità korrettiva tad-DĠ ECHO)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni.

    Parti 2 — Prestazzjoni

    Kaxxa 9.6 — Kwistjonijiet relatati mal-prestazzjoni fil-proġetti li żorna

    Fil-biċċa l-kbira minħabba kundizzjonijiet klimatiċi, l-għadd ta’ parteċipanti kien inqas minn dak previst. Il-komponent tat-taħriġ jirrappreżenta inqas minn 3,5 % tal-attivitajiet iffinanzjati.

    Barra minn hekk, abbażi tar-rapport narrattiv u finanzjarju finali, id-Delegazzjoni vvalutat li l-kuntratt kien kiseb l-indikaturi fil-livell tal-objettivi ġenerali u speċifiċi (impatt u eżitu).

    Id-dimostrazzjoni konġunta kellha tiġi sostitwita b’eżerċizzju ta’ data reali minħabba ż-żieda tal-livell tax-xmara Sava u d-dikjarazzjoni tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza b’reazzjoni għall-għargħar fil-ħin tal-eżerċizzju.

    Kapitolu 10 — Amministrazzjoni

    Tweġibiet tal-Parlament Ewropew għar-Rapport Annwali tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    10.11.

    Il-Parlament jaqbel li, fid-dawl tal-kuntest speċifiku (xogħlijiet li għandhom isiru fi żmien qasir fil-kuntest tas-sigurtà f’dak iż-żmien u l-preżenza ta’ ftit fornituri għall-materjali speċifiċi) il-kompetizzjoni setgħet kienet subottimali. Il-kuntratti qafas il-ġodda mogħtija lil 5 kuntratturi f’dan is-settur huma bbażati fuq il-ftuħ mill-ġdid tal-kompetizzjoni sabiex tiġi żgurata kompetizzjoni adegwata tal-prezzijiet.

    Tweġibiet tal-Kummissjoni għar-Rapport Annwali tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

    Regolarità tat-tranżazzjonijiet

    10.8.

    Il-Kummissjoni diġà implimentat diversi miżuri biex ittejjeb iktar l-aġġornament tas-sitwazzjoni personali u l-ġestjoni tal-benefiċċji tal-familja. Barra minn hekk, bħalissa qed twettaq kontroll tas-sitwazzjonijiet kollha tal-benefiċċi li ma ġewx iddikjarati li waslu minn sorsi oħra.

    10.12 u 10.13. Il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza li l-proċeduri relatati mas-sigurtà magħżula kienu proċeduri ta’ valur medju u baxx, taħt il-limiti tar-Regolament Finanzjarju, bl-eċċezzjoni ta’ proċedura ta’ valur għoli wieħed fejn ma nstabet l-ebda kwistjoni.

    Il-Kummissjoni tieħu nota tal-osservazzjonijiet li nstabu fil-proċeduri ta’ akkwist ta’ valur medju u baxx u tixtieq tenfasizza l-kuntest speċifiku ħafna li fih twettqu l-attivitajiet, kif imsemmi fil-paragrafu 10.9. In-natura tas-sejbiet l-ewwel se tiġi analizzata u tiġi rimedjata d-dgħufija tal-kontroll intern permezz tal-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni mfassal skont il-każ.

    Konklużjoni u rakkomandazzjonijiet

    Rakkomandazzjoni 10.1 (il-benefiċċji tal-familja)

    Il-Kummissjoni taċċetta r-rakkomandazzjoni u diġà ħadet miżuri biex ittejjeb iktar il-ġestjoni tal-benefiċċji tal-familja u l-aġġornamenti tas-sitwazzjoni personali:

    Użu tal-għodda tal-IT SYSPER għal kodifikazzjoni aktar faċli u diretta minn aġenti

    Drittijiet mogħtija għal perjodu limitat jew għal data tat-tmiem speċifika, li jippermettu kontrolli regolari

    Komunikazzjoni estiża permezz ta’ kanali dedikati u skambji ta’ informazzjoni dwar l-obbligu ta’ aġenti li jaġġornaw l-informazzjoni tagħhom

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed twettaq eżerċizzju biex taġġorna l-fajls rilevanti kollha, li għandhom jiġu konklużi sa tmiem l-2019.


    Top